5.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 202/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk

(2011/491/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-Artikolu 218(5), tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Mejju 2006, il-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 764/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni [Sħubija] fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (1).

(2)

Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti minn dan il-Ftehim ta’ Sħubija skada fis-27 ta’ Frar 2011.

(3)

L-Unjoni nnegozjat mar-Renju tal-Marokk Protokoll ġdid li joffri lill-bastimenti tal-UE opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li jaqgħu taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni tal-Marokk.

(4)

Fit-tmiem tan-negozjati, il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (minn hawn ‘il quddiem “il-Protokoll”) ġie inizjalat fil-25 ta’ Frar 2011.

(5)

Biex il-bastimenti tal-UE jkunu jistgħu jeżerċitaw l-attivitajiet ta’ sajd tagħhom, l-Artikolu 12 tal-Protokoll jipprevedi l-applikazzjoni provviżorja tiegħu mit-28 ta’ Frar 2011.

(6)

Ikun adatt li l-Protokoll jiġi ffirmat u applikat b’mod provviżorju, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”) huwa approvat f’isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni ta’ dan il-Protokoll.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat jaħtar lill-persuna jew persuni bis-setgħa li jiffirmaw il-Protokoll f’isem l-Unjoni Ewropea, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Il-Protokoll għandu japplika b’mod provviżorju mit-28 ta’ Frar 2011, sakemm jitlestew il-proċeduri meħtieġa għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)   ĠU L 141, 29.5.2006, p. 1.


PROTOKOLL

bejn l-Unjoni Ewropeau r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk

Artikolu 1

Perijodu ta’ applikazzjoni u opportunitajiet tas-sajd

1.   Mit-28 ta’ Frar 2011 u għal perijodu ta’ sena, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim huma stabbiliti fit-tabella mehmuża ma’ dan il-Protokoll.

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4 u 5 ta’ dan il-Protokoll.

3.   B’applikazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Ftehim, il-bastimenti li jtajru bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE) ma jistgħux jeżerċitaw l-attivitajiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk sakemm ma jkollhomx liċenzja tas-sajd maħruġa fil-qafas ta’ dan il-Protokoll u skont il-proċeduri deskritti fl-Anness ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 2

Kontribuzzjoni finanzjarja – termini tal-ħlas

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim hija stabbilita, għall-perijodu msemmi fl-Artikolu 1 għal EUR 36 100 000 (1).

2.   Il-paragrafu 1 għandu japplika soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 4, 5, 6 u 10 ta’ dan il-Protokoll.

3.   Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-UE kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandu jsir mhux aktar tard minn erba’ xhur wara d-data tal-iffirmar ta’ dan il-Protokoll.

4.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titħallas f’isem it-Teżorier Ġenerali tar-Renju f’kont miftuħ fit-Teżor Ġenerali tar-Renju, li d-dettalji tiegħu għandhom jingħataw mill-awtoritajiet tal-Marokk.

5.   Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 ta’ dan il-Protokoll, l-allokazzjoni ta’ din il-kontribuzzjoni hija kompetenza esklussiva tal-awtoritajiet tal-Marokk.

Artikolu 3

Koordinazzjoni fil-qasam xjentifiku

1.   Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jippromwovu s-sajd responsabbli fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk fuq il-bażi tal-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni bejn id-diversi flotot tas-sajd preżenti f’dawk l-ilmijiet.

2.   Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, l-UE u l-awtoritajiet tal-Marokk għandhom jikkooperaw sabiex isegwu l-evoluzzjoni tal-istat tar-riżorsi fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk fil-qafas tal-laqgħa xjentifika konġunta, skont l-Artikolu 4(1) tal-Ftehim.

3.   Iż-żewġ Partijiet, skont il-konklużjonijiet ta’ dawn il-laqgħat u fid-dawl tal-aħjar pariri xjentifiċi disponibbli, għandhom jikkonsultaw flimkien fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim sabiex jadottaw, jekk ikun il-każ u bi qbil, miżuri li jwasslu għal ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd.

Artikolu 4

Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd

1.   L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiżdiedu bi ftehim komuni sakemm, wara l-konklużjonijiet tal-laqgħat xjentifiċi msemmija fl-Artikolu 3, din iż-żieda ma tkunx ta’ dannu għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tal-Marokk. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1), għandha tiżdied proporzjonalment u pro rata temporis. Madankollu, is-somma totali tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-UE ma tistax taqbeż id-doppju tas-somma indikata fl-Artikolu 2(1).

2.   F’każ li, għall-kuntrarju, il-Partijiet jaqblu li jadottaw il-miżuri msemmija fl-Artikolu 3, li jwasslu għal tnaqqis fl-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis. Din il-kontribuzzjoni finanzjarja, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet previsti fl-Artikolu 6 ta’ dan il-Protokoll, tista’ tiġi sospiża mill-UE f’każ li ma jkunux jistgħu jitwettqu l-operazzjonijiet ta’ sajd deskritti f’dan il-Protokoll.

3.   It-tqassim tal-opportunitajiet tas-sajd bejn id-diversi kategoriji ta’ bastimenti jista’ jkun soġġett ukoll għal reviżjoni bi ftehim bejn il-Partijiet u skont kull rakkomandazzjoni li tista’ ssir mil-laqgħat xjentifiċi fir-rigward tal-ġestjoni tal-istokkijiet li jistgħu jiġu affettwati minn dan it-tqassim mill-ġdid. Il-Partijiet għandhom jiftiehmu dwar aġġustament korrispondenti fil-kontribuzzjoni finanzjarja meta jkun iġġustifikat mit-tqassim mill-ġdid tal-opportunitajiet tas-sajd.

4.   Ir-reviżjonijiet tal-opportunitajiet tas-sajd previsti fil-paragrafu 1, l-ewwel sentenza tal-paragrafu 2, u fil-paragrafu 3, għandhom isiru bi ftehim bejn iż-żewġ Partijiet fil-Kumitat Konġunt stipulat fl-Artikolu 10 tal-Ftehim.

Artikolu 5

Sajd sperimentali

Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu s-sajd sperimentali fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk, abbażi tar-riżultati ta’ riċerka mwettqa taħt id-direzzjoni tal-kumitat xjentifiku konġunt previst f’dan il-Ftehim. Għal dan il-għan, għandu jkun hemm konsultazzjonijiet, fuq talba ta’ xi waħda mill-Partijiet sabiex tittieħed deċiżjoni, każ b’każ, dwar l-ispeċijiet (bħall-isponoż), kondizzjonijiet u parametri rilevanti oħrajn.

L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom jingħataw, għal skopijiet ta’ prova, għal perijodu massimu ta’ sitt xhur.

Meta l-Partijiet jikkonkludu li l-kampanji sperimentali jkunu taw riżultati pożittivi, jistgħu jingħataw opportunitajiet tas-sajd ġodda lill-UE skont il-proċedura ta’ konċiljazzjoni stipulata fl-Artikolu 4 u sat-tmiem ta’ dan il-Protokoll. Bħala konsegwenza, għandu jiżdied il-kumpens finanzjarju.

Artikolu 6

Kontribut tal-Ftehim ta’ Sħubija għall-ħolqien ta’ politika settorjali dwar is-sajd fil-Marokk

1.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(1) ta’ dan il-Protokoll għandha tikkontribwixxi, sas-somma ta’ EUR 13 500 000, għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd fil-Marokk bl-għan li jkun hemm sajd sostenibbli u responsabbli fl-ilmijiet tiegħu.

2.   L-allokazzjoni u l-ġestjoni, mill-Marokk, ta’ din il-kontribuzzjoni għandhom ikunu bbażati fuq l-identifikazzjoni, miż-żewġ Partijiet, bi ftehim komuni fil-Kumitat Konġunt, tal-għanijiet li għandhom jitwettqu u l-ipprogrammar relatat u dan skont l-istrateġija ta’ żvilupp “Halieutis” tas-settur tas-sajd.

Artikolu 7

Implimentazzjoni tal-appoġġ għall-ħolqien ta’ sajd responsabbli

1.   Fuq proposta tal-Marokk u bil-għan li jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 ta’ hawn fuq, l-UE u l-Marokk għandhom jiftiehmu, fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim, mal-iffirmar tal-Protokoll, dwar:

(a)

il-linji gwida għall-implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-politika tas-sajd tal-Marokk li għandhom l-għan li joħolqu sajd sostenibbli u responsabbli u, b’mod partikolari, dawk imsemmija fl-Artikolu 6(2);

(b)

il-miri li għandhom jintlaħqu kif ukoll il-kriterji u l-indikaturi li għandhom jintużaw sabiex issir evalwazzjoni tar-riżultati miksuba.

2.   Kull tibdil f’dawn il-linji gwida, miri, kriterji u indikaturi ta’ evalwazzjoni għandu jiġi approvat miż-żewġ Partijiet fil-Kumitat Konġunt.

3.   L-allokazzjoni, mill-Marokk, tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 6(2) għandha tkun ikkomunikata lill-UE mal-approvazzjoni fil-Kumitat Konġunt, tal-linji gwida, il-miri, il-kriterji u l-indikaturi ta’ evalwazzjoni.

4.   Il-Marokk għandu jippreżenta fl-aħħar tax-xahar ta’ qabel jintemm il-Protokoll, rapport dwar l-ipprogrammar tal-appoġġ settorjali previst taħt dan il-Protokoll, inkluż b’mod partikolari l-benefiċċji ekonomiċi u soċjali mistennija, kif ukoll it-tqassim ġeografiku tagħhom.

5.   Iż-żewġ Partijiet għandhom ikomplu jsegwu l-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali, jekk ikun meħtieġ, wara li jintemm dan il-Protokoll, kif ukoll waqt il-perijodi ta’ sospensjoni kif imsemmija fl-Artikolu 9 hawn taħt, u skont it-termini previsti f’dan il-Protokoll.

Artikolu 8

Integrazzjoni ekonomika tal-operaturi tal-UE fis-settur tas-sajd fil-Marokk

1.   Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jippromwovu l-integrazzjoni ekonomika tal-operaturi tal-UE fl-industrija tas-sajd kollha tal-Marokk.

2.   Għandha tiġi varata inizjattiva, appoġġjata mill-Kummissjoni Ewropea, maħsuba sabiex ittejjeb l-għarfien tal-operaturi privati tal-Komunità fir-rigward ta’ opportunitajiet kummerċjali u industrijali, inkluż l-investiment dirett, fl-industrija tas-sajd kollha tal-Marokk.

3.   Barra minn hekk, b’dan il-għan, il-Marokk għandu jagħti, bħala inċentiv, tnaqqis fis-somma li trid titħallas bħala tariffa skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness, lill-operaturi tal-UE li jħottu l-art fil-portijiet tal-Marokk partikolarment dawk li għandhom l-għan li jbiegħu lill-industriji lokali, dawk li jġibu valur miżjud għall-Marokk jew dawk li jittrasportaw bl-art il-qabda li ssir fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk.

4.   Iż-żewg Partijiet jaqblu wkoll li jaħtru grupp ta’ konsulenza sabiex jidentifika l-fatturi li jżommu lura l-investiment dirett mill-UE f’din l-industrija u l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex il-kondizzjonijiet li jirregolaw dawn l-investimenti isiru anqas ibsin.

Artikolu 9

Nuqqas ta’ qbil – sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll

1.   Kull nuqqas ta’ qbil bejn il-Partijiet kemm fir-rigward tal-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll kif ukoll fl-applikazzjoni tagħhom għandu jkun soġġett għal konsultazzjoni bejn il-partijiet fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim li, jekk ikun meħtieġ, għandu jsejjaħ laqgħa straordinarja.

2.   L-applikazzjoni tal-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet meta n-nuqqas ta’ qbil bejn iż-żewġ Partijiet ikun meqjus bħala wieħed serju u l-konsultazzjonijiet li jkunu saru fil-Kumitat Konġunt skont il-paragrafu 1 ma jkunux wasslu għal ftehim bonarju.

3.   Is-sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll hija soġġetta għal avviż bil-miktub mill-Parti kkonċernata dwar l-intenzjoni tagħha tal-anqas tliet xhur qabel id-data ta’ meta din is-sospensjoni tidħol fis-seħħ.

4.   F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex ifittxu ftehim bonarju għan-nuqqas ta’ qbil bejniethom. Meta jinkiseb tali qbil, il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid u s-somma ta’ kumpens finanzjarju għandha titnaqqas b’mod proporzjonali u pro rata temporis skont iż-żmien li matulu kienet sospiża l-applikazzjoni tal-Protokoll.

Artikolu 10

Sospensjoni tal-applikazzjoni tal-Protokoll minħabba nuqqas ta’ ħlas

Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4, f’każ li l-UE tonqos li tagħmel il-ħlasijiet previsti fl-Artikolu 2, l-applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża skont il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(a)

l-awtoritajiet kompetenti tal-Marokk għandhom jibagħtu avviż li jindika n-nuqqas ta’ ħlas lill-Kummissjoni Ewropea. Din tal-aħħar għandha twettaq il-verifiki xierqa u, jekk ikun meħtieġ, tagħmel il-ħlas fi żmien tletin ġurnata tax-xogħol mid-data ta’ meta tirċievi l-avviż;

(b)

fin-nuqqas ta’ ħlas jew ġustifikazzjoni xierqa għan-nuqqas ta’ ħlas fiż-żmien previst fl-Artikolu 2(3), l-awtoritajiet kompetenti tal-Marokk ikollhom id-dritt li jissospendu l-applikazzjoni tal-Protokoll. Huma għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea minnufih;

(c)

il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid meta jsir il-ħlas inkwistjoni.

Artikolu 11

Dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali

L-attivitajiet tal-bastimenti li joperaw skont dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu, b’mod partikolari it-trażbord, l-użu tas-servizzi tal-portijiet, ix-xiri tal-provvisti eċċ., għandhom ikunu rregolati mil-leġislazzjoni applikabbli fil-Marokk.

Artikolu 12

Applikazzjoni provviżorja

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw b’mod provviżorju mit-28 ta’ Frar 2011.

Artikolu 13

Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data tan-notifika mill-Partijiet tat-tlestija tal-proċeduri rispettivi meħtieġa għal dan il-għan.

Opportunitajiet ta’ sajd

Tip ta’ sajd

Sajd fuq skala żgħira

Sajd tal-qiegħ (demersali)

Sajd pelaġiku industrijali

Sajd pelaġiku fit-Tramuntana: tartarun

Sajd fuq skala żgħira fin-Nofsinhar: xlief, qasba, nases

Sajd fuq skala żgħira fit-Tramuntana: bastimenti bil-konz tal-qiegħ

Sajd fuq skala żgħira għat-tonn: bil-qasab u x-xlief

Bastimenti tas-sajd bil-konz tal-qiegħ u għeżula bil-multifilament tal-qiegħ

Stokk C

 

 

 

 

 

Tunnelaġġ

60 000 tunnellata

20 bastiment

20 bastiment

30 bastiment

27 bastiment

22 bastiment

 

Съставено в Брюксел на тринадесети юли две хиляди и единадесета година.

Hecho en Bruselas, el trece de julio de dos mil once.

V Bruselu dne třináctého července dva tisíce jedenáct.

Udfærdiget i Bruxelles den trettende juli to tusind og elleve.

Geschehen zu Brüssel am dreizehnten Juli zweitausendelf.

Kahe tuhande üheteistkümnenda aasta juulikuu kolmeteistkümnendal päeval Brüsselis.

Έγινε στις Βρυξέλλες, στις δέκα τρεις Ιουλίου δύο χιλιάδες έντεκα.

Done at Brussels on the thirteenth day of July in the year two thousand and eleven.

Fait à Bruxelles, le treize juillet deux mille onze.

Fatto a Bruxelles, addì tredici luglio duemilaundici.

Briselē, divi tūkstoši vienpadsmitā gada trīspadsmitajā jūlijā.

Priimta du tūkstančiai vienuoliktų metų liepos tryliktą dieną Briuselyje.

Kelt Brüsszelben, a kétezer-tizenegyedik év július tizenharmadik napján.

Magħmul fi Brussell, fit-tlettax-il jum ta’ Lulju tas-sena elfejn u ħdax.

Gedaan te Brussel, de dertiende juli tweeduizend elf.

Sporządzono w Brukseli dnia trzynastego lipca roku dwa tysiące jedenastego.

Feito em Bruxelas, em treze de Julho de dois mil e onze.

Întocmit la Bruxelles la treisprezece iulie două mii unsprezece.

V Bruseli dňa trinásteho júla dvetisícjedenásť.

V Bruslju, dne trinajstega julija leta dva tisoč enajst.

Tehty Brysselissä kolmantenatoista päivänä heinäkuuta vuonna kaksituhattayksitoista.

Som skedde i Bryssel den trettonde juli tjugohundraelva.

Image 1

За Европейския съюз

Por la Unión Europea

Za Evropskou unii

For Den Europæiske Union

Für die Europäische Union

Euroopa Liidu nimel

Για την Ευρωπαϊκή Ένωση

For the European Union

Pour l’Union européenne

Per l’Unione europea

Eiropas Savienības vārdā –

Europos Sąjungos vardu

Az Európai Unió részéről

Għall-Unjoni Ewropea

Voor de Europese Unie

W imieniu Unii Europejskiej

Pela União Europeia

Pentru Uniunea Europeană

Za Európsku úniu

Za Evropsko unijo

Euroopan unionin puolesta

För Europeiska unionen

Image 2

Image 3

За Кралство Мароко

Por el Reino de Marruecos

Za Marocké království

For Kongeriget Marokko

Für das Königreich Marokko

Maroko Kuningriigi nimel

Για το Βασίλειο του Μαρόκου

For the Kingdom of Morocco

Pour le Royaume du Maroc

Per il Regno del Marocco

Marokas Karalistes vārdā –

Maroko Karalystės vardu

A Marokkói Királyság részéről

Għar-Renju tal-Marokk

Voor het Koninkrijk Marokko

W imieniu Królestwa Maroka

Pelo Reino de Marrocos

Pentru Regatul Maroc

Za Marocké kráľovstvo

Za Kraljevino Maroko

Marokon kuningaskunnan puolesta

För Konungariket Marocko

Image 4

Image 5


(1)  Ma’ dan l-ammont għandu jiżdied l-ammont tal-ħlasijiet dovuti mis-sidien tal-bastimenti skont il-liċenzji tas-sajd maħruġa b’applikazzjoni tal-Artikolu 6 tal-Ftehim u skont it-termini previsti fil-Kapitolu I, il-punti 4 u 5 tal-Anness ta’ dan il-Protokoll.

ANNESS

Kondizzjonijiet għall-attività tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea

KAPITOLU I

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦAT-TALBA U L-ĦRUĠ TAL-LIĊENZJI

Talbiet għall-ħruġ tal-liċenzji

1.

Il-bastimenti eliġibbli biss jistgħu jiksbu liċenzja tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk.

2.

Sabiex bastiment ikun eliġibbli, is-sid, il-kaptan u l-bastiment innifsu m’għandhomx ikunu pprojbiti milli jwettqu attivitajiet tas-sajd fil-Marokk. Għandhom ikunu f’qagħda regolari fir-rigward tal-amministrazzjoni tal-Marokk fis-sens li għandhom ikunu ssodisfaw l-obbligi kollha preċedenti relatati mal-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Marokk fil-qafas tal-ftehimiet dwar is-sajd konklużi mal-UE.

3.

L-awtoritajiet kompetenti tal-UE għandhom jissottomettu lill-Ministeru tal-Agrikoltura u tas-Sajd Marittimu - Dipartiment tas-Sajd Marittimu (“id-Dipartiment”), il-listi tal-bastimenti li japplikaw sabiex iwettqu l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-limiti stabbiliti fid-dokumenti tekniċi annessi mal-Protokoll, tal-inqas 20 jum qabel id-data tal-bidu tal-validità tal-liċenzji mitluba.

4.

Dawn il-listi għandhom jindikaw, għal kull kategorija ta’ sajd u għal kull żona, it-tunnellaġġ allokat, l-għadd ta’ bastimenti kif ukoll, għal kull bastiment, il-karatteristiċi prinċipali u t-total ta’ ħlasijiet maqsuma skont l-intestatura. Għall-kategoriji “Bil-konz” u “Fuq skala żgħira”, għandu jkun hemm ukoll indikazzjoni, għal kull bastiment, tal-irkaptu jew l-irkapti li jkunu se jintużaw matul il-perijodu mitlub.

5.

Dokument li jkun fih it-tagħrif kollu meħtieġ għall-ħruġ tal-liċenzji tas-sajd għandu jkun mehmuż ukoll mal-applikazzjoni għal-liċenzja f’format kompatibbli mas-softwer użat mid-Dipartiment.

6.

L-applikazzjonijiet individwali għandhom jiġu ppreżentati lid-Dipartiment permezz ta’ formoli li kampjun tagħhom jidher fl-Appendiċi 1.

7.

Kull applikazzjoni għal liċenzja għandha tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

kopja taċ-ċertifikat tat-tunnellaġġ iċċertifikata kif xieraq mill-Istat Membru tal-bandiera, li jindika t-tunnellaġġ tal-bastiment;

ritratt riċenti bil-kulur u ċċertifikat li juri l-bastiment mill-ġenb fl-istat attwali tiegħu. Dan ir-ritratt m’għandux ikun iżgħar minn 15-il ċm b’10 ċm;

il-prova tal-ħlas tad-drittijiet għal-liċenzji, it-tariffi u l-ispejjeż għall-osservaturi;

kull dokument jew ċertifikat ieħor meħtieġ skont id-dispożizzjonijiet partikolari li huma applikabbli skont it-tip ta’ bastiment skont dan il-Protokoll.

Ħruġ tal-liċenzji

1.

Il-liċenzji tas-sajd jinħarġu mid-Dipartiment lid-Delegazzjoni tal-UE għall-Marokk (“id-Delegazzjoni”) għall-bastimenti kollha fi żmien 15-il ġurnata wara li d-Dipartiment jirċievi d-dokumentazzjoni kollha msemmija fil-punt 6 hawn fuq.

2.

Il-liċenzji tas-sajd jinħarġu skont l-informazzjoni inkluża fid-dokumenti tekniċi annessi mal-Protokoll, u jindikaw, b’mod partikolari, iż-żona tas-sajd, id-distanza mill-kosta, l-irkaptu awtorizzat, l-ispeċijiet ewlenin, it-tipi ta’ xbieki awtorizzati, il-qbid aċċidentali ttollerat kif ukoll il-kwota tal-qbid għall-bastimenti tat-tkarkir lil hinn mill-kosta.

3.

Il-liċenzji tas-sajd jistgħu jinħarġu biss lill-bastimenti li jkunu wettqu l-formalitajiet amministrattivi kollha meħtieġa.

4.

Iż-żewġ partijiet għandhom jiftiehmu sabiex jippromwovu l-ħolqien ta’ sistema ta’ liċenzji elettronika.

Validità u użu tal-liċenzji

1.

Il-perijodu tal-validità tal-liċenzji għandu jkun bejn it-28 ta’ Frar 2011 u s-27 ta’ Frar 2012.

2.

Il-liċenzja tas-sajd għandha tkun valida biss għall-perijodu kopert mill-ħlas tat-tariffa, kif ukoll għaż-żona tas-sajd, it-tipi ta’ rkaptu u l-kategorija indikati fil-liċenzja msemmija.

3.

Kull liċenzja tas-sajd għandha tinħareġ f’isem bastiment speċifiku u ma għandhiex tkun trasferibbli; madankollu, f’każ ta’ forza maġġuri kkonfermata kif xieraq mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat tal-bandiera, u fuq talba tal-UE, il-liċenzja ta’ bastiment għandha tinbidel, malajr kemm jista’ jkun, ma’ liċenzja oħra għal bastiment ieħor tal-istess kategorija ta’ sajd mingħajr ma jinqabeż it-tunnellaġġ awtorizzat għal dan.

4.

Is-sid tal-bastiment li għandu jinbidel, jew rappreżentant tiegħu, għandu jirritorna l-liċenzja mħassra lid-Dipartiment permezz tad-Delegazzjoni.

5.

Il-liċenzji tas-sajd għandhom jinżammu l-ħin kollu fuq il-bastiment liċenzjat u jintwerew, waqt kull kontroll, lill-awtoritajiet li jkollhom id-dritt jitolbu dan.

6.

Il-liċenzji tas-sajd għandhom ikunu validi għal sena, għal sitt xhur jew għal tliet xhur. Madankollu, għas-sajd pelaġiku industrijali, jistgħu jinħarġu u jiġġeddu liċenzji tas-sajd għal xahar.

Ħlasijiet għal-liċenzji tas-sajd u tariffi

1.

Il-ħlasijiet annwali għal-liċenzji tas-sajd għandhom jiġu stabbiliti permezz tal-leġislazzjoni tal-Marokk fis-seħħ.

2.

Il-ħlasijiet tal-liċenzji għandhom ikopru s-sena kalendarja li matulha tinħareġ il-liċenzja u għandhom jitħallsu mal-ewwel applikazzjoni għal liċenzja għas-sena kurrenti. Il-ħlasijiet għal-liċenzji jinkludu kull ħlas jew taxxa oħra relatati, ħlief għat-taxxi tal-port jew ħlasijiet għas-servizzi.

3.

Minbarra l-ħlasijiet għal-liċenzji tas-sajd, it-tariffi għandhom jiġu kkalkulati għal kull bastiment skont ir-rati stipulati fid-dokumenti tekniċi annessi mal-Protokoll.

4.

Il-kalkolu tat-tariffa għandu jsir pro rata mal-validità effettiva tal-liċenzja tas-sajd.

5.

Kull tibdil fil-leġislazzjoni dwar il-liċenzji tas-sajd għandu jiġi kkomunikat lid-Delegazzjoni mhux aktar tard minn xahrejn qabel ma jiġi applikat.

Metodi tal-ħlas

Il-ħlas tal-liċenzji tas-sajd, tat-tariffi u tal-ispejjeż tal-osservaturi għandu jsir f’isem it-Teżorier Ministerjali tal-Ministeru tal-Agrikoltura u tas-Sajd Marittimu qabel ma jinħarġu l-liċenzji tas-sajd fil-kont bankarju Nru 001 810 0078251501 1075 61 71 miftuħ fil-Bank Al Maghrib – il-Marokk.

Il-ħlas tat-tariffi fuq il-qbid li jsir mill-bastimenti tas-sajd pelaġiku għandu jsir permezz ta’ ħlas kull tliet xhur, fi tmiem it-tliet xhur li jiġu wara t-tliet xhur li fihom isir il-qbid inkwistjoni.

KAPITOLU II

DISPOŻIZZJONIJIET APPLIKABBLI GĦALL-BASTIMENTI LI JISTADU GĦALL-ISPEĊIJIET LI JPASSU ĦAFNA (BASTIMENTI TAT-TONN)

1.

It-tariffi għandhom jiġu ffissati għal EUR 25 għal kull tunnellata maqbuda fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk.

2.

Il-liċenzji għandhom jinħarġu għal sena kalendarja wara l-ħlas bil-quddiem ta’ somma fissa ta’ EUR 5 000 għal kull bastiment.

3.

Il-ħlas antiċipat għandu jiġi kkalkulat pro rata skont kemm iddum valida l-liċenzja tas-sajd.

4.

Il-kaptani tal-bastimenti li jkollhom liċenzja għall-ispeċijiet li jpassu ħafna għandhom iżommu ġurnal ta’ abbord aġġornat skont il-mudell inkluż fl-Appendiċi 6 tal-Anness.

5.

Huma għandhom ikunu obbligati wkoll li jibagħtu kopja tal-ġurnal ta’ abbord imsemmi lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom sa mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel it-tmiem tat-tielet xahar ta’ wara x-xahar li jirreferi għalih. Dawn l-awtoritajiet għandhom jibagħtu immedjatament il-kopji lid-Delegazzjoni li għandha tieħu ħsieb li tgħaddihom lid-Dipartiment sa mhux aktar tard mill-aħħar tat-tielet xahar ta’ wara x-xahar li jirreferu għalih.

6.

Sat-30 ta’ April, id-Delegazzjoni għandha tibgħat lid-Dipartiment dikjarazzjoni tat-tariffi li għandhom jitħallsu skont is-sena tas-sajd preċedenti, ibbażata fuq id-dikjarazzjonijiet tal-qbid magħmula minn kull sid u vverifikati mill-istituti xjentifiċi kompetenti fil-verifika tad-dejta tal-qabdiet fl-Istati Membri, bħall-IRD (Institut de Recherche pour le Développement), l-IEO (Instituto Español de Oceanografíá), l-INIAP (Instituto Nacional de Investigação Agrária e das Pescas) u l-INRH (Institut National de Recherche Halieutique).

7.

Id-dikjarazzjoni tat-tariffi li għandhom jitħallsu skont is-sena tas-sajd preċedenti għandha tkun innotifikata fl-4 xhur ta’ wara t-tmiem tal-Protokoll.

8.

Id-dikjarazzjoni finali għandha tintbagħat lis-sidien ikkonċernati li jkollhom 30 ġurnata żmien, mill-avviż ta’ approvazzjoni taċ-ċifri mid-Dipartiment, sabiex jissodisfaw l-obbligi finanzjarji tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti. Il-ħlas, li għandu jsir f’Euro u jkun indirizzat f’isem it-Teżorier Ewlieni tal-Marokk fil-kont bankarju msemmi fil-punt 5 tal-ewwel Kapitolu, għandu jintbagħat mid-Delegazzjoni lid-Dipartiment sa mhux aktar tard minn xahar u nofs mid-data ta’ dak l-avviż.

9.

Madankollu, jekk l-ammont tad-dikjarazzjoni jkun anqas mit-total tal-ħlasijiet bil-quddiem imsemmija hawn fuq, id-differenza korrispondenti ma għandhiex tkun irkuprata.

10.

Is-sidien għandhom jieħdu l-passi kollha meħtieġa sabiex il-kopji tal-ġurnal ta’ abbord jintbagħtu u l-ħlasijiet supplimentari li jistgħu jkunu meħtieġa jsiru fit-terminu ta’ żmien indikat fil-punti 6 u 7.

11.

In-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi stipulati fil-punti 6 u 7 għandu jwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm is-sid jonora l-obbligi tiegħu.

KAPITOLU III

ŻONI TAS-SAJD

Iż-żoni tas-sajd għal kull tip ta’ sajd fiż-żona Atlantika tal-Marokk, huma indikati fid-dokumenti tekniċi (l-Appendiċi 2). Iż-żona Mediterranja tal-Marokk, li tinsab fil-Lvant ta’ 35° 48′ N – 6° 20′ W (Cape Spartel), għandha tkun eskluża minn dan il-Protokoll.

KAPITOLU IV

TERMINI GĦALL-IMPLIMENTAZZJONI TAS-SAJD SPERIMENTALI

Iż-żewġ Partijiet għandhom jiddeċiedu flimkien dwar l-operaturi Ewropej li għandhom jipprattikaw is-sajd sperimentali, il-perijodu l-aktar adattat għal dan il-għan kif ukoll il-kondizzjonijiet applikabbli. Sabiex ikun iffaċilitat ix-xogħol esploratorju tal-bastimenti, id-Dipartiment għandu jgħaddi l-informazzjoni xjentifika u tagħrif ieħor fundamentali disponibbli.

Is-settur tas-sajd tal-Marokk għandu jkun assoċjat mill-qrib (koordinazzjoni u djalogu dwar il-kondizzjonijiet tal-implimentazzjoni tas-sajd sperimentali).

Il-kampanji tas-sajd sperimentali m’għandhomx idumu aktar minn sitt xhur u anqas minn tliet xhur, sakemm ma jkunx deċiż mod ieħor bi ftehim bejn il-Partijiet.

Għażla tal-kandidati għat-twettiq tal-kampanji tas-sajd sperimentali

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tikkomunika lill-awtoritajiet tal-Marokk l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tas-sajd sperimentali. Hija għandha tipprovdi fajl tekniku li jispeċifika:

il-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment,

il-livell ta’ għarfien espert tal-uffiċjali tal-bastiment fir-rigward ta’ dak is-sajd,

il-proposta fir-rigward tal-parametri tekniċi tal-kampanja tas-sajd sperimentali (dewmien, rkaptu, reġjuni għall-esplorazzjoni, eċċ.).

Id-Dipartiment għandu jorganizza djalogu rigward l-aspetti tekniċi mal-Kummissjoni Ewropea, minn naħa waħda, u s-sidien ikkonċernati, min-naħa l-oħra, jekk iqis li jkun hemm il-ħtieġa.

Qabel il-bidu tal-kampanja tas-sajd sperimentali, is-sidien għandhom jipprovdu lill-awtoritajiet tal-Marokk u lill-Kummissjoni Ewropea:

dikjarazzjoni tal-qabda li tkun diġà abbord,

il-karatteristiċi tekniċi tal-irkaptu tas-sajd li jkun ser jintuża matul il-kampanja tas-sajd sperimentali,

il-garanzija li dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-leġislazzjoni tal-Marokk fil-kwistjonijiet relatati mas-sajd.

Matul il-kampanja tas-sajd sperimentali fuq il-baħar, is-sidien ikkonċernati għandhom:

jibagħtu lill-awtoritajiet tal-Marokk u lill-Kummissjoni Ewropea rapport fil-ġimgħa dwar il-qabda ta’ kuljum u ta’ kull sajda, kif ukoll dwar il-karatteristiċi tekniċi tal-kampanja tas-sajd sperimentali (il-pożizzjoni, il-fond, id-data u l-ħin, il-qabda u rimarki jew kummenti oħrajn),

jindikaw il-pożizzjoni, il-veloċità u r-rotta tal-bastiment permezz tal-VMS (Sistema għall-Monitoraġġ tal-Bastimenti),

jiżguraw li osservatur xjentifiku tal-Marokk jew osservatur xjentifiku magħżul mill-awtoritajiet tal-Marokk jkun abbord. Ir-rwol tal-osservatur huwa li jiġbor informazzjoni xjentifika mill-qabdiet kif ukoll li jieħu kampjuni mill-qbid. L-osservatur għandu jiġi ttrattat l-istess bħal uffiċjal tal-bastiment u s-sid għandu jħallas l-ispejjeż għall-għajxien tiegħu sakemm ikun abbord. Id-deċiżjoni dwar iż-żmien li l-osservatur jgħaddi abbord, dwar kemm idum u dwar il-port tal-imbark u tal-iżbark għandha tittieħed bi ftehim mal-awtoritajiet tal-Marokk. Sakemm il-Partijiet ma’ jiddeċidux mod ieħor, il-bastiment qatt ma jkun obbligat li jidħol fil-port aktar minn darba kull xahrejn,

fuq talba tal-awtoritajiet tal-Marokk, jissottomettu l-bastiment għal spezzjoni qabel ma jħalli l-ilmijiet tal-Marokk,

josservaw il-leġislazzjoni tal-Marokk fil-kwistjonijiet relatati mas-sajd.

Il-qbid, inkluż il-qbid aċċidentali, li jsir matul il-kampanja xjentifika għandu jibqa’ l-proprjetà tas-sid, sakemm ikun hemm konformità mad-dispożizzjonijiet stipulati mill-Kumitat Konġunt f’dan ir-rigward.

L-awtoritajiet tal-Marokk għandhom jinnominaw persuna ta’ kuntatt li tkun inkarigata sabiex tittratta l-problemi imprevisti li jistgħu jfixklu l-iżvilupp tas-sajd sperimentali.

KAPITOLU V

DISPOŻIZZJONIJIET RIGWARD IS-SORVELJANZA BIS-SATELLITA TAL-BASTIMENTI TAS-SAJD TAL-UE LI JOPERAW FIŻ-ŻONI TAS-SAJD TAL-MAROKK SKONT DAN IL-FTEHIM

1.

Il-bastimenti tas-sajd kollha li għandhom tul totali ta’ aktar minn 15-il metru, li jistadu fil-qafas ta’ dan il-Ftehim, għandhom ikunu ssorveljati bis-satellita meta jkunu fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk.

2.

Għall-finijiet tas-sorveljanza bis-satellita, l-awtoritajiet tal-Marokk għandhom jgħaddu lill-Parti Ewropea l-koordinati (il-latitudnijiet u l-lonġitudnijiet) taż-żoni tas-sajd tal-Marokk.

L-awtoritajiet tal-Marokk għandhom jibagħtu din l-informazzjoni f’forma elettronika espressa fi gradi, minuti u sekondi.

3.

Il-Partijiet għandhom jaqsmu l-informazzjoni dwar l-indirizzi X.25 u l-ispeċifikazzjonijiet użati fil-komunikazzjonijiet elettroniċi bejn iċ-Ċentri ta’ Kontroll tagħhom skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti 5 u 7. Din l-informazzjoni għandha tinkludi, sa fejn ikun possibbli, l-ismijiet, in-numri tat-telefown, in-numri tal-faks u l-indirizzi elettroniċi (Internet jew X.400) li jistgħu jintużaw fil-komunikazzjoni ġenerali bejn iċ-Ċentri ta’ Kontroll.

4.

Il-pożizzjoni tal-bastimenti għandha tkun stabbilita b’marġini ta’ żball ta’ anqas minn 500 m u b’livell ta’ affidabbiltà ta’ 99 %.

5.

Meta bastiment li jkun qiegħed jistad skont il-Ftehim u li jkun qiegħed jiġi ssorveljat bis-satellita skont il-leġislazzjoni Ewropea jidħol fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk, ir-rapporti tal-pożizzjoni sussegwenti għandhom jiġu kkomunikati immedjatament miċ-Ċentru ta’ Kontroll tal-Istat tal-bandiera liċ-Ċentru tas-Sorveljanza u l-Kontroll tas-Sajd tal-Marokk (FMC – Fisheries Monitoring Centre), b’intervall massimu ta’ sagħtejn (identifikazzjoni tal-bastiment, lonġitudni, latitudni, rotta u veloċità). Dawn il-messaġġi jissejħu Rapporti tal-Pożizzjoni.

6.

Il-messaġġi msemmija fil-punt 5 għandhom jintbagħtu b’mezzi elettroniċi fil-format X.25 jew xi protokoll protett ieħor. Dawn il-messaġġi għandhom jintbagħtu f’ħin reali, skont il-format fit-tabella II.

7.

F’każ ta’ difetti tekniċi jew ħsara li taffettwa t-tagħmir ta’ sorveljanza permanenti bis-satellita installat abbord il-bastiment tas-sajd, il-kaptan ta’ dan il-bastiment għandu jibgħat l-informazzjoni stipulata fil-punt 5, fil-ħin, liċ-Ċentru ta’ Kontroll tal-Istat tal-bandiera u lill-FMC tal-Marokk permezz ta’ faks. F’tali ċirkostanzi, ikun meħtieġ li jintbagħat Rapport tal-Pożizzjoni globali kull 4 siegħat. Dan ir-rapport tal-pożizzjoni globali għandu jinkludi l-pożizzjoni kif irreġistrata mill-kaptan tal-bastiment kull sagħtejn skont il-kundizzjonijiet stipulati fil-punt 5.

Iċ-Ċentru ta’ Kontroll tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat dawn il-messaġġi lill-FMC tal-Marokk. It-tagħmir difettuż għandu jissewwa jew jinbidel fi żmien xahar. Jekk jinqabeż dan it-terminu ta’ żmien, il-bastiment inkwistjoni jrid iħalli ż-żoni tas-sajd tal-Marokk jew jidħol ġewwa port tal-Marokk.

8.

Iċ-Ċentri ta’ Kontroll tal-Istati tal-bandiera għandhom jissorveljaw il-moviment tal-bastimenti tagħhom fl-ilmijiet tal-Marokk kull siegħa. F’każ fejn is-sorveljanza tal-bastimenti ma sseħħx skont il-kundizzjonijiet previsti, l-FMC tal-Marokk għandu jkun infurmat immedjatament u tiġi applikata l-proċedura stipulata fil-punt 7.

9.

Jekk l-FMC tal-Marokk jiskopri li l-Istat tal-bandiera mhux qed jikkomunika l-informazzjoni prevista fil-punt 5, is-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni Ewropea għandhom jiġu infurmati immedjatament.

10.

Id-dejta dwar is-sorveljanza kkomunikata lill-Parti l-oħra, skont dawn id-dispożizzjonijiet, għandha tkun maħsuba esklużivament għall-awtoritajiet tal-Marokk għal finijiet ta’ kontroll u sorveljanza tal-flotta tal-UE li tistad skont il-Ftehim dwar is-Sajd UE/Marokk. Din id-dejta ma tistax tkun ikkomunikata lil xi partijiet oħrajn taħt l-ebda ċirkostanzi.

11.

L-elementi tas-softwer u tal-ħardwer tat-tagħmir tas-sistema tas-sorveljanza bis-satellita għandhom ikunu affidabbli u ma jippermettu l-ebda falsifikazzjoni tal-pożizzjonijiet kif ukoll ma jkunux jistgħu jiġu manipulati b’mod manwali.

Is-sistema għandha tkun kompletament awtomatika u operattiva f’kull ħin indipendentement mill-kondizzjonijiet ambjentali u tat-temp. Is-sistema ta’ sorveljanza bis-satellita ma tistax tiġi distrutta, issirilha l-ħsara, tiġi fi stat li ma taħdimx jew tiġi mbagħbsa.

Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jiżguraw li:

id-dejta ma tigi mibdula b’ebda mod

l-antenna jew l-antenni konnessi mat-tagħmir ta’ sorveljanza bis-satellita ma jkollhomx xkiel

il-provvista tal-elettriku għat-tagħmir tas-sorveljanza bis-satellita ma tinqatax

it-tagħmir tas-sorveljanza bis-satellita ma jiġix żarmat.

12.

Il-Partijiet jaqblu li jwettqu skambju, fuq talba, ta’ informazzjoni dwar it-tagħmir użat għas-sorveljanza bis-satellita, sabiex ikun hemm verifika li kull tagħmir ikun effettivament kompatibbli mal-ħtiġijiet tal-Parti l-oħra għall-finijiet ta’ dawn id-dispożizzjonijiet. L-ewwel laqgħa għal dan il-għan għandha sseħħ qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll.

13.

Kull nuqqas ta’ qbil fir-rigward tal-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet għandu jkun ittrattat b’konsultazzjoni bejn il-Partijiet fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim.

14.

Il-Partijiet jaqblu li jirrevedu, jekk ikun hemm il-ħtieġa, dawn id-dispożizzjonijiet fil-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 10 tal-Ftehim.

KAPITOLU VI

DIKJARAZZJONI TAL-QBID

Ġurnal ta’ abbord

1.

Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jużaw il-ġurnal ta’ abbord maħsub apposta għall-prattika tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk u li jżommu dan il-ġurnal ta’ abbord aġġornat skont id-dispożizzjonijiet li jinsabu fin-nota ta’ spjegazzjoni fl-imsemmi ġurnal ta’ abbord.

2.

Is-sidien għandhom jibagħtu kopja tal-ġurnal ta’ abbord lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom mhux aktar tard minn 15-il ġurnata qabel it-tmiem tat-tielet xahar ta’ wara x-xahar li jirreferi għalih. Dawn l-awtoritajiet għandhom jibagħtu immedjatament il-kopji lid-Delegazzjoni li għandha tieħu ħsieb li tgħaddihom lid-Dipartiment sa mhux aktar tard mill-aħħar tat-tielet xahar ta’ wara x-xahar li jirreferu għalih.

3.

In-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi previsti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ hawn fuq mis-sidien iwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm is-sid jonora l-obbligi tiegħu.

Dikjarazzjoni tal-qbid ta’ kull tliet xhur

1.

Id-Delegazzjoni għandha tinforma lid-Dipartiment, qabel it-tmiem tat-tielet xahar ta’ kull perijodu ta’ tliet xhur, dwar il-kwantitajiet maqbuda, matul it-tliet xhur preċedenti, mill-bastimenti kollha tal-UE.

2.

Id-dejta mogħtija għandha tkun ta’ kull xahar u tkun maqsuma, b’mod partikolari, skont it-tip ta’ sajd, skont kull bastiment u skont l-ispeċijiet kollha indikati fil-ġurnal ta’ abbord.

3.

Din id-dejta għandha tintbagħat ukoll lid-Dipartiment permezz ta’ dokument elettroniku f’format kompatibbli mas-softwer użat mill-Ministeru.

Affidabbiltà tad-dejta

L-informazzjoni inkluża fid-dokumenti msemmija fil-punti 1 u 2 ta’ hawn fuq għandha tirrifletti r-realtà tas-sajd sabiex tkun tista’ tikkostitwixxi waħda mill-bażijiet tas-superviżjoni tal-evoluzzjoni tal-istokk.

KAPITOLU VII

IT-TLUGĦ ABBORD TAL-BAĦRIN MAROKKINI

1.

Is-sidien li jibbenefikaw mil-liċenzji tas-sajd fil-qafas ta’ dan il-Ftehim għandhom, matul il-perijodu kollu li jkunu fl-ilmijiet tal-Marokk, itellgħu abbord baħrin Marokkini mqassmin kif ġej:

(a)

Bastimenti tat-tkarkir pelaġiku

Tunnellaġġ ta’ anqas minn 150 TG: tlugħ abbord volontarju tal-baħrin Marokkini

Tunnellaġġ ta’ anqas minn 5 000 TG: sitt baħrin

Tunnellaġġ ta’ 5 000 TG jew aktar: tmien baħrin

Madankollu, jekk dawn il-bastimenti jaħdmu anqas minn xahar fis-sena fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk, għandhom ikunu eżentati mill-obbligu li jtellgħu abbord baħrin Marokkini.

Barra minn hekk, meta l-liċenzji tas-sajd ta’ dawn il-bastimenti jiġġeddu għal perijodu ta’ aktar minn xahar fis-sena, is-sidien ikkonċernati għandhom iħallsu s-somma fissa prevista fil-punt 10 ta’ dan il-Kapitolu għall-ewwel xahar. Mill-ewwel jum tat-tieni xahar tal-liċenzja tas-sajd, għandhom ikunu obbligati li jonoraw l-obbligi tagħhom rigward it-tlugħ abbord tal-baħrin Marokkini.

(b)

Fuq skala żgħira fit-Tramuntana: tlugħ abbord volontarju tal-baħrin Marokkini

(c)

Fuq skala żgħira fin-Nofsinhar: żewġ baħrin

(d)

Bastimenti bit-tartarun fit-Tramuntana: żewġ baħrin

(e)

Bastimenti tat-tkarkir u bil-konz għas-sajd f’ilmijiet fondi: tmien baħrin

(f)

Bastimenti tat-tonn bil-qasab u x-xlief: tliet baħrin

2.

Is-sidien għandhom ikunu ħielsa fl-għażla tal-baħrin li jtellgħu abbord il-bastimenti tagħhom.

3.

Il-kuntratti tal-impjieg tas-sajjieda għandhom isiru bejn is-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom u s-sajjieda.

4.

Is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jikkomunika lid-Dipartiment l-ismijiet tal-baħrin Marokkini mtella’ abbord il-bastiment ikkonċernat kif ukoll ir-rwol li jwettqu fl-ekwipaġġ.

5.

Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-prinċipji u d-drittijiet fundamentali tax-xogħol għandha tapplika bħala dritt għall-baħrin imtella’ abbord il-bastimenti tas-sajd Ewropej. Dan jirrigwarda, b’mod partikolari, il-libertà tal-assoċjazzjoni u r-rikonoxximent effettiv tad-dritt tal-ħaddiema għal negozjar kollettiv kif ukoll l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fi kwistjonijiet ta’ xogħol u professjoni.

6.

Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin Marokkini, li kopja tagħhom tingħata lill-firmatarji, għandhom isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien u l-baħrin u/jew il-unions tagħhom jew rappreżentanti tagħhom b’komunikazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Marokk. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċji tas-sistema tas-sigurtà soċjali li huma eliġibbli għalihom, inkluża l-assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard jew korriment.

7.

Fi żmien xahrejn mill-ħruġ tal-liċenzja, is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jgħaddi kopja tal-imsemmi kuntratt, debitament approvat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat, direttament lid-Dipartiment.

8.

Is-salarju tal-baħrin Marokkini għandu jitħallas mis-sidien. Għandu jiġi stabbilit qabel il-ħruġ tal-liċenzji, bi qbil bejn is-sidien jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin Marokkini jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet tar-remunerazzjoni tal-baħrin Marokkini ma jistgħux ikunu anqas minn dawk tal-ekwipaġġ Marokkin, u għandhom ikunu konformi mal-istandards tal-ILO u fl-ebda każ ma jkunu inferjuri għalihom.

9.

Jekk xi baħri jew baħrin impjegati abbord ma jkunux preżenti fil-ħin stabbilit għat-tluq tal-bastiment, dan tal-aħħar għandu jkun awtorizzat li jibda s-sajda ppjanata wara li jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-port dwar in-nuqqas fl-għadd ta’ baħrin meħtieġa u wara li jkun organizza r-rwoli tal-ekwipaġġ. Dawn l-awtoritajiet għandhom jinfurmaw lid-Dipartiment.

Is-sid għandu jieħu l-passi meħtieġa sabiex jiżgura li l-bastiment tiegħu jtella’ abbord l-għadd ta’ baħrin stipulat f’dan il-Ftehim mhux aktar tard mis-sajda li jkun imiss.

10.

F’każ li ma jittellgħux abbord baħrin Marokkini għal raġunijiet differenti minn dawk imsemmija fil-punt preċedenti, is-sidien tal-bastimenti Ewropej ikkonċernati għandhom iħallsu somma fissa ta’ EUR 20 għal kull ġurnata ta’ sajd fiż-żona tas-sajd tal-Marokk għal kull baħri, fi żmien massimu ta’ tliet xhur.

Din is-somma tintuża għat-taħriġ tas-sajjieda Marokkini u għandha titħallas fil-kont imsemmi fil-punt 5 tal-Kapitolu I.

11.

Id-Delegazzjoni għandha tikkomunika lid-Dipartiment, kull sitt xhur, lista tal-baħrin Marokkini mtella’ abbord il-bastimenti tal-UE, fl-1 ta’ Lulju 2011 u fl-1 ta’ Jannar 2012, flimkien man-numru tar-reġistrazzjoni tagħhom fir-reġistru tal-baħħara u l-isem tal-bastimenti li jkunu imbarkaw fuqhom.

12.

Ħlief fil-każ previst fil-punt 9, in-nuqqas persistenti, min-naħa tas-sidien, tal-impjieg tal-għadd stipulat ta’ baħrin Marokkini għandu jwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd tal-bastiment sakemm dan l-obbligu jiġi sodisfat.

KAPITOLU VIII

MONITORAĠĠ U OSSERVAZZJONI TAS-SAJD

Osservazzjoni tas-sajd

1.

Il-bastimenti awtorizzati sabiex jistadu fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk fil-qafas ta’ dan il-Ftehim għandhom itellgħu abbord lill-osservaturi maħtura mill-Marokk taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti hawn taħt.

1.1.

Il-bastimenti awtorizzati b’tunnellaġġ ta’ aktar minn 100 TG għandhom itellgħu osservaturi abbord fil-limitu ta’ 25 % kull tliet xhur.

1.2.

Il-bastimenti tas-sajd pelaġiku industrijali għandhom itellgħu abbord osservatur xjentifiku b’mod permanenti matul il-perijodu kollu tal-attivitajiet tagħhom fl-ilmijiet tal-Marokk.

1.3.

Il-bastimenti tas-sajd l-oħrajn tal-Komunità b’tunnellaġġ ta’ 100 TG jew anqas għandhom ikunu osservati waqt massimu ta’ għaxar sajdiet f’kull sena u għal kull kategorija ta’ sajd.

1.4.

Id-Dipartiment għandu jistabbilixxi lista tal-bastimenti magħżula sabiex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll lista tal-osservaturi maħtura sabiex jittellgħu abbord. Dawn il-listi għandhom jiġu kkomunikati lid-Delegazzjoni hekk kif ikunu lesti.

1.5.

Id-Dipartiment għandu jikkomunika lis-sidien ikkonċernati, permezz tad-Delegazzjoni, l-isem tal-osservatur maħtur sabiex jittella’ abbord il-bastiment mal-ħruġ tal-liċenzja jew mhux aktar tard minn ħmistax-il gurnata qabel id-data prevista għat-tlugħ abbord tal-osservatur.

2.

Il-preżenza tal-osservaturi abbord il-bastimenti tat-tkarkir pelaġiku għandha tkun permanenti. Għall-kategoriji tas-sajd l-oħrajn, il-preżenza tal-osservaturi abbord dawn il-bastimenti għandha tiġi stabbilita għal sajda waħda kull bastiment.

3.

Il-kondizzjonijiet għat-tlugħ abbord tal-osservatur għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim bejn is-sid jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtoritajiet tal-Marokk.

4.

It-tlugħ abbord tal-osservatur għandu jseħħ fil-port magħżul mis-sid u fil-bidu tal-ewwel sajda fl-ilmijiet tal-Marokk wara n-notifika tal-lista tal-bastimenti magħżula.

5.

Is-sidien ikkonċernati għandhom jikkomunikaw id-dati u l-portijiet tal-Marokk magħżula għat-tlugħ abbord tal-osservaturi fi żmien ġimagħtejn u b’avviż minn qabel ta’ għaxart ijiem.

6.

F’każ li l-osservatur jittella’ abbord f’port barrani, l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-osservatur jitħallsu mis-sid. Jekk bastiment li jkollu osservatur tal-Marokk abbord joħroġ miż-żoni tas-sajd tal-Marokk, għandhom jittieħdu l-passi kollha meħtieġa, bi spejjeż għas-sid, sabiex l-osservatur jirritorna f’pajjiżu malajr kemm jista’ jkun.

7.

F’każ li l-osservatur xjentifiku jagħmel vjaġġ inutli, minħabba li s-sid ma jonorax l-impenji li jkun għamel, l-ispejjeż tal-vjaġġ kif ukoll is-sussistenza ta’ kuljum, ekwivalenti għal dawk imħallsa lill-uffiċjali nazzjonali tal-Marokk ta’ grad ekwivalenti, għall-ġranet meta l-osservatur xjentifiku jkun inattiv, jitħallsu mis-sid. Bl-istess mod, f’każ ta’ dewmien fit-tlugħ abbord tort tas-sid, dan tal-aħħar għandu jħallas lill-osservatur is-sussistenza ta’ kuljum imsemmija hawn fuq.

Kull tibdil fir-regolamenti dwar is-sussistenza ta’ kuljum għandu jiġi kkomunikat lid-Delegazzjoni sa mhux aktar tard minn xahrejn qabel ma jiġi applikat.

8.

Jekk l-osservatur ma jkunx preżenti fil-post u fil-ħin miftiehem jew fit-tnax-il siegħa sussegwenti, is-sid ikun meħlus mill-obbligu li jtellgħu abbord.

9.

Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Huwa għandu jwettaq id-dmirijiet li ġejjin:

9.1.

josserva l-attivitajiet ta’ sajd tal-bastimenti;

9.2.

jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti impenjati f’operazzjonijiet tas-sajd;

9.3.

jieħu kampjuni bijoloġiċi skont il-programmi xjentifiċi;

9.4.

jinnota l-irkaptu tas-sajd użat;

9.5.

jivverifika d-dejta dwar il-qbid li jsir fl-ilmijiet tas-sajd tal-Marokk li jitniżżel fil-ġurnal ta’ abbord;

9.6.

jivverifika l-persentaġġi tal-qbid aċċidentali u jivvaluta l-volum tal-ħut li jintrema tal-ispeċijiet ta’ ħut, krustaċji u ċefalopodi li jistgħu jiġu kkummerċjalizzati;

9.7.

jikkomunika, permezz tal-faks jew ir-radju, id-dejta dwar is-sajd inkluż il-volum tal-qbid prinċipali u aċċidentali abbord.

10.

Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha rilevanti taħt ir-responsabbiltà tiegħu għas-sigurtà fiżika u mentali tal-osservatur waqt il-qadi ta’ dmirijietu.

11.

L-osservatur għandu jkollu l-faċilitajiet kollha meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu. Il-kaptan għandu jiffaċilita l-aċċess tal-osservatur għall-mezzi ta’ komunikazzjoni meħtieġa għall-qadi ta’ dmirijietu, għad-dokumenti konnessi direttament mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment inklużi, b’mod partikolari, il-ġurnal ta’ abbord u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex ikun iffaċilitat il-qadi ta’ dmirijietu.

12.

Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:

12.1.

jieħu l-miżuri xierqa kollha sabiex il-kondizzjonijiet tat-tlugħ abbord kif ukoll il-preżenza tiegħu abbord la jwaqqfu u lanqas ifixklu l-operazzjonijiet tas-sajd,

12.2.

jieħu ħsieb il-beni u t-tagħmir li jkun hemm abbord u jirrispetta l-privatezza ta’ kull dokument li jappartjeni għall-imsemmi bastiment.

13.

Fit-tmiem tal-perijodu ta’ osservazzjoni u qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jħejji rapport tal-attivitajiet li jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti tal-Marokk b’kopja lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea. Huwa għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista’ jżid jew jara li jiżdiedu r-rimarki kollha li jidhirlu li jkunu utli u jiffirmahom. Kopja tar-rapport għandha tingħata lill-kaptan tal-bastiment mal-iżbark tal-osservatur xjentifiku.

14.

Is-sid għandu jħallas għall-akkomodazzjoni u l-ikel tal-osservaturi bl-istess kondizzjonijiet li jingħataw lill-uffiċjali, skont il-possibiltajiet tal-bastiment.

15.

Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Marokk.

16.

Sabiex il-Marokk jiġi rrimborżat għall-infiq li jirriżulta mill-preżenza tal-osservaturi xjentifiċi abbord il-bastimenti, għandu jkun hemm previsti, b’żieda mat-tariffi li jitħallsu mis-sidien, ħlasijiet imsejħa “spejjeż għall-osservaturi xjentifiċi” ikkalkulati fuq il-bażi ta’ 3,5 EUR/TG/tliet xhur għal kull bastiment li jistad fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk.

Dawn il-ħlasijiet għandhom isiru mal-ħlasijiet ta’ kull tliet xhur skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fil-punt 5 tal-Kapitolu I tal-Anness.

17.

In-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi previsti fil-punti 4 t’hawn fuq iwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm is-sid jonora l-obbligi tiegħu.

Sistema ta’ Monitoraġġ konġunt tas-sajd

Il-Partijiet kontraenti għandhom jistabbilixxu sistema ta’ monitoraġġ u osservazzjoni konġunti tal-kontrolli tal-ħatt l-art, maħsuba sabiex ittejjeb l-effikaċja tal-kontrolli bil-għan li tiżgura l-osservanza tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.

Għal dan il-għan, l-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Parti kontraenti għandhom jinnominaw rappreżentant billi jikkomunikaw l-isem lill-Parti kontraenti l-oħra sabiex din il-persuna tassisti fil-kontroll tal-ħatt l-art u tosserva l-metodi kif iseħħu.

Ir-rappreżentant tal-awtorità tal-Marokk għandu jassisti bħala osservatur fl-ispezzjonijiet tal-ħatt l-art tal-bastimenti li jkunu operaw fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk, li jitwettqu mis-servizzi nazzjonali ta’ kontroll tal-Istati Membri.

Huwa għandu jakkumpanja lill-uffiċjali nazzjonali tal-kontroll fl-ispezzjonijiet li jagħmlu fil-portijiet, fuq il-bastimenti, fuq il-mollijiet, fis-swieq fejn isir l-ewwel bejgħ, fil-ħwienet tan-negozjanti tal-ħut, fl-imħażen tal-friża u f’postijiet oħrajn konnessi mal-ħatt l-art u l-ħażna tal-ħut qabel l-ewwel bejgħ u għandu jkollu aċċess għad-dokumenti soġġetti għal tali spezzjonijiet.

Ir-rappreżentant tal-awtorità tal-Marokk għandu jħejji u jippreżenta rapport dwar il-kontroll jew kontrolli li jkun assista għalihom.

Id-Dipartiment għandu javża lid-Delegazzjoni għaxart ijiem minn qabel sabiex tassisti għall-ispezzjonijiet ipprogrammati fil-portijiet tal-ħatt l-art.

Fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea, l-ispetturi tas-sajd Ewropej jistgħu jassistu bħala osservaturi fl-ispezzjonijiet imwettqa mill-awtoritajiet Marokkini fir-rigward tal-operazzjonijiet ta’ ħatt l-art tal-bastimenti Ewropej fil-portijiet tal-Marokk.

Il-metodi użati f’dawn l-operazzjonijiet għandhom jiġu deċiżi bi ftehim komuni bejn l-awtoritajiet kompetenti taż-żewġ Partijiet.

KAPITOLU IX

KONTROLL

1.   L-UE għandha żżomm lista aġġornata tal-bastimenti li għandhom liċenzja tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Protokoll. Din il-lista għandha tiġi nnotifikata lill-awtoritajiet tal-Marokk inkarigati mill-kontroll tas-sajd hekk kif tinħoloq u kull darba li tiġi aġġornata.

2.   Spezzjonijiet tekniċi

2.1.

Darba fis-sena, kif ukoll wara xi tibdil fit-tunnellaġġ jew fil-kategorija ta’ sajd li twassal għall-użu ta’ rkaptu tas-sajd differenti, il-bastimenti tas-sajd Ewropej imsemmija fil-punt 1 hawn fuq għandhom jidħlu f’port tal-Marokk sabiex issirilhom spezzjoni kif stipulat fir-regolamenti fis-seħħ. Dawn l-ispezzjonijiet iridu jitwettqu fi żmien 48 siegħa mill-wasla tal-bastiment fil-port.

2.2.

Meta l-bastiment jinstab li huwa konformi, il-kaptan tal-bastiment jingħata ċertifikat, b’validità ugwali għal-liċenzja, li jiġi estiż awtomatikament għall-bastimenti li jġeddu l-liċenzja tagħhom matul dik is-sena. Madankollu, il-perijodu massimu ta’ validità ma jistax ikun ta’ aktar minn sena. Dan iċ-ċertifikat għandu jinżamm dejjem abbord.

2.3.

L-ispezzjonijiet tekniċi għandhom iservu sabiex jikkontrollaw il-konformità tal-karatteristiċi tekniċi u tal-irkaptu abbord u sabiex jivverifikaw li d-dispożizzjonijiet dwar l-ekwipaġġ Marokkin ikunu ġew sodisfati.

2.4.

L-ispejjeż relatati mal-ispezzjonijiet għandhom jitħallsu mis-sidien b’rati li jiġu stabbiliti skont l-iskeda ffissata mil-liġijiet tal-Marokk. Ma jistgħux ikunu aktar mis-somom normalment imħallsa mill-bastimenti l-oħrajn għall-istess servizz.

2.5.

In-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafi 2.1 u 2.2 t’hawn fuq iwassal għas-sospensjoni awtomatika tal-liċenzja tas-sajd sakemm is-sid jonora l-obbligi tiegħu.

3.   Dħul fiż-żona u ħruġ minnha:

3.1.

Il-bastimenti Ewropej għandhom javżaw lid-Dipartiment bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk jew joħorġu minnhom tal-anqas 4 siegħat minn qabel.

3.2.

Mal-avviż ta’ ħruġ, kull bastiment għandu jikkomunika wkoll il-pożizzjoni tiegħu u l-volum u l-ispeċi tal-qabda li jkollu abbord. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom isiru preferibbilment bil-faks u, fin-nuqqas ta’ dan, f’każ ta’ bastimenti li ma jkollhomx faks, permezz tar-radju li d-dettalji tiegħu jidhru fl-Appendiċi 8.

3.3.

Bastiment li jinstab jistad mingħajr ma jkun avża lid-Dipartiment għandu jitqies bħala bastiment mingħajr liċenzja.

3.4.

In-numri tal-faks, tat-telefown u l-indirizz tal-posta elettronika għandhom jingħataw ukoll mal-ħruġ tal-liċenzja tas-sajd.

4.   Proċeduri ta’ kontroll

4.1.

Il-kaptani tal-bastimenti Ewropej li jwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tas-sajd tal-Marokk għandhom jippermettu u jiffaċilitaw it-tlugħ abbord u t-twettiq tad-dmirijiet ta’ kull uffiċjal tal-Marokk inkarigat mill-ispezzjoni u l-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd.

4.2.

Dawn l-uffiċjali m’għandhomx jibqgħu abbord għal aktar mill-ħin meħtieġ sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.

4.3.

Mat-tmiem ta’ kull spezzjoni u kontroll, il-kaptan tal-bastiment għandu jingħata ċertifikat.

5.   Tlugħ abbord il-bastimenti

5.1.

Id-Dipartiment għandu jinforma lill-Kummissjoni Ewropea, fi żmien 48 siegħa, dwar kull imbark jew sanzjoni imposta fuq xi bastiment, li jseħħu fl-ilmijiet tas-sajd tal-Marokk.

5.2.

Fl-istess waqt, il-Kummissjoni Ewropea għandha tirċievi rapport fil-qosor dwar iċ-ċirkostanzi u r-raġunijiet li wasslu għal dan l-imbark.

6.   Rapport dwar l-imbark

6.1.

Il-kaptan tal-bastiment għandu jiffirma dan id-dokument wara d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet fir-rapport imħejji mill-awtoritajiet inkarigati mill-kontroll fil-Marokk.

6.2.

Din il-firma ma għandhiex tippreġudika d-drittijiet jew il-mezzi ta’ difiża li l-kaptan tal-bastiment jista’ juża fil-konfront tal-offiża li jkun akkużat li wettaq.

6.3.

Il-kaptan għandu jidderieġi l-bastiment tiegħu lejn port indikat mill-awtoritajiet tal-Marokk inkarigati mill-kontroll. Il-bastiment li jkun kiser il-liġijiet tal-Marokk fis-seħħ dwar is-sajd fil-baħar għandu jinżamm fil-port sakemm jitlestew il-formalitajiet amministrattivi normali f’każijiet ta’ mbark.

7.   Ftehim dwar il-ksur

7.1.

Qabel ma tinbeda xi proċedura legali, għandu jkun hemm sforz sabiex il-ksur allegat jiġi rranġat permezz ta’ soluzzjoni bonarja. Din il-proċedura m’għandhiex iddum aktar minn tliet ġranet tax-xogħol mill-imbark.

7.2.

Fil-każ ta’ soluzzjoni bonarja, il-multa imposta għandha tiġi ffissata skont il-liġijiet tal-Marokk fil-qasam tas-sajd.

7.3.

F’każ li l-kwistjoni ma tkunx tista’ tiġi rranġata permezz ta’ soluzzjoni bonarja, u tittieħed quddiem tribunal ġudizzjarju kompetenti, is-sid għandu jiddepożita garanzija bankarja, li tkun determinata skont l-ispejjeż li jirriżultaw mill-imbark kif ukoll skont il-multi u d-danni li huma soġġetti għalihom dawk li wettqu l-ksur, f’bank magħżul mill-awtorità kompetenti fil-Marokk.

7.4.

Il-garanzija bankarja għandha tkun irrevokabbli sat-tmiem tal-proċedura ġudizzjarja. Hija għandha tiġi rrilaxxata jekk il-proċedura tintemm mingħajr kundanna. F’każ ta’ kundanna li twassal għal multa li tkun inqas mill-garanzija ddepożitata, id-differenza għandha tiġi rrilaxxata mill-awtorità kompetenti Marokkina.

7.5.

Il-bastiment għandu jitħalla jitlaq mill-port:

kemm jekk jissodisfa l-obbligi tiegħu li jirriżultaw mis-soluzzjoni bonarja;

kif ukoll mad-depożitu tal-garanzija bankarja stipulata fil-punt 7.3 hawn fuq u l-aċċettazzjoni tagħha mill-awtorità kompetenti tal-Marokk, sakemm titlesta l-proċedura ġudizzjarja.

8.   Trażbord

8.1.

L-ebda operazzjoni ta’ trażbord tal-qbid fuq il-baħar ma għandha tiġi permessa fiż-żoni tas-sajd tal-Marokk. Madankollu, il-bastimenti Ewropej tat-tkarkir pelaġiku li jkunu jixtiequ jwettqu t-trażbord tal-qabda fl-ilmijiet tal-Marokk jistgħu jagħmlu dan f’xi port tal-Marokk jew xi post ieħor indikat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Marokk wara li jiksbu awtorizzazzjoni mid-Dipartiment. Dan it-trażbord għandu jsir taħt is-superviżjoni tal-osservatur jew ta’ rappreżentant tad-Delegazzjoni tas-sajd marittimu u tal-awtoritajiet ta’ kontroll. Kull ksur ta’ din id-dispożizzjoni twassal għas-sanzjonijiet ipprovduti mil-liġijiet tal-Marokk fis-seħħ.

8.2.

Qabel kull operazzjoni ta’ trażbord, is-sidien ta’ dawn il-bastimenti għandhom jgħaddu l-informazzjoni li ġejja lid-Dipartiment, tal-anqas 24 siegħa minn qabel:

l-isem tal-bastimenti tas-sajd li jkunu ser iwettqu t-trażbord;

l-isem tal-bastiment tal-ġarr tal-qabda, il-pajjiż tal-bandiera, in-numru tar-reġistrazzjoni tiegħu u l-kodiċi tar-radju;

it-tunnellaġġ, skont l-ispeċi li tkun ser tiġi ttrażbordata;

id-destinazzjoni tal-qabda;

id-data u l-ġurnata tat-trażbord.

Il-Parti Marokkina tirriżerva d-dritt li ma tawtorizzax it-trażbord jekk il-bastiment tal-ġarr tal-qabda jkun ħa parti f’sajd illegali, mhux iddikjarat u mhux irregolat kemm fiż-żoni marittimi taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Marokk kif ukoll barra minnhom.

8.3.

It-trażbord għandu jiġi meqjus bħala ħruġ miż-żoni tas-sajd tal-Marokk. Għalhekk, il-bastimenti għandhom jibagħtu lid-Dipartiment id-dikjarazzjonijiet tal-qbid u javżawh bl-intenzjoni tagħhom jew li jkomplu jistadu jew li jħallu ż-żoni tas-sajd tal-Marokk.

Il-kaptani tal-bastimenti Ewropej tat-tkarkir pelaġiku li jwettqu operazzjonijiet ta’ ħatt l-art jew ta’ trażbord f’xi port tal-Marokk għandhom jippermettu u jiffaċilitaw il-kontrolli ta’ dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi Marokkini. Wara kull spezzjoni u kontroll fil-port, il-kaptan tal-bastiment għandu jingħata ċertifikat.

KAPITOLU X

ĦATT L-ART TAL-QABDA

Il-Partijiet kontraenti, konxji mill-ħtieġa ta’ integrazzjoni aħjar għall-iżvilupp konġunt tas-setturi tas-sajd rispettivi tagħhom, qablu dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin dwar il-ħatt l-art, fil-portijiet tal-Marokk, ta’ parti mill-qabda li ssir fl-ilmijiet tal-Marokk mill-bastimenti Ewropej.

Il-ħatt l-art obbligatorju għandu jsir skont it-tqassim stipulat fid-dokumenti tekniċi annessi mal-Ftehim.

Inċentivi finanzjarji:

1.   Ħatt l-art

Il-bastimenti tat-tonn Ewropej li jagħżlu li jħottu l-art il-qabda tagħhom f’port tal-Marokk jibbenefikaw minn tnaqqis tat-tariffi ta’ EUR 2,5 għal kull tunnellata maqbuda fl-ilmijiet tal-Marokk mis-somma indikata fid-dokument tekniku Nru 5.

Tnaqqis addizzjonali ta’ EUR 2,5 jingħata f’każ li l-prodotti tas-sajd jinbiegħu fil-pixkeriji.

Dan il-mekkaniżmu japplika, għall-bastimenti kollha Ewropej sa’ massimu ta’ 50 % tad-dikjarazzjoni finali tal-qbid (kif definit fil-Kapitolu II tal-Anness).

Il-bastimenti tas-sajd pelaġiku Ewropej li jagħżlu li jħottu l-art f’port tal-Marokk aktar mill-25 % tal-qabda obbligatorja prevista fid-dokument tekniku Nru 6, jibbenefikaw minn tnaqqis ta’ 10 % mit-tariffi fuq kull tunnellata li tinħatt l-art b’mod volontarju.

2.   Termini ta’ applikazzjoni

Wara l-operazzjonijiet ta’ ħatt l-art, il-pixkerija għandha toħroġ biljett tal-użin li jservi ta’ bażi għat-traċċabilità tal-prodotti.

Il-bejgħ tal-prodotti fil-pixkerija għandu jkun iddikjarat permezz ta’ “rendikont ta’ bejgħ u tnaqqis” (RBT).

Il-kopji tal-biljetti tal-użin u tar-RBT għandhom jintbagħtu lid-delegazzjoni tas-sajd marittimu fil-port tal-ħatt l-art. Wara l-approvazzjoni tad-Dipartiment, is-sidien ikkonċernati jiġu infurmati dwar is-somma li tkun sejra tiġi rrimborżata. Din is-somma titnaqqas mit-tariffi li jkunu dovuti mat-talbiet għal-liċenzji suċċessivi.

3.   Evalwazzjoni

Il-livell tal-inċentivi finanzjarji għandu jiġi aġġustat mill-Kumitat Konġunt skont l-impatt soċjo-ekonomiku kkawżat mill-ħatt l-art li jsir.

Appendiċi

(a)

Formola tal-applikazzjoni għal liċenzja

(b)

Dokumenti tekniċi

(c)

Komunikazzjoni ta’ messaġġi VMS lill-Marokk, Rapport tal-pożizzjoni

(d)

Limiti taż-żoni tas-sajd tal-Marokk, koordinati taż-żoni tas-sajd

(e)

Koordinati tal-FMC tal-Marokk

(f)

Ġurnal ta’ abbord tal-ICCAT għas-sajd tat-tonn

(g)

Formola ta’ dikjarazzjoni tal-qbid. Il-mudell li jrid jiġi armonizzat

(h)

Dettalji tal-istazzjon tar-radju tad-Dipartiment tas-sajd marittimu fil-Marokk

Appendiċi 1

FTEHIM DWAR IS-SAJD BEJN IL-MAROKK U L-UNJONI EWROPEA

APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA TAS-SAJD

Image 6

Test ta 'immaġni

Appendiċi 2

Dokument tekniku dwar is-sajd Nru 1

Sajd fuq skala żgħira fit-tramuntana: pelaġiku

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati

20

Rkaptu tas-sajd awtorizzat

Tartarun

Qisien massimi awtorizzati skont il-kundizzjonijiet prevalenti fiż-żona, massimu: 500 m × 90 m.

Sajd bil-lampara mhux permess.

Tip ta’ bastiment:

< 100 TG

Tariffa

EUR 67/TG/Tliet xhur

Limiti ġeografiċi

Fit-Tramuntana ta’ 34° 18′ 00″

Lil hinn minn 2 mili

Speċijiet fil-mira

Sardin, inċova u speċijiet oħra pelaġiċi żgħar

Obbligu ta’ ħatt l-art

25  %

Waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

Xahrejn: Frar u Marzu

Rimarki

 

Il-kondizzjonijiet tas-sajd għal kull kategorija għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim komuni kull sena qabel il-ħruġ tal-liċenzji

Dokument tekniku dwar is-sajd Nru 2

Sajd fuq skala żgħira fit-tramuntana

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati

30

Rkaptu tas-sajd awtorizzat

Konz tal-qiegħ,

Kat. a): Għadd massimu ta’ snanar awtorizzati f’kull konz: 2 000 .

Kat. b): L-għadd massimu ta’ snanar awtorizzati f’kull konz jiġi deċiż eventwalment mill-Kumitat Konġunt skont il-pariri xjentifiċi u l-liġi tal-Marokk.

Tip ta’ bastiment:

(a)

< 40 TG: 27 liċenzja

(b)

> 40 TG u < TG 150: 3 liċenzji

Tariffa

EUR 60/TG/tliet xhur

Limiti ġeografiċi

Fit-Tramuntana ta’ 34° 18′ 00″ N

Lil hinn minn 6 mili nawtiċi

Speċijiet fil-mira

Sabre (scabbardfish), sparidae u speċi oħrajn tal-qiegħ (demersali)

Obbligu ta’ ħatt l-art

Ħatt volontarju

Waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

Mill-15 ta’ Marzu sal-15 ta’ Mejju

Qbid aċċidentali

0 % ta’ pixxispad u klieb il-baħar tal-wiċċ

Il-kondizzjonijiet tas-sajd għal kull kategorija għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim komuni kull sena qabel il-ħruġ tal-liċenzji

Dokument tekniku dwar is-sajd Nru 3

Sajd fuq skala żgħira fin-nofsinhar

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati

20

Rkaptu tas-sajd awtorizzat

Xlief, qasab u nases, b’limitu ta’ żewġ tipi ta’ rkaptu għal kull bastiment.

Mhux permess l-użu ta’ konzijiet, pariti, għeżula fissi, għeżula tas-tisqif, “tkarkir” u xbieki tal-pixxitanbur (croaker nets).

Tip ta’ bastiment:

< 80 TG

Tariffa

EUR 60/TG/tliet xhur

Limiti ġeografiċi

Fin-Nofsinhar ta’ 30° 40’ N

Lil hinn minn 3 mili nawtiċi

Speċijiet fil-mira

Pixxitanbur u Sparidae

Obbligu ta’ ħatt l-art

Ħatt volontarju

Waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

Xbieki awtorizzati

Xbieki ta’ 8 mm għall-qbid ta’ ħut għal-lixka, lil hinn minn 2 mili nawtiċi

Qbid aċċidentali

0 % ta’ ċefalopodi u kusatacji ħlief għal 10 % ta’ granċijiet; mhux permess sajd intenzjonat għall-granċijiet.

10 % ta’ speċijiet tal-qiegħ oħrajn

Il-kondizzjonijiet tas-sajd għal kull kategorija għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim komuni kull sena qabel il-ħruġ tal-liċenzji

Dokument tekniku dwar is-sajd Nru 4

Sajd tal-qiegħ (demersali)

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati

22 bastiment b’massimu ta’ 11-il bastiment tat-tkarkir fis-sena.

Rkaptu tas-sajd awtorizzat

Għall-bastimenti bil-konz:

konz tal-qiegħ;

għeżula bil-multifilament tal-qiegħ,

Għall-bastimenti tat-tkarkir: xibka tat-tkarkir tal-qiegħ

Tip ta’ bastiment:

F’każ tal-bastimenti tat-tkarkir, daqs medju ta’ 275 TG, li jistadu f’fond ta’ aktar minn 200 m;

Tariffa

EUR 53/TG/tliet xhur

Limiti ġeografiċi

Fin-Nofsinhar ta’ 29° N

Lil hinn minn: l-isobath ta’ 200 m fil-każ tal-bastimenti tat-tkarkir (u 12-il mil nawtiku fil-każ tal-bastimenti bil-konz)

Speċijiet fil-mira

Marlozz iswed, sabre, leerfish/plamtu

Obbligu ta’ ħatt l-art

50 % tal-qbid li jsir fil-Marokk

Waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

Applikabbli biss għall-bastimenti tat-tkarkir

Il-perijodu ta’ waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi huwa dak stabbilit għaċ-ċefalopodi

Xbieki awtorizzati

Tkarkir: xibka ta’ minimu ta’ 70 mm

Mhux permess li l-manka tkun doppja.

Mhux permess li l-ispag li minnu hija magħmula l-manka tkun doppja.

L-għadd massimu ta’ snanar awtorizzati f’kull konz se jiġi deċiż eventwalment mill-Kumitat Konġunt skont il-pariri xjentifiċi u u l-liġi tal-Marokk

Qbid aċċidentali

0 % ta’ ċefalopodi u krustaċji ħlief għall-granċijiet (5 %)

Il-kondizzjonijiet tas-sajd għal kull kategorija għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim komuni kull sena qabel il-ħruġ tal-liċenzji

Dokument tekniku dwar is-sajd Nru 5

Sajd għat-tonn

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati

27

Rkaptu tas-sajd awtorizzat

Bil-qasba u bir-rixa

Tartarun għall-qbid b’lixka ħajja

Limiti ġeografiċi

Lil hinn minn 3 mili.

Qbid tal-lixka lil hinn minn 2 mili

Iż-żona Atlantika kollha tal-Marokk, ħlief għall-perimetru ta’ protezzjoni li qiegħed lejn il-Lvant tal-linja li tgħaqqad il-punti 33° 30’ N/7° 35’ Punent u 35° 48’ N/6° 20’ Punent

Speċijiet fil-mira

Tonnijiet

Obbligu ta’ ħatt l-art

Parti mill-qabda fil-Marokk, bil-prezz tas-suq internazzjonali

Waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

Le

Xbieki awtorizzati

Qbid tal-lixka b’tartarun ta’ 8 mm

Tariffi

EUR 25 kull tunnellata maqbuda

Ħlas bil-quddiem

Għandu jsir ħlas bil-quddiem ta’ somma fissa ta’ EUR 5 000 mal-applikazzjoni għal-liċenzja annwali

Rimarki

 

Il-kondizzjonijiet tas-sajd għal kull kategorija għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim komuni kull sena qabel il-ħruġ tal-liċenzji

Dokument tekniku dwar is-sajd Nru 6

Sajd pelaġiku industrijali

Rkaptu tas-sajd awtorizzat

Pelaġiku jew semipelaġiku

Kwota allokata

60 000 tunnellata fis-sena, massimu ta’ 10 000 tunnellata fix-xahar

Tip ta’ bastiment:

Bastiment tas-sajd tat-tkarkir pelaġiku industrijali

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati

Massimu:

5-6 bastimenti (1) ta’ aktar minn 3 000 TG kull wieħed

2-3 bastimenti ta’ bejn 150-3 000 TG kull bastiment

10 bastimenti ta’ anqas minn 150 TG kull bastiment

Tunnellaġġ totali tal-bastimenti awtorizzati

Massimu:

Limiti ġeografiċi

Fin-Nofsinhar ta’ 29° N, lil hinn minn 15-il mil nawtiku mill-kosta mkejla mil-linja tal-frugħ tal-baħar

Speċijiet fil-mira

Sardin, sardin Spanjol (sardinelle), kavalli, sawrell u inċova.

Obbligu ta’ ħatt l-art

Kull bastiment għandu jħott 25 % tal-qabda fil-Marokk

Waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi

Il-bastimenti tas-sajd awtorizzati għandhom josservaw il-waqfien mis-sajd għal raġunijiet bijoloġiċi kollu stipulat mill-Ministeru fiż-żona tas-sajd awtorizzata u jieqfu minn kull attività ta’ sajd. L-amministrazzjoni tal-Marokk għandha tikkomunika din id-deċiżjoni minn qabel lill-Kummissjoni fejn tispeċifika l-perijodu jew perijodi tal-waqfien mis-sajd kif ukoll iż-żoni kkonċernati.

Xbieki awtorizzati

Il-qisien tal-malja tax-xbieki miftuħa tat-tkarkir pelaġiku jew semipelaġiku ma għandhomx ikunu ta’ anqas minn 40 mm. Il-borża tat-tarf tax-xibka tat-tkarkir pelaġika jew semipelaġika tista’ tissaħħaħ b’tessut b’malja miftuħa ta’ mhux anqas minn 400 mm u ċrieki tal-ħabel imbiegħda tal-anqas metru u nofs (1,5 m) minn xulxin ħlief għaċ-ċirku tal-ħabel li jkun qiegħed fin-naħa ta’ wara tax-xibka li ma jistax jitqiegħed anqas minn 2 m mill-ftuħ tax-xibka. L-irfid jew l-irduppjar tal-borża permezz ta’ xi apparat ieħor mhuwiex permess u x-xibka tat-tkarkir qatt ma tista’ tkun maħsuba għal xi speċi ħlief l-ispeċijiet żgħar pelaġiċi awtorizzati.

Qbid aċċidentali

Massimu: 3,5 % ta’ speċijiet oħrajn.

Il-qbid taċ-cefalopodi, tal-krustaċji u ta’ speċijiet oħrajn tal-qiegħ (demersali u bentiċi) huwa assolutament ipprojbit.

Ipproċessar industrijali

L-ipproċessar industrijali tal-qabda għall-produzzjoni ta’ għalf tal-ħut mitħun u/jew żejt tal-ħut huwa assolutament ipprojbit. Madankollu, ħut bil-ħsara jew iddeterjorat kif ukoll l-iskart li jirriżulta mill-manipulazzjoni tal-qabda jista’ jiġi pproċessat għall-produzzjoni tal-għalf tal-ħut mitħun jew żejt tal-ħut sakemm dan ma jaqbiżx il-limitu massimu ta’ 5 % tal-qabda awtorizzata.

Rimarki

Il-bastimenti jinqasmu fi tliet kategoriji:

Kategorija 1: tunnellaġġ gross ta’ 3 000 TG jew anqas, limitu ta’ 12 500 T/sena/bastiment;

Kategorija 2: tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 3 000 TG sa 5 000 TG jew anqas, limitu ta’ 17 500 T/sena/bastiment;

Kategorija 3: tunnellaġġ gross ta’ aktar minn 5 000 TG, limitu ta’ 25 000 T/sena/bastiment.

Għadd ta’ bastimenti/tariffi

Għadd massimu ta’ bastimenti li huma awtorizzati jistadu fl-istess waqt: 18.

Ħlasijiet mis-sid, f’Euro, għal kull tunnellata ta’ qbid awtorizzat: EUR 20/tunnellata.

Ħlasijiet mis-sid, f’Euro, għal kull tunnellata ta’ qbid aktar minn dak awtorizzat: EUR 50/tunnellata.

Il-kondizzjonijiet tas-sajd għal kull kategorija għandhom jiġu stabbiliti bi ftehim komuni kull sena qabel il-ħruġ tal-liċenzji


(1)  Dan l-għadd ta’ bastimenti jista’ jiġi rivedut bi qbil bejn iż-żewġ Partijiet. Il-ġestjoni tas-sajd tat-tkarkir pelaġiku industrijali issir permezz ta’ limitu fuq l-għadd ta’ bastimenti li jistadu fl-istess ħin.

Appendiċi 3

KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI LILL-MAROKK

PERMEZZ TAL-VMS RAPPORT TAL-POŻIZZJONI

Element tad-dejta

Kodiċi

Obbligatorju/Fakultattiv

Rimarki

Bidu tar-reġistrazzjoni

SR

O

Tagħrif dwar is-sistema – tindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju

AD

O

Tagħrif dwar il-messaġġ – destinatarju. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż

Min jibgħat

FR

O

Tagħrif dwar il-messaġġ – min jibgħat. Kodiċi ISO Alpha 3 tal-pajjiż

Stat tal-bandiera

FS

F

 

Tip ta’ messaġġ

TM

O

Tagħrif dwar il-messaġġ – tip ta’ messaġġ “POS”

Kodiċi tar-radju

RC

O

Tagħrif dwar il-bastiment – kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment

Numru ta’ referenza intern tal-Parti kontraenti

IR

F

Tagħrif dwar il-bastiment – numru uniku tal-Parti kontraenti (kodiċi ISO-3 tal-Istat tal-bandiera segwit minn numru)

Numru tar-reġistrazzjoni esterna

XR

O

Tagħrif dwar il-bastiment – in-numru li jidher fuq il-ġenb tal-bastiment

Latitudni

LA

O

Tagħrif dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni indikata bħala gradi u minuti T/N GGMM (WGS-84)

Lonġitudni

LO

O

Tagħrif dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni indikata bħala gradi u minuti L/P GGMM (WGS-84)

Rotta

CO

O

Rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°

Veloċità

SP

O

Veloċità tal-bastiment indikata bħala għexieren ta’ mili tal-baħar

Data

DA

O

Tagħrif dwar il-pożizzjoni tal-bastiment - data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ)

Ħin

TI

O

Tagħrif dwar il-pożizzjoni tal-bastiment - il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM)

Tmiem tar-reġistrazzjoni

ER

O

Tagħrif dwar is-sistema – tindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

Sett ta’ karattri: ISO 8859.1

It-trażmissjoni tat-tagħrif għandha tkun strutturata kif ġej:

żewġ linji djagonali (//) u kodiċi jindikaw il-bidu tat-trażmissjoni,

linja djagonali waħda (/) tifred il-kodiċi mid-dejta.

It-tagħrif fakultattiv għandu jidħol bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.

Appendiċi 4

LIMITI TAŻ-ŻONI TAS-SAJD TAL-MAROKK

KOORDINATI TAŻ-ŻONI TAS-SAJD/PROTOKOLL VMS UE

Dokument tekniku

Kategorija

Żona tas-sajd (Latitudni)

Distanza mill-kosta

1

Sajd fuq skala żgħira fit-Tramuntana: pelaġiku

34°18′00″N — 35°48′00″N

Lil hinn minn 2 mili

2

Sajd fuq skala żgħira fit-Tramuntana: Bil-konz

34°18′00″N — 35°48′00″N

Lil hinn minn 6 mili

3

Sajd fuq skala żgħira fin-Nofsinhar

Fin-Nofsinhar ta’ 30°40′00″

Lil hinn minn 3 mili

4

Sajd tal-qiegħ (demersali)

Fin-Nofsinhar ta’ 29°00′00″

Bastimenti bil-konz: Lil hinn minn 12-il mil

Bastimenti tat-tkarkir: Lil hinn mill-isobath ta’ 200 m

5

Sajd għat-tonn

L-Atlantiku kollu ħlief għall-perimetru bejn: 35°48′N; 6°20′W/33°30′N; 7°35′W

Lil hinn minn 3 mili u 2 mili għal-lixka

6

Sajd pelaġiku industrijali

Fin-Nofsinhar ta’ 29°00′00″N

Lil hinn minn 15-il mil

Appendiċi 5

KOORDINATI TAL-FMC TAL-MAROKK

Isem tal-FMC: FMC (Ċentru tas-Sorveljanza u l-Kontroll tas-Sajd)

Tel. SSN: + 212 5 37 68 81 46

Faks SSN: + 212 5 37 68 81 34

Posta elettronika SSN: alaouihamd@mpm.gov.ma; fouima@mpm.gov.ma

Tel. DSPCM (Delegazzjoni għas-Sorveljanza tas-Sajd u l-Kontroll fuq il-Baħar):

Faks DSPCM:

Indirizz X25 = mhux użat

Dikjarazzjoni dħul/ħruġ: Permezz tal-istazzjon tar-radju (Appendiċi 8)

Appendiċi 6

ĠURNAL TA’ ABBORD TAL-ICCAT GĦAS-SAJD TAT-TONN

Image 7

Test ta 'immaġni

Appendiċi 7

Image 8

Test ta 'immaġni

Appendiċi 8

KARATTERISTIĊI TAL-ISTAZZJON TAR-RADJU TAL-MAROKK TAD-DIPARTIMENT TAS-SAJD FIL-BAĦAR

MMSI:

242 069 000

Kodiċi tar-Radju:

CNA 39 37

Post:

Rabat

Medda ta’ frekwenza:

1,6 à 30 MHz

Klassi ta’ trażmissjoni:

SSB-AIA-J2B

Qawwa tat-trażmissjoni:

800  W


Frekwenzi mħaddma

Frekwenza

Kanali

Trażmissjoni

Reċezzjoni

Frekwenza 8

831

8 285  kHz

8 809  kHz

Frekwenza 12

1206

12 245  kHz

13 092  kHz

Frekwenza 16

1612

16 393  kHz

17 275  kHz


Ħinijiet ta’ ħidma tal-istazzjoni

Perijodu

Ħinijiet

Jiem ta’ xogħol

mit-08:30 sal-16:30

Sibtijiet, Ħdud u festi pubbliċi

mid-09:30 sas-14:00


VHF:

Kanal 16

Kanal 70 ASN

Teleks radju:

 

 

 

Tip:

DP-5

 

Klassi ta’ trażmissjoni:

ARQ-FEC

 

Numru:

31356

Faks:

 

 

 

Numri:

212 5 37 68 82 13/45