|
2.8.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 199/74 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/488/PESK
tal-1 ta’ Awwissu 2011
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta’ Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Mejju 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, persuni oħrajn għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni elenkati fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista ta’ persuni u entitajiet imniżżla fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
ANNESS
Persuni msemmija fl-Artikolu 1
A. Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni (data tat-twelid, post tat-twelid…) |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
M. Mohammad Mufleh |
|
Kap tal-Intelligence Militari Sirjana tal-belt ta' Hama, implikat fir-ripressjoni kontra l-manifestanti. |
1.8.2011 |
|
2. |
Maġġur Ġeneral Tawfiq Younes |
|
Kap tad-Dipartiment għas-Sigurtà Interna tad-Direttorat tal-Intelligence Ġenerali; involut fil-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili. |
1.8.2011 |
|
3. |
Is-Sur Mohammed Makhlouf (magħruf ukoll bħala Abu Rami) |
Imwieled f'Latakia, Sirja 19.10.1932 |
Soċju mill-qrib u z-ziju matern ta' Bashar u Mahir al-Assad Soċju fin-negozju u missier Rami, Ihab u Iyad Makhlouf. |
1.8.2011 |
|
4. |
Ayman Jabir |
Imwieled f'Latakia |
Soċju ta' Mahir al-Assad għall-milizja ta' Shabiha. Involut direttament fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili u l-koordinazzjoni tal-grupp tal-milizja ta' Shabiha |
1.8.2011 |
|
5. |
Ġeneral Ali Habib Mahmoud |
Imwieled f' Tartous, 1939. Maħtur Ministru tad-Difiża fit-3 ta' Ġunju 2009 |
Ministru tad-Difiża. Responsabbli għat-tmexxija u l-operazzjonijiet tal-Forzi Armati Sirjani involuti fir-ripressjoni u l-vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili. |
1.8.2011 |