2.8.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 199/57


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/486/PESK

tal-1 ta’ Awwissu 2011

dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti individwi, gruppi, impriżi u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Afganistan

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fis-27 ta’ Mejju 2002, il-Kunsill adotta l-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK dwar miżuri restrittivi kontra Osama bin Laden, membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u t-Talibani u individwi oħrajn, gruppi, impriżi u entitajiet assoċjati magħhom (1).

(2)

Fis-17 ta’ Ġunju 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni (“UNSCR”) 1988 (2011) li tirrikonoxxi li s-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Afganistan evolviet u li xi membri tat-Taliban irrikonċiljaw mal-Gvern tal-Afganistan, ċaħdu l-ideoloġija terroristika ta’ Al-Qaida u s-segwaċi tagħha, u jappoġġaw riżoluzzjoni ta’ paċi għall-konflitt li qed ikompli fl-Afganistan.

(3)

L-UNSCR 1988 (2011) irrikonoxxiet ukoll li minkejja l-evoluzzjoni tas-sitwazzjoni fl-Afganistan u l-progress fir-rikonċiljazzjoni, is-sitwazzjoni tibqa’ theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali u rriafferma il-ħtieġa għall-ġlieda kontra din it-theddida.

(4)

L-UNSCR 1988 (2011) imponiet ukoll ċerti miżuri restrittivi fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet nominati qabel is-17 ta’ Ġunju 2011 bħat-Taliban, u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, kif speċifikat fit-Taqsima A (“Individwi assoċjati mat-Taliban”) u t-Taqsima B (“entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban”) tal-Lista Konsolidata tal-Kumitat stabbilita skont ir-Riżoluzzjonijiet UNSCR 1267 (1999) u UNSCR 1333 (2000) tas-17 ta’ Ġunju 2011, kif ukoll individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati mat-Taliban fit-theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Afganistan kif nominati mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbilit skont il-paragrafu 30 tal-UNSCR 1988 (2011) (minn issa “il-Kumitat tas-Sanzjonijiet”).

(5)

Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-miżuri restrittivi kif previsti fl-Artikolu 2, l-Artikoli 3(1) u 4(1) u (2) għandhom jiġu imposti fir-rigward tal-individwi u l-entitajiet nominati qabel is-17 ta’ Ġunju 2011 bħat-Taliban, u individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, kif speċifikat fit-Taqsima A (“Individwi assoċjati mat-Taliban”) u t-Taqsima B (“entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban”) tal-Lista Konsolidata tal-Kumitat stabbilita skont UNSCR 1267 (1999) u UNSCR 1333 (2000) mis-17 ta’ Ġunju 2011, kif ukoll individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati mat-Taliban fit-theddida għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Afganistan kif nominati mill- tas-Sanzjonijiet.

2.   L-individwi, il-gruppi, l-impriżi u l-entitajiet rilevanti huma elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Fir-rigward tal-individwi, gruppi, impriżi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu l-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment diretti jew indiretti lilhom, mit-territorji tal-Istati Membri jew minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru tal-Istati Membri, ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari, u l-partijiet ta’ dawn ta’ hawn fuq, u l-parir, l-assistenza jew it-taħriġ tekniku relatati mal-attivitajiet militari.

Artikolu 3

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jimpedixxu d-dħul fit-territorji tagħhom, jew it-transitu minnhom, tal-individwi msemmija fl-Artikolu 1.

2.   Il-paragrafu 1 m’għandux jobbliga lil Stat Membru jiċħad id-dħul fit-territorju tiegħu liċ-ċittadini tiegħu stess.

3.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta d-dħul jew it-transitu huwa meħtieġ biex jiġi sodisfatt proċess ġudizzjarju jew meta l-Kumitat tas-Sanzjonijiet jiddetermina, fuq il-bażi ta’ każ b’każ biss, li d-dħul jew it-transitu huwa ġustifikat, inkluż meta dan ikun direttament relatat mal-isforzi ta’ appoġġ mill-Gvern tal-Afganistan għall-promozzjoni tar-rikonċiljazzjoni.

4.   F’każijiet fejn, skont il-paragrafu 3, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta’ individwi nominati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u għall-individwi kkonċernati minnha.

Artikolu 4

1.   Il-fondi u l-assi finanzjarji jew ir-riżorsi ekonomiċi kollha ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 1, inklużi l-fondi derivati mill-proprjetà tagħhom jew ikkontrollata direttament jew indirettament, minnhom jew minn persuni li jaġixxu f’isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, għandhom jiġu ffriżati.

2.   Il-fondi, l-assi finanzjarji jew ir-riżorsi ekonomiċi m’għandhomx isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta’ individwi, gruppi, impriżi u entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.   L-Istati Membri jistgħu jippermettu eżenzjonijiet mill-miżuri msemmija fil-paragrafi 1 u 2 fir-rigward ta’ fondi u assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra li huma:

(a)

meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inklużi l-ħlas għal prodotti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u trattament mediku, taxxi, poloz ta’ assigurazzjoni, u kontijiet ta’ servizzi pubbliċi;

(b)

maħsubin esklużivament għall-ħlas ta’ drittijiet professjonali raġonevoli u r-rimborż ta’ spejjeż assoċjati mal-forniment ta’ servizzi legali;

(ċ)

maħsubin esklużivament għall-ħlas ta’ drittijiet jew imposti ta’ servizzi għaż-żamma jew il-manutenzjoni regolari ta’ fondi, riżorsi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra ffriżati;

(d)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet u b’approvazzjoni minnu;

4.   L-eżenzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-paragrafu 3 jistgħu jsiru wara notifika lill-Kumitat tas-Sanzjonijiet mill-Istat Membru kkonċernat tal-intenzjoni tiegħu li jawtorizza, fejn adatt, aċċess għal tali fondi, assi jew riżorsi, u fin-nuqqas ta’ deċiżjoni negattiva mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet fi żmien tlett ijiem ta’ xogħol minn tali notifika.

5.   Il-paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:

(a)

imgħax jew dħul ieħor fuq dawk il-kontijiet jew

(b)

ħlasijiet dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għal miżuri restrittivi,

dment li kwalunkwe imgħax, dħul u pagamenti oħrajn bħal dawn jibqgħu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 5

Il-Kunsill għandu jistabbilixxi l-lista li tinsab fl-Anness u jemendaha f’konformità mad-determinazzjonijiet magħmula mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 6

1.   Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet jelenka individwu, grupp, impriża jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali individwu, grupp, impriża jew entità fl-Anness. Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu, inklużi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista, lill-individwu, grupp, impriża jew entità kkonċernata, direttament jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta’ avviż, u b’hekk tali individwu, grupp, impriża jew entità jingħataw l-opportunità li jippreżentaw osservazzjonijiet.

2.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn jiġu ppreżentati provi sostanzjali ġodda, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-individwu, grupp, impriża jew entità kif adatt.

Artikolu 7

1.   L-Anness għandu jinkludi r-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista tal-individwi, il-gruppi, l-impriżi jew l-entitajiet ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

2.   L-Anness għandu jinkludi wkoll, fejn disponibbli, informazzjoni pprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet li hija meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-individwi, il-gruppi, l-impriżi u l-entitajiet ikkonċernati. Fir-rigward tal-individwi, tali informazzjoni tista’ tinkludi ismijiet inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post tat-twelid, iċ-ċittadinanza, in-numru tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz, jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-gruppi, l-impriżi jew l-entitajiet tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Anness għandu jinkludi wkoll id-data ta’ nominazzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet.

Artikolu 8

Din id-Deċiżjoni għandha terġa’ tiġi eżaminata, emendata jew revokata, kif adatt, skont id-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà.

Artikolu 9

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Awwissu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DOWGIELEWICZ


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.


ANNESS

LISTA TA’ INDIVIDWI, GRUPPI, IMPRIŻI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

A.   Individwi assoċjati mat-Taliban

(1)

Abdul Baqi.

Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-provinċji ta’ Khost u Paktika taħt ir-reġim Taliban; (b) Viċi-Ministru tal-Informazzjoni u l-Kultura taħt ir-reġim Taliban; (c) Id-Dipartiment Konsolari tal-Ministeru tal-Affarijiet Barranin taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1962. Post tat-twelid: Belt ta’ Jalalabad, Provinċja ta’ Nangarhar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(2)

Abdul Qadeer Abdul Baseer.

Titolu: (a) Ġeneral, (b) Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Attaché Militari, fl-“Ambaxxata” Taliban f’Islamabad, il-Pakistan. Data tat-twelid: 1964. Post tat-twelid: Nangarhar, l-Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 000974 (passaport Afgan). Informazzjoni oħra: ripatrijat fl-Afganistan fi Frar 2006. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(3)

Amir Abdullah (magħruf ukoll bħala Amir Abdullah Sahib).

Indirizz: Karachi, Pakistan. Data tat-twelid: appross. 1972. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Paktika, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:20.7.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Amir Abdullah kien it-teżorier tal-mexxej anzjan Taliban Abdul Ghani Baradar (TI.B.24.01.) u qabel kien il-viċi tal-gvernatur Taliban tal-provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan. Amir Abdullah ivvjaġġa lejn il-Kuwajt, l-Arabja Sawdija, il-Libja u l-Emirati Għarab Magħquda biex jiġbor fondi għat-Taliban. Huwa ffaċilita wkoll il-komunikazzjoni għat-tmexxija Talibana u kkoordina laqgħat ta’ livell għoli fil-parti tad-dar maħsuba għall-mistednin tar-residenza tiegħu fil-Pakistan. Abdullah għen lil bosta membri anzjani Talibani li ħarbu mill-Afganistan fl-2001 biex jistabbilixxu ruħhom fil-Pakistan.

(4)

Abdul Manan.

Titolu: (a) Sur, (b) Mawlawi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Attaché Kummerċjali, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(5)

Abdul Razaq.

Titolu: Maulavi. Data tat-twelid: approssimattivament (appross.) 1958. Post tat-twelid: Distrett ta’ Arghandaab, provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Ministru tal-Kummerċ (reġim Taliban), (b) arrestat fl-2003 fil-Provinċja ta’ Kandhar fl-Afganistan. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

(6)

Abdul Wahab.

Titolu: Malawi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Chargé d’Affaires Taliban f’Riyadh taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1973. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Faryab, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(7)

Abdul Rahman Agha.

Titolu: Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Prim Imħallef tal-Qorti Militari tar-Reġim Tabilan. Data tat-twelid: appross. 1958. Post tat-twelid: Distrett ta’ Arghandaab, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(8)

Abdul Wasay Mu’tasim Agha. (magħruf ukoll bħala (a) Mutasim Aga Jan, (b) Agha Jan, (c) Abdul Wasay Agha Jan Motasem).

Titolu: Mullah. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Finanzi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1968. Post tat-twelid: Belt ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

(9)

Janan Agha.

Titolu: Mullah. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Fariab (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1958. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Uruzgan Ċentrali, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(10)

Sayed Mohammad Azim Agha (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Mohammad Azim Agha, (b) Agha Saheb).

Titolu: Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Impjegat mad-Dipartiment tal-Passaporti u l-Viżi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1966. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(11)

Sayyed Ghiassouddine Agha (magħruf ukoll bħala (a) Sayed Ghiasuddin Sayed Ghousuddin, (b) Sayyed Ghayasudin, (a) Sayed Ghias).

Titolu: Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Affarijiet tal-Haj u Affarijiet Reliġjużi tar-reġim Taliban; b) Ministru tal-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Faryab, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Faryab, Afganistan minn Mejju 2007, (b) Involut fit-traffikar tad-droga. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

(12)

Mohammad Ahmadi.

Titolu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: President tal-Bank Da Afghanistan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1963. Post tat-twelid: Distrett ta’ Daman, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(13)

Mohammad Shafiq Ahmadi.

Titolu: Mullah. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Samangan (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(14)

Ahmadullah (magħruf ukoll bħala Ahmadulla)

Titolu: Qari. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1975. Post tat-twelid: Distrett ta’ Qarabagh, Provinċja ta’ Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Allegatament miet f’Diċembru 2001. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(15)

Abdul Bari Akhund (magħruf ukoll bħala Haji Mullah Sahib).

Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Helmand taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1953. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Helmand, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Wieħed minn seba’ membri tal-kumitat ta’ tmexxija Taliban f’Kandahar, Afganistan minn Mejju 2007, (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(16)

Ahmed Jan Akhund.

Titolu: Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Ilma u d-Dawl tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1958. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(17)

Attiqullah Akhund.

Titolu: Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Agrikoltura tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1953. Post tat-twelid: Distrett ta’ Shawali Kott, Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(18)

Hamidullah Akhund.

Titolu: Mullah. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Kap ta’ Ariana Afghan Airlines taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1968. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(19)

Mohammad Hassan Akhund.

Titolu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: (a) L-Ewwel Viċi, Kunsill tal-Ministri tar-reġim Taliban; (b) Ministru tal-Affarijiet Barranin qabel Wakil Ahmad Mutawakil taħt ir-reġim Taliban; (c) Gvernatur ta’ Kandahar taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1958. Post tat-twelid: Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mill-fazzjoni tal-Malwhavi Khaalis, waħda mis-seba’ fazzjonijiet tal-Ġiħad kontra s-Sovjetiċi, (b) gradwat minn madrrassa f’Quetta, il-Pakistan, (c) kollaboratur qrib ta’ Mullah Omar. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(20)

Mohammad Abbas Akhund.

Titolu: Mullah. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tas-Saħħa Pubblika tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1963. Post tat-twelid: Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(21)

Mohammad Essa Akhund.

Titolu: (a) Alhaj, (b) Mullah. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Ilma, is-Sanità u d-Dawl tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1958. Post tat-twelid: Distrett ta’ Spinboldak, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(22)

Ubaidullah Akhund (magħruf ukoll bħala (a) Obaidullah Akhund, (b) Obaid Ullah Akhund).

Titolu (a) Mullah, (b) Hadji, (c) Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tad-Difiża tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1968. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Wieħed mid-deputati ta’ Mullah Omar, (b) Membru tat-tmexxija Talibana, responsabbli għall-operazzjonijiet militari. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(23)

Ahmad Jan Akhundzada Shukoor Akhundzada (magħruf ukoll bħala (a) Ahmad Jan Akhunzada (b) Ahmad Jan Akhund Zada).

Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Zabol (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Uruzgan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Membru Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Uruzgan, Afganistan, fil-bidu tal-2007. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(24)

Mohammad Eshaq Akhunzada.

Titolu: Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Laghman (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: Distrett ta’ Qarabajh, Provinċja ta’ Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(25)

Agha Jan Alizai (magħruf ukoll bħala (a) Haji Agha Jan Alizai (b) Hajji Agha Jan (c) Agha Jan Alazai (d) Haji Loi Lala (e) Loi Agha).

Titolu: Haji. Data tat-twelid: (a)15.10.1963, (b)14.2.1973, (c) 1967, (d) appross. 1957. Post tat-twelid: (a) Raħal ta’ Hitemchai, Provinċja ta’ Helmand, Afganistan; b) Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:4.11.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sommarju narrattiv tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Agha Jan Alizai mexxa wieħed mill-ikbar netwerks ta’ traffikar tad-drogi f’Helmand, l-Afganistan, u pprovda fondi għat-Taliban bi skambju għall-protezzjoni tal-attivitajiet tiegħu ta’ traffikar tan-narkotiċi. Fl-2008, grupp ta’ traffikanti tan-narkotiċi, inkluż Alizai, qabel li titħallas it-taxxa Talibana fuq l-art fejn kien jinżergħa l-peprin xaħxieħi bi skambju għall-qbil Taliban li jiġi organizzat it-trasport għal materjali narkotiċi. It-Talibani qablu wkoll li jipprovdu s-sigurtà għat-traffikanti tan-narkotiċi u s-siti ta’ ħżin tagħhom, filwaqt li t-traffikanti jipprovdu kenn u trasport għall-ġellieda Talibani. Alizai kien ukoll involut fix-xiri ta’ armi għat-Taliban u vvjaġġa regolarment lejn il-Pakistan biex jiltaqa’ ma’ mexxejja anzjani Talibani. Alizai ffaċilita wkoll l-akkwist ta’ passaporti qarrieqa Iranjani minn membri Talibani sabiex dawn jivvjaġġaw lejn l-Iran għal taħriġ. Fl-2009, Alizai pprovda passaport u fondi lil kmandant Taliban biex jivvjaġġa lejn l-Iran.

(26)

Allahdad (magħruf ukoll bħala Akhund).

Titolu: Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Kostruzzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1953. Post tat-twelid: Distrett ta’ Spinboldak, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

(27)

Aminullah Amin.

Titolu: Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Saripul (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana.’ Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(28)

Mohammad Sadiq Amir Mohammad.

Titolu: (a) Alhaj, (b) Maulavi. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Kap tal-Aġenzija tal-Kummerċ Afgana, Peshawar, Pakistan taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1934. Post tat-twelid: Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: SE 011252 (passaport Afgan). Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(29)

Muhammad Taher Anwari (magħruf ukoll bħala (a) Mohammad Taher Anwari, (b) Haji Mudir).

Titolu: Mullah. Raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista: Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi tar-reġim Taliban, (b) Ministru tal-Finanzi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: appross. 1961. Post tat-twelid: Distrett ta’ Zurmant, Provinċja ta’ Paktia, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(30)

Arefullah Aref.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Finanzi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1958. Post tat-twelid: Distrett ta’ Zurmant, provinċja ta’ Paktia, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

(31)

Sayed Esmatullah Asem (magħruf ukoll bħala Esmatullah Asem).

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù tar-reġim Taliban, (b) Segretarju Ġenerali tas-Soċjetà Afgana tan-Nofs Qamar Aħmar (ARCS) taħt ir-reġim Taliban Data tat-twelid: Appross. 1967. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Ningarhar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-tmexxija Talibana minn Mejju 2007, (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (c) Membru tal-Kunsill Taliban ta’ Peshawar. Data tan-nomina min-NU:22.2.2001.

(32)

Atiqullah.

Titolu: (a) Hadji, (b) Molla. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sinteżi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Wara li Kabul inqabdet mit-Taliban fl-1996, Atiqullah inħatar għal pożizzjoni f’Kandahar. Fl-1999 jew l-2000, huwa nħatar l-ewwel Viċi Ministru tal-Agrikoltura, imbagħad Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi fir-reġim Taliban.

 

Wara l-waqgħa tar-reġim Taliban, Atiqullah sar uffiċjali tal-operazzjonijiet Talibani fin-nofsinhar tal-Afganistan. Fl-2008, huwa sar viċi tal-Gvernatur Taliban tal-provinċja ta’ Helmland, l-Afganistan.

(33)

Azizirahman.

Titolu: Sur. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: It-Tielet Segretarju, l-Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(34)

Abdul Ghani Baradar (magħruf ukoll bħala Mullah Baradar Akhund).

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tad-Difiża tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1968. Post tat-twelid: Raħal ta’ Weetmak, distrett ta’ Dehrawood, provinċja ta’ Uruzgan, Afganistan Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Jappartjeni għat-tribù ta’ Popalzai, (b) Kmandant militari anzjan Taliban u membru tal-“Kunsill Quetta” Taliban minn Mejju 2007, (c) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(35)

Shahabuddin Delawar.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi tal-Qorti Superjuri tar-Reġim Taliban. Data tat-twelid: 1957. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Logar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(36)

Dost Mohammad (magħruf ukoll bħala Doost Mohammad).

Titolu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Ghazni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: Distrett ta’ Daman, provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Wieħed mill kmandanti militari Taliban minn Mejju 2007, (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(37)

Mohammad Azam Elmi.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Minjieri u l-Industriji tar-Reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1968. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: allegatament miet fl-2005. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(38)

Faiz.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross.1968. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(39)

Rustum Hanafi Habibullah (magħruf ukoll bħala Rostam Nuristani).

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tax-Xogħlijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1963. Post tat-twelid: Dara Kolum, distrett ta’ Do Aab, provinċja ta’ Nuristan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Membru Taliban responsabbli għall-Provinċja ta’ Nuristan, Afganistan, minn Mejju 2007. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(40)

Gul Ahmad Hakimi.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché Kummerċjali, “Konsulat Ġenerali” Taliban, Karachi. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(41)

Abdullah Hamad.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Konslu Ġenerali, “Konsulat Ġenerali” Taliban, Quetta, Pakistan. Data tat-twelid: 1972. Post tat-twelid: Helmand, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 00857 (maħruġ fl-20.11.1997). Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(42)

Hamdullah.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché tar-Ripatrijazzjoni, il-“Konsulat Ġenerali” Taliban, Quetta. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(43)

Zabihullah Hamidi;

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Għolja tar-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(44)

Din Mohammad Hanif (magħruf ukoll bħala Qari Din Mohammad).

Titolu: Qari. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Ippjanar tar-reġim Taliban, (b) Ministru tal-Edukazzjoni Għolja tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1955. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Badakhshan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(45)

Abdul Jalil Haqqani (magħruf ukoll bħala Nazar Jan).

Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross.1963. Post tat-twelid: Distrett ta’ Arghandaab, provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan, (b) Membru tat-tmexxija Talibana minn Mejju 2007, (c) Membru tal-Kummissjoni Finanzjarja tal-Kunsill Taliban. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(46)

Badruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala Atiqullah).

Indirizz: Miram Shah, Pakistan. Data tat-twelid: Appross. 1975-79. Informazzjoni oħra: (a) Kmandant operazzjonali tan-Netwerk ta’ Haqqani u membru tax-shura Talibana f’Miram Shah, (b) Għen fit-tmexxija ta’ attakki kontra miri fix-Xlokk tal-Afganistan, (c) Iben Jalaluddin Haqqani, ħu Sirajuddin Jallaloudine Haqqani u Nasiruddin Haqqani, in-neputi ta’ Khalil Ahmed Haqqani. Data tan-nomina min-NU:11.5.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sinteżi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet 1988(2011):

 

Badruddin Haqqani huwa l-kmandant tal-operazzjonijiet għan-Netwerk ta’ Haqqani, grupp ta’ militanti affiljati mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. In-Netwerk ta’ Haqqani jinsab fuq quddiem nett tal-attivitajiet ta’ ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal bosta attakki ta’ profil għoli. It-tmexxija tan-Netwerk ta’ Haqqani hija magħmula mit-tliet ulied il-kbar tal-fundatur tiegħu Jalaluddin Haqqani (TI.H.40.01), li ngħaqad mar-reġim Taliban ta’ Mullah Mohammed Omar (TI.O.4.01) f’nofs is-snin 90. Badruddin huwa iben Jalaluddin u ħu Nasiruddin Haqqani (TI.H.146.10) u Sirajuddin Haqqani (TI.H.144.07), kif ukoll in-neputi ta’ Khalil Ahmed Haqqani (TI.H.150.11). Data tan-nomina min-NU:11.5.2011.

 

Badruddin jgħin fit-tmexxija tar-ribelli assoċjati mat-Taliban u l-ġellieda barranin fl-attakki kontra miri fix-xlokk tal-Afganistan. Badruddin ipoġġi fuq ix-shura Miram Shah Taliban, li għandha awtorità fuq l-attivitajiet tan-Netwerk ta’ Haqqani.

 

Huwa maħsub ukoll li Badruddin huwa responsabbli għal ħtif għan-Netwerk ta’ Haqqani. Huwa kien responsabbli għall-ħtif ta’ bosta Afgani u ċittadini barranin fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan.

(47)

Ezatullah Haqqani.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Ippjanar tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1957. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Laghman, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(48)

Jalaluddin Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Jalaluddin Haqani, (b) Jallalouddin Haqqani, (c) Jallalouddine Haqani).

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1942. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Khost, distrett ta’ Zadran, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Missier Sirajuddin Jallaloudine Haqqani; (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan; (c) Għalkemm ġie rrapportat mejjet f’Ġunju 2007, kien għadu ħaj f’Mejju 2008. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

(49)

Khalil Ahmed Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Khalil Al-Rahman Haqqani, (b) Khalil ur Rahman Haqqani, (c) Khaleel Haqqani).

Titolu: Haji. Indirizz: (a) Peshawar, Pakistan; (b) Qrib Dergey Manday Madrasa fir-Raħal ta’ Dergey Manday, qrib Miram Shah, Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan (NWA), Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA), Pakistan, (c) Raħal ta’ Kayla ħdejn Miram Shah, Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan (NWA), Żoni Tribali Amministrati Federalment (FATA), Pakistan; (d) ir-Raħal ta’ Sarana Zadran, Provinċja ta’ Paktia, Afganistan. Data tat-twelid: (a)1.1.1966, (b) Bejn l-1958 u l-1964. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru anzjan tan-Netwerk ta’ Haqqani, li jopera ‘l barra mit-Tramuntana ta’ Waziristan fiż-Żoni Tribali tal-Pakistan Amministrati Federalment; (b) Qabel kien ivvajaġġa lejn, u ġabar fondi f’Dubai, Emirati Għarab Magħquda; (c) Ħu Jalaluddin Haqqani u ziju ta’ Sirajuddin Jallaloudine Haqqani. Data tan-nomina min-NU:9.2.2011.

Informazzjoni addizzjonali mis-sinteżi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU stabbilit skont ir-riżoluzzjoni 1988(2011):

 

Khalil Ahmed Haqqani huwa membru anzjan tan-Netwerk ta’ Haqqani, grupp ta’ militanti affiljati mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. In-Netwerk ta’ Haqqani, li jinsab fuq quddiem nett tal-attivitajiet ta’ ribelljoni fl-Afganistan, twaqqaf minn ħu Khalil Haqqani, Jalaluddin Haqqani (TI.H.40.01.), li ngħaqad mar-reġim Taliban ta’ Mullah Mohammed Omar (TI.0.4.01.) f’nofs is-snin 90.

 

Khalil Haqqani jieħu sehem f’attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi f’isem it-Taliban u n-Netwerk ta’ Haqqani, u ta’ spiss jivvjaġġa barra mill-pajjiż biex jiltaqa’ ma’ persuni li jagħtu appoġġ finanzjarju. Minn Settembru 2009, Khalil Haqqani vvjaġġa lejn l-istati tal-Golf u ġabar fondi minn sorsi hemmhekk, kif ukoll minn sorsi fin-Nofsinhar u fil-Lvant tal-Asja.

 

Khalil Haqqani jipprovdi wkoll appoġġ lit-Taliban u lin-Netwerk ta’ Haqqani li joperaw fl-Afganistan. Minn kmieni fl-2010, Khalil Haqqani pprovda fondi lil ċelloli Talibani fil-Provinċja ta’ Logar, l-Afganistan. Fl-2009, Khalil Haqqani pprovda u kkontrolla madwar 160 kumbattenti fil-Provinċja ta’ Logar, l-Afganistan, u kien wieħed minn diversi persuni responsabbli għad-detenzjoni ta’ priġunieri għedewwa maqbuda mit-Taliban u min-Netwerk ta’ Haqqani. Khalil Haqqani ħa ordnijiet għall-operazzjonijiet Talibani minn Sirajuddin Haqqani (TI.H.144.07), in-neputi tiegħu.

 

Khalil Haqqani aġixxa wkoll f’isem Al-Qaida (QE.A.4.01) u kellu konnessjoni mal-operazzjonijiet militari tagħha. Fl-2002, Khalil Haqqani skjera persunal biex jissaħħu elementi ta’ Al-Qaida fil-Provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan.

(50)

Mohammad Moslim Haqqani (magħruf ukoll bħala Moslim Haqqani).

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Affarijiet tal-Haj u Affarijiet Reliġjużi tar-reġim Taliban, (b) Viċi Ministru tal-Edukazzjoni Għolja tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1958. Post tat-twelid: provinċja ta’ Baghlan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(51)

Mohammad Salim Haqqani.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1967. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Mill-provinċja ta’ Laghman. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

(52)

Nasiruddin Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Naseer Haqqani, (b) Dr. Naseer Haqqani, (c) Nassir Haqqani, (d) Nashir Haqqani, (e) Naseruddin, (f) Dr. Alim Ghair).

Indirizz: Pakistan. Data tat-twelid: Appross. 1970-1973. Post tat-twelid: Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Assoċjat man-Netwerk ta’ Haqqani, li jopera ‘l barra mit-Tramunatana ta’ Waziristan fiż-Żoni Tribali tal-Pakistan Amministrati federalment. Data tan-nomina min-NU:20.7.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sinteżi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

In-Netwerk ta’ Haqqani huwa grupp ta’ militanti affiljati mat-Taliban li jopera mill-Aġenzija tat-Tramuntana tal-Waziristan fiż-Żoni Tribali Amministrati Federalment tal-Pakistan. Huwa jinsab fuq quddiem nett tal-attivitajiet ta’ ribelljoni fl-Afganistan, responsabbli għal bosta attakki ta’ profil għoli. It-tmexxija tan-Netwerk ta’ Haqqani hija magħmula mit-tliet ulied il-kbar ta’ Jalaluddin Haqqani (TI.H.40.01.), wieħed minnhom huwa Nasiruddin Haqqani.

 

Nasiruddin Haqqani jaħdem bħala emissarju għan-Netwerk ta’ Haqqani u jqatta’ bosta mill-ħin tiegħu jiġbor fondi. Fl-2004, Haqqani vvjaġġa lejn l-Arabja Sawdija ma’ assoċjat Taliban biex jiġbor fondi għat-Taliban. Huwa pprovda wkoll fondi fl-2004 lil militanti fl-Afganistan sabiex jiġu mfixkla l-elezzjonijiet presidenzjali Afgani. Mill-inqas bejn l-2005 u l-2008, Nasiruddin Haqqani ġabar fondi għan-Netwerk ta’ Haqqani permezz ta’ diversi vjaġġi ta’ ġbir ta’ fondi, inkluż matul vjaġġi regolari lejn l-Emirati Għarab Magħquda fl-2007 u permezz ta’ vjaġġ ieħor ta’ ġbir ta’ fondi lejn stat ieħor tal-Golf fl-2008. Minn nofs l-2007, Haqqani kellu allegatament tliet sorsi prinċipali ta’ finanzjament: Donazzjonijiet mir-reġjun tal-Golf, traffikar ta’ drogi u ħlasijiet minn Al-Qaida (QE.A.4.01.). Lejn tmiem l-2009, Nasiruddin Haqqani rċieva diversi mijiet ta’ eluf ta’ dollari minn individwi assoċjati ma’ Al-Qaida fil-Peniżola Għarbija, sabiex dawn jintużaw għall-attivitajiet tan-Netwerk ta’ Haqqani.

(53)

Sayyed Mohammed Haqqani (magħruf ukoll bħala Sayyed Mohammad Haqqani).

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi tar-reġim Taliban, (b) Kap tal-Informazzjoni u l-Kultura fil-provinċja ta’ Kandahar matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1965. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Gradwat tal-Madrrassa ta’ Haqqanija fil-Pakistan, (b) Maħsub li kellu relazzjonijiet mill-qrib mal-mexxej Taliban Mullah Mohammad Omar, (c) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sinteżi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Sayyed Mohammed Haqqani huwa alleat ma’ Gulbbudin Hekmatyar (QI.H.88.03.) u ilu bosta snin jappoġġa lil Mullah Mohammad Omar (TI.O.4.01.). Bħala Direttur tal-Affarijiet Amministrattivi tar-reġim Taliban, huwa ddistribwixxa karti tal-identità Afgani lil barranin marbuta ma’ Al-Qaida li ġġieldu fl-Afganistan u ġabar ammont sinifikanti ta’ fondi minn għandhom.

Sayyed Mohammed Haqqani ltaqa’ diversi drabi ma’ Aiman Muhammed Rabi al-Zawahiri (QI.A.6.01.) u Farhad, is-segretarju ta’ Mohammed Omar, fl-2003 u l-2004. Huwa fetaħ ħanut tal-kotba fil-bażar ta’ Qissa Khwani, f’Peshawar, il-Pakistan, li kien involut fil-finanzjament Taliban. Sa Marzu 2009, hu kien għadu mexxej attiv tar-ribelli Talibani.

(54)

Sirajuddin Jallaloudine Haqqani (magħruf ukoll bħala (a) Siraj Haqqani, (b) Serajuddin Haqani, (c) Siraj Haqani, (d) Saraj Haqani, (e) Khalifa).

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Na’ib Amir (Viċi Kmandant). Indirizz: (a) Fl-inħawi ta’ Kela/fl-inħawi ta’ Danda, Miramshah, Waziristan tat-Tramuntana, Pakistan; (b) Manba’ul uloom Madrasa, Miramshah, Waziristan tat-Tramuntana, Pakistan, (c) Dergey Manday Madrasa, Miramshah, Waziristan tat-Tramuntana, il-Pakistan. Data tat-twelid: Appross. 1977/1978. Post tat-twelid: (a) Danda, Miramshah, Waziristan tat-Tramuntana, Pakistan, (b) Raħal ta’ Srana, distrett ta’ Garda Saray, provinċja ta’ Paktia, Afghanistan, (c) Distrett ta’ Neka, provinċja ta’ Paktika, Afghanistan, (d) provinċja ta’ Khost, Afghanistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mill-2004, kmandant maġġuri tal-operazzjonijiet fir-reġjuni tal-Lvant u n-Nofsinhar tal-Afganistan. (b) Iben Jallaloudine Haqani. (c) Jappartjeni għat-taqsima tas-Sultan Khel, it-tribù Zardan ta’ Garda Saray tal-provinċja ta’ Paktia, l-Afganistan. (d) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:13.9.2007.

(55)

Abdul Hai Hazem.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: L-Ewwel Segretarju, “Konsulat Ġenerali” Taliban, Quetta, Pakistan. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 0001203. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(56)

Hidayatullah (magħruf ukoll bħala Abu Turab).

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Avjazzjoni Ċivili tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1968. Post tat-twelid: Distrett ta’ Arghandaab, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:8.3.2001.

(57)

Abdul Rahman Ahmad Hottak (magħruf ukoll bħala Hottak Sahib).

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru (Kulturali) tal-Informazzjoni u l-Kultura tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1957. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(58)

Najibullah Haqqani Hydayetullah (magħruf ukoll bħala Najibullah Haqani).

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Finanzi tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1964. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Mil-Lvant tal-Afganistan, (b) Membru tal-“Kunsill” Taliban fil-provinċja ta’ Kunar, l-Afganistan, minn Mejju 2007, (c) Kuġin ta’ Moulavi Noor Jalal. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(59)

Gul Agha Ishakzai (magħruf ukoll bħala (a) Mullah Gul Agha, (b) Mullah Gul Agha Akhund, (c) Hidayatullah, (d) Haji Hidayatullah, (e) Hayadatullah).

Indirizz: Pakistan. Data tat-twelid: Appross. 1972. Post tat-twelid: Band-e-Timor, Kandahar, Afganistan. Informazzjoni oħra: Huwa parti minn kunsill Taliban maħluq reċentement li jikkoordina l-ġabra taz-zakat (taxxa Musulmana) mill-Provinċja ta’ Baluchistan, il-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:20.7.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sinteżi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

 

Gul Agha Ishakzai huwa l-mexxej tal-kummissjoni finanzjarja Talibana u jagħmel parti mill-kunsill Taliban maħluq reċentement li jikkoordina l-ġbir ta’ zakat (taxxa Musulmana) mill-Provinċja ta’ Baluchistan, il-Pakistan. Huwa ġabar ukoll flus għal attakki suwiċidi f’Kandahar, l-Afganistan, u kien involut fil-ħruġ ta’ fondi għall-ġellieda Talibani u l-familji tagħhom.

 

Gul Agha Ishakzai kien ħabib tal-mexxej Taliban Mullah Mohammed Omar (TI.O.4.01.) minn mindu kienu tfal u huwa ħadem bħala l-uffiċjal finanzjarju prinċipali ta’ Omar u wieħed mill-kunsilliera l-aktar qrib tiegħu. Kien hemm żmien meta ħadd ma kellu l-permess jiltaqa’ ma’ Mullah Omar mingħajr l-approvazzjoni tiegħu. Huwa għex fil-palazz presidenzjali ma’ Omar matul ir-reġim Taliban.

 

F’Diċembru 2005, Gul Agha Ishakzai ffaċilita l-moviment ta’ persuni u merkanżija lejn il-kampijiet ta’ taħriġ Talibani; lejn tmiem l-2006 huwa vvjaġġa barra mill-pajjiż biex jikseb partijiet ta’ armi.

(60)

Noor Jalal (magħruf ukoll bħala Nur Jalal).

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru (Amministrattiv) tal-Affarijiet Interni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1960. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Kunar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(61)

Qudratullah Jamal (magħruf ukoll bħala Haji Sahib).

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Informazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1963. Post tat-twelid: DPGardez, provinċja ta’ Paktia, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(62)

Saleh Mohammad Kakar (magħruf ukoll bħala Saleh Mohammad).

Data tat-twelid: Appross. 1962. Post tat-twelid: Raħal ta’ Nulgham, distrett ta’ Panjwai, Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Kien proprjetarju ta’ negozju tal-karozzi f’Kandahar, Afganistan. Data tan-nomina min-NU:4.11.2010.

Informazzjoni addizzjonali mis-sinteżi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sigurtà:

Saleh Mohammad Kakar huwa traffikant tan-narkotiċi li mexxa netwerk organizzat ta’ kuntrabandu fil-Provinċji ta’ Kandahar u Helmand, l-Afganistan, li kien jissodisfa l-ħtiġijiet loġistiċi u finanzjarji Talibani. Qabel ma ġie arrestat mill-awtoritajiet Afgani, Saleh Mohammad Kakar ħaddem laboratorji ta’ pproċessar ta’ eroina fiż-żona ta’ Band-e-Timor tal-Provinċja ta’ Kandahar, li kienu protetti mit-Taliban. Kakar kien f’kuntatt ma’ mexxejja Talibani anzjani, ġabar flus kontanti f’isimhom mit-traffikanti tan-narkotiċi u amministra u ħeba flus li kienu jappartjenu lil mexxejja Talibani anzjani. Huwa kien ukoll responsabbli biex jiffaċilita l-ħlasijiet tat-taxxa lit-Taliban f’isem it-traffikanti tan-narkotiċi. Kakar kien proprjetarju ta’ negozju tal-karozzi f’Kandahar u pprovda lit-Taliban b’vetturi biex jintużaw f’attakki suwiċidi.

(63)

Rahamatullah Kakazada (magħruf ukoll bħala (a) Rehmatullah, (b) Kakazada, (c) Mullah Nasir).

Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Konslu Ġenerali, “Konsulat Ġenerali” Taliban, Quetta, Pakistan. Data tat-twelid: 1968. Post tat-twelid: Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 000952 (passaport Afgan maħruġ fis-7.1.1999). Informazzjoni oħra:“Gvernatur” Taliban tal-provinċja ta’ Ghazni, l-Afganistan, sa minn Mejju 2007. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(64)

Abdul Rauf Khadem.

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kmandant tal-Korp Ċentrali taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Uruzgan/Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(65)

Khairullah Khairkhwah (magħruf ukoll bħala Mullah Khairullah Khairkhwah).

Titolu: (a) Maulavi (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta’ Herat (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) kelliem tar-reġim Taliban, (c) Gvernatur tal-provinċja ta’ Kabul taħt ir-reġim Taliban, (d) Ministru tal-Affarijiet Interni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1963. Post tat-twelid: Distrett ta’ Spinboldak, provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Miżmum taħt arrest minn Ġunju 2007. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(66)

Abdul Razaq Akhund Lala Akhund.

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Affarijiet Interni tar-reġim Taliban, (b) Kap tal-pulizija ta’ Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1958. Post tat-twelid: Distrett ta’ Spin Boldak, provinċja ta’ Kandahar, Afganistan, fiż-żona tal-fruntiera mad-distrett Chaman, Quetta, Pakistan. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(67)

Jan Mohmmad Madani.

Titolu: Sur. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Chargé d’Affaires, Ambaxxata Talibana, Abu Dhabi. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(68)

Zia-ur-Rahman Madani (magħruf ukoll bħala (a) Ziaurrahman Madani, (b) Zaia u Rahman Madani, (c) Madani Saheb)

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Logar (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1960. Post tat-twelid: Taliqan, provinċja ta’ Takhar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Involut fit-traffikar tad-drogi, (b) Jieħu ħsieb l-affarijiet militari tat-Taliban fil-provinċja ta’ Takhar, l-Afganistan, sa minn Mejju 2007, (c) Responsabbli mill-provinċja ta’ Nangarhar. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(69)

Abdul Latif Mansur (magħruf ukoll bħala Abdul Latif Mansoor).

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Agrikoltura tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1968. Post tat-twelid: DDistrett ta’ Zurmant, provinċja ta’ Paktia, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Membru tal-“Kunsill Miram Shah” Taliban, minn Mejju 2007. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

(70)

Mohammadullah Mati.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tax-Xogħolijiet Pubbliċi tar-reġim Taliban. Post tat-twelid: Distrett ta’ Arghandaab, provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(71)

Matiullah;

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Direttur tad-Dwana ta’ Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1973. Post tat-twelid: Distrett ta’ Daman, provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(72)

Akhtar Mohammad Maz-Hari.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché tal-Edukazzjoni, “Konsulat Ġenerali” Taliban, Peshawar, Pakistan. Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Kunduz, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: SE 012820 (passaport Afgan maħruġ fl-4.11.2000). Informazzjoni oħra: Allegatament miet fl-2007. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(73)

Fazl Mohammad Mazloom (magħruf ukoll bħala (a) Molah Fazl, (b) Fazel Mohammad Mazloom).

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Kap tal-Persunal tal-Armata tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: Uruzgan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(74)

Nazar Mohammad.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Kunduz (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(75)

‘Mohammad Homayoon.

Titolu: Eng. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Ilma u d-Dawl tar-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.’

(76)

Mohammad Shafiq Mohammadi.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Khost (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1948. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Uruzgan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(77)

Abdul Kabir Mohammad Jan (magħruf ukoll bħala A. Kabir).

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) It-Tieni Viċi, Affarijiet Ekonomiċi, il-Kunsill tal-Ministri tar-reġim Taliban, (b) Gvernatur tal-Provinċja ta’ Nangarhar taħt ir-reġim Taliban, (c) Kap taż-Żona tal-Lvant taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1963. Post tat-twelid: Tribù ta’ Zardran, provinċja ta’ Paktja, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Attiv f’operazzjonijiet terroristiċi fl-Afganistan tal-Lvant, (b) Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(78)

Mohammad Rasul.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Nimroz (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1958 u l-1963. Post tat-twelid: Distrett ta’ Spinboldak, Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(79)

Mohammad Wali.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tad-Dipartiment tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1965. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sinteżi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Fil-pożizzjoni tiegħu fil-Ministeru tal-Prevenzjoni tal-Vizzji u l-Propagazzjoni tal-Virtù taħt ir-reġim Taliban, Mohammad Wali ta’ spiss uża t-tortura u mezzi oħra għall-intimidazzjoni tal-popolazzjoni. Mohammad Wali għadu attiv fil-qasam Taliban fil-provinċja ta’ Kandahar, l-Afganistan, wara l-waqgħa tar-reġim Taliban.

(80)

Mohammad Yaqoub.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tal-BIA taħt ir-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(81)

Amir Khan, Motaqi (magħruf ukoll bħala Amir Khan Muttaqi).

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Ministru tal-Edukazzjoni tar-reġim Taliban, (b) Rappreżentant Taliban f’taħdidiet immexxija min-NU matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1968. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Helmand, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(82)

Abdulhai Motmaen.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Direttur, Dipartiment tal-Informazzjoni u l-Kultura, Kandahar, Afganistan matul ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1973. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Zabul, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(83)

Allah Dad Tayeb Wali Muhammad (magħruf ukoll bħala (a) Allah Dad Tayyab, (b) Allah Dad Tabeeb).

Titolu: (a) Mullah, (b) Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Komunikazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1963. Post tat-twelid: Belt ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(84)

Najibullah Muhammad Juma (magħruf ukoll bħala Najib Ullah).

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Konslu Ġenerali, “Konsulat Ġenerali” Taliban, Peshawar, Pakistan. Data tat-twelid: 1954. Post tat-twelid: Farah. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: 00737 (passaport Afgan maħruġ fl-20.10.1996). Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(85)

Mohammad Naim (magħruf ukoll bħala Mullah Naeem).

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Avjazzjoni Ċivili tar-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(86)

Nik Mohammad.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Kummerċ tar-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

(87)

Hamdullah Nomani.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Uffiċjal ta’ grad għoli fil-Ministeru tal-Edukazzjoni Għolja taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1968. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(88)

Mohammad Aleem Noorani.

Titolu: Mufti. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: L-Ewwel Segretarju, “Konsulat Ġenerali” Taliban, Karachi. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(89)

Nurullah Nuri.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Gvernatur tal-Provinċja ta’ Balkh (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban, (b) Kap taż-Żona tat-Tramuntana taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1958. Post tat-twelid: Distrett ta’ Shahjoe, Provinċja ta’ Zabul, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(90)

Abdul Manan Nyazi. (magħruf ukoll bħala (a) Abdul Manan Nayazi (b) Abdul Manan Niazi, (c) Baryaly, (d) Baryalai).

Titolu: Mullah. Raġunjiet għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn wieħed u ieħor 1968. Post tat-twelid: Distrett ta’ Pashtoon Zarghoon, il-provinċja ta’ Herat., Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Membru taliban responsabbli għall-provinċja ta’ Herat. Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera Afganistan/Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(91)

Mohammed Omar.

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Mexxej tal-Fidili (“Amir ul-Mumineen”), Afganistan. Data tat-twelid: Appross. 1966. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Uruzgan, raħal ta’ Adehrawood. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

(92)

Abdul Jabbar Omari.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Baghlan (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1958. Post tat-twelid: Zabul, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(93)

Mohammad Ibrahim Omari.

Titolu: Alhaj. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Affarijiet tal-Fruntieri tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1958. Post tat-twelid: wied ta’ Zadran, provinċja ta’ Khost, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(94)

Nooruddin Turabi Muhammad Qasim (magħruf ukoll bħala Noor ud Din Turabi).

Titolu: (a) Mullah (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Ġustizzja tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1963. Post tat-twelid: (a) Kandahar, Afganistan; (b) distrett ta’ Chora, provinċja ta’ Uruzgan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(95)

Abdul Salam Hanafi Ali Mardan Qul (magħruf ukoll bħala (a) Abdussalam Hanifi, (b) Hanafi Saheb).

Titolu: (a) Mullah, (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Edukazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1968. Post tat-twelid: Distrett ta’ Darzab, provinċja ta’ Faryab, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Membru tat-Taliban responsabbli għat-Tramuntana tal-Afganistan minn Mejju 2007, (b) Involut fit-traffikar tad-drogi. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(96)

Abdul Ghafar Qurishi (magħruf ukoll bħala Abdul Ghaffar Qureshi).

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché tar-Ripatrijazzjoni, “Ambaxxata” Talibana, Islamabad. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(97)

Yar Mohammad Rahimi.

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Komunikazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1953. Post tat-twelid: Distrett ta’ Panjwaee, provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(98)

Mohammad Hasan Rahmani.

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Kandahar (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross.1963. Post tat-twelid: Distrett ta’ Panjwaee, provinċja ta’ Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(99)

Habibullah Reshad.

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tad-Dipartiment tal-Investigazzjoni taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(100)

Abdulhai Salek.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Uruzgan (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Allegatament mejjet. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(101)

Sanani.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Kap tad-Dar-ul-Efta taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1923. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Zabul, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(102)

Noor Mohammad Saqib.

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Prim Imħallef tal-Qorti Suprema taħt ir-reġim Tabilan. Data tat-twelid: Appross. 1958. Post tat-twelid: Distrett ta’ Bagrami, provinċja ta’ Kabul, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(103)

Ehsanullah Sarfida.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross.1963. Post tat-twelid: Distrett ta’ Qarabagh, Provinċja ta’ Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(104)

Saduddin Sayyed (magħruf ukoll bħala (a) Sadudin Sayed, (b) Sadruddin).

Titolu: (a) Maulavi, (b) Alhaj, (c) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: (a) Viċi Ministru tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tar-reġim Taliban, (b) Sindku tal-Belt ta’ Kabul taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1968. Post tat-twelid: distrett ta’ Chaman, Pakistan. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(105)

Qari Abdul Wali Seddiqi.

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: It-Tielet Segretarju taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: 1974. Post tat-twelid: Ghazni, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 000769 (passaport Afgan maħruġ fit-2.2.1997). Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(106)

Abdul Wahed Shafiq.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Gvernatur tal-Provinċja ta’ Kabul (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1968. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Ningarhar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(107)

Said Ahmed Shahidkhel.

Titolu: Maulavi. Data tat-twelid: Appross. 1975. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Ghazni Ċentrali, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Viċi Ministru tal-Edukazzjoni (reġim Taliban), (b) kien il-ħabs f’Lulju 2003 f’Kabul, Afganistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(108)

Akhtar Mohammad Mansour Shah Mohammed (magħruf ukoll bħala (a) Akhtar Mohammad Mansour Khan Muhammad, (b) Akhtar Muhammad Mansoor, (c) Akhtar Mohammad Mansoor).

Titolu: (a) Maulavi, (b) Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tal-Avjazzjoni Ċivili u t-Trasport tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1960. Post tat-twelid: (a) Kandahar, Afganistan, (b) Kalanko Joftian, distrett ta’ Zurmat, provinċja ta’ Paktia, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: (a) Ripatrijat lejn l-Afganistan f’Settembru 2006, (b) Membru tat-tmexxija tat-Taliban, (c) Involut fit-traffikar tad-drogi, (d) Attiv fil-provinċji ta’ Khost, Paktia u Paktika, l-Afganistan minn Mejju 2007; “Gvernatur” Taliban ta’ Kandahar minn Mejju 2007. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(109)

Shamsudin.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Wardak (Maidan) (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1968. Post tat-twelid: Distrett ta’ Keshim, provinċja ta’ Badakhshan, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(110)

Mohammad Sharif.

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Intern tar-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(111)

Shams Ur-Rahman Sher Alam (magħruf ukoll bħala (a) Shamsurrahman (b) Shams-u-Rahman).

Titolu: (a) Mullah (b) Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Agrikoltura tar-reġim Taliban. Post tat-twelid: Distrett ta’ Suroobi, provinċja ta’ Kabul, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Informazzjoni oħra: Maħsub li jinsab fiż-żona tal-fruntiera bejn l-Afganistan u l-Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(112)

Abdul Ghafar Shinwari.

Titolu: Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: It-Tielet Segretarju, “Konsulat Ġenerali” Taliban, Karachi, Pakistan. Data tat-twelid:29.3.1965. Post tat-twelid: Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 000763 (maħruġ fid-9.1.1997). Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(113)

Mohammad Sarwar Siddiqmal.

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: It-Tielet Segretarju, “Ambaxxata” Talibana, Islamabad. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(114)

Sher Mohammad Abbas Stanekzai.

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tas-Saħħa Pubblika tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross.1963. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Logar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(115)

Taha.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Paktia (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross.1963. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Ningarhar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(116)

Tahis.

Titolu: Hadji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Avjazzjoni Ċivili tar-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

(117)

Abdul Raqib Takhari.

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Ministru tar-Ripatrijazzjoni tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1968 u l-1973. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Takhar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(118)

Walijan.

Titolu: Maulavi. Kariga: Gvernatur tal-Provinċja ta’ Jawzjan (Afganistan) taħt ir-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1968. Post tat-twelid: Quetta, Pakistan. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(119)

Nazirullah Ahanafi Waliullah (magħruf ukoll bħala Nazirullah Aanafi Waliullah).

Titolu: (a) Maulavi, (b) Haji. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Attaché Kummerċjali, “Ambaxxata” Talibana, Islamabad, Pakistan. Data tat-twelid: 1962. Post tat-twelid: Kandahar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 000912 (passaport Afgan maħruġ fit-30.6.1998). Informazzjoni oħra: Ripatrijat lejn l-Afganistan f’Ottubru 2006. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(120)

Abdul-Haq Wasiq (magħruf ukoll bħala Abdul-Haq Wasseq).

Titolu: Maulavi. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tas-Sigurtà (Intelligence) tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Appross. 1975. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Ghazni Ċentrali, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:31.1.2001.

Informazzjoni addizzjonali mis-sinteżi tar-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista pprovduta mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet:

Abdul-Haq Wassiq huwa alleat ma’ Gulbuddin Hekmatyar (QI.H.88.03.). Taħt ir-reġim Taliban, huwa kellu pożizzjonijiet suċċessivi bħala kmandant lokali fil-provinċji ta’ Nimroz u ta’ Kandahar. Huwa mbagħad sar Viċi Direttur Ġenerali tal-Intelligence u rrapporta lil Qari Ahmadullah (TI.A.81.01). F’din il-funzjoni, huwa kien responsabbli għall-ġestjoni tar-relazzjonijiet ma’ ġellieda barranin marbuta ma’ Al-Qaida u l-kampijiet ta’ taħriġ tagħhom fl-Afganistan. Huwa kien ukoll magħruf għall-metodi repressivi tiegħu kontra l-oppożituri tat-Taliban fin-Nofsinhar tal-Afganistan.

(121)

Mohammad Jawad Waziri.

Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: id-Dipartiment tan-NU, Ministeru tal-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:23.2.2001.

(122)

Abdul Rahman Zahed (magħruf ukoll bħala Abdul Rehman Zahid).

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: Viċi Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-reġim Taliban. Data tat-twelid: Bejn l-1963 u l-1968. Post tat-twelid: Provinċja ta’ Logar, distrett ta’ Kharwar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

(123)

Mohammad Zahid.

Titolu: Mullah. Raġuni għall-inklużjoni fil-lista: It-Tielet Segretarju, “Ambaxxata” Talibana, Islamabad, Pakistan. Data tat-twelid: 1971. Post tat-twelid: Logar, Afganistan. Ċittadinanza: Afgana. Nru tal-Passaport: D 001206 (maħruġ fis-17.7.2000). Data tan-nomina min-NU:25.1.2001.

B.   Entitajiet u gruppi u impriżi oħra assoċjati mat-Taliban