28.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 196/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Lulju 2011

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles

(2011/474/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43, flimkien mal-punt (a) tal-Artikolu 218(6) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Fil-5 ta’ Ottubru 2006 l-Kunsill adotta r-Regolament (KE) Nru 1562/2006 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (1) (minn hawn ‘il quddiem (il-“Ftehim ta’ Sħubija”). Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet ta’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija ġie mehmuż miegħu. Dak il-Protokoll jiskadi fis-17 ta’ Jannar 2011.

(2)

L-Unjoni Ewropea nnegozjat mar-Repubblika tas-Seychelles (minn hawn ‘il quddiem “is-Seychelles”) Protokoll ġdid għall-Ftehim ta’ Sħubija, li jipprovdi lill-bastimenti tal-UE b’opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fihom is-Seychelles għandu s-sovranità u l-ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-sajd (minn hawn ’il quddiem “il-Protokoll”).

(3)

Fil-konklużjoni ta’ dawk in-negozjati, il-Protokoll ġie inizjalat fit-3 ta’ Ġunju 2010 u ġie emendat permezz ta’ Skambju ta’ Ittri fid-29 ta’ Ottubru 2010.

(4)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/814/UE (2), il-Protokoll ġie ffirmat fl-20 ta’ Diċembru 2010 f’isem l-Unjoni u qed jiġi applikat provviżorjament.

(5)

Il-Protokoll għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Protokoll tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni (3).

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħmel in-notifika prevista fl-Artikolu 14 tal-Protokoll (4).

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

J. VINCENT-ROSTOWSKI


(1)  ĠU L 290, 20.10.2006, p. 1.

(2)  ĠU L 345, 30.12.2010, p. 1.

(3)  It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fil-ĠU L 345, 30.12.2010, p. 4 flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

(4)  Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.