|
27.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 195/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-18 ta’ Lulju 2011
dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand li jemenda l-Ftehim dwar għarfien reċiproku b'relazzjoni mal-istima ta’ konformità bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand
(2011/464/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Ftehim dwar għarfien reċiproku b'relazzjoni mal-istima ta’ konformità bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand (1) (“il-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku”) daħal fis-seħħ fl- 1 ta’ Jannar 1999 (2). |
|
(2) |
Fit- 8 ta’ Lulju 2002 il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ New Zealand bil-għan li jiġi emendat il-Ftehim dwar l-Għarfien Reċiproku. In-negozjati kienu konklużi b'suċċess bl-inizjalar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand li jemenda l-Ftehim dwar għarfien reċiproku b'relazzjoni mal-istima ta’ konformità bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand (“il-Ftehim”) fi Brussell fid- 29 ta’ Ġunju 2009. |
|
(3) |
Bħala konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl- 1 ta’ Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea. |
|
(4) |
Il-Ftehim għandu jiġi ffirmat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand li jemenda l-Ftehim dwar għarfien reċiproku b'relazzjoni mal-istima ta’ konformità bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand (“il-Ftehim”) huwa b'dan awtorizzat f'isem l-Unjoni, suġġett għall-konklużjoni tal-imsemmi Ftehim (3).
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat li jaħtar il-persuna jew persuni li jkollhom is-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f'isem l-Unjoni suġġett għall-konklużjoni tiegħu.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. DOWGIELEWICZ
(1) ĠU L 229, 17.8.1998, p. 62 (Ħarġa Speċjali bil-Malti, Kapoitolu 11, Volum 29, p. 158).
(3) It-test tal-Ftehim se jiġi ppubblikat flimkien mad-Deċiżjoni dwar il-konklużjoni tiegħu.