|
23.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 193/9 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ Lulju 2011
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE fir-rigward ta’ emenda għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jaqgħux taħt l-erba’ libertajiet
(2011/450/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114 u l-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 31 għall-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1) (“il-Ftehim taż-ŻEE”) fih dispożizzjonijiet u arranġamenti speċifiċi fir-rigward tal-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li li ma jaqgħux taħt l-erba’ libertajiet. |
|
(2) |
Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim taż-ŻEE f’azzjonijiiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp tas-suq Intern. |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 għall-Ftehim taż-ŻEE għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkompli wara l-31 ta’ Diċembru 2010. |
|
(4) |
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni mehmuż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda proposta għall-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
M. SAWICKI
ABBOZZ TA’
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru …/2011
ta’…
li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim taż-ŻEE, dwar kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jaqgħux taħt l-erba’ libertajiet
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim”), u b’mod partikolari l-Artikoli 86 u 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-Protokoll 31 għall-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru …/… ta’… (1). |
|
(2) |
Huwa xieraq li titkompla l-kooperazzjoni tal-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim f’azzjonijiiet tal-Unjoni ffinanzjati mill-baġit ġenerali tal-Unjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni, l-operat u l-iżvilupp tas-suq intern. |
|
(3) |
Il-Protokoll 31 għall-Ftehim għandu għalhekk jiġi emendat sabiex din il-kooperazzjoni estiża tkompli wara l-31 ta’ Diċembru 2010, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 7 tal-Protokoll 31 għall-Ftehim b’dan huwa emendat kif ġej:
|
1. |
Il-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010” fil-paragrafu 6 għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “is-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011”. |
|
2. |
Il-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008, 2009 u 2010” fil-paragrafu 7 għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “is-snin 2006, 2007, 2008, 2009, 2010 u 2011”. |
|
3. |
Il-kliem “is-snin 2008, 2009 u 2010” fil-paragrafu 8 għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem “is-snin 2008, 2009, 2010 u 2011”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-aħħar notifika lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim (*1).
Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2011.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.
Magħmul fi …, …
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Is-Segretarji Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
(1) ĠU L …
(*1) [L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali mhuma indikati.] [Rekwiżiti konstituzzjonali huma indikati.]