19.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 188/50


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-11 ta’ Lulju 2011

dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għall-programmi tal-Istati Membri għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza fl-2011

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4852)

(It-test Bulgaru, Daniż, Estonjan, Finlandiż, Franċiż, Ġermaniż, Grieg, Ingliż, Latvjan, Litwan, Malti, Olandiż, Pollakk, Portugiż, Rumen, Sloven, Spanjol, Svediż u Taljan biss huma awtentiċi)

(2011/431/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 tat-22 ta’ Mejju 2006 li jistabbilixxi miżuri finanzjarji Komunitarji għall-implimentazzjoni tal-politika komuni tas-sajd u fil-qasam tal-Liġi tal-Baħar (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Istati Membri ssottomettew lill-Kummissjoni l-programmi tagħhom għall-kontroll tas-sajd għall-2011, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006, li jinkludu l-applikazzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa li għandha ssir fit-twettiq tal-proġetti li jinsabu f'dawn il-programmi.

(2)

Applikazzjonijiet li jinvolvu l-azzjonijiet elenkati fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 jistgħu jikkwalifikaw għal finanzjament mill-Unjoni.

(3)

L-applikazzjonijiet għal finanzjament mill-Unjoni ġew ivvalutati għall-konformità tagħhom mar-regoli stipulati fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 391/2007 (2).

(4)

Huwa xieraq li l-ammonti massimi u r-rata tal-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni jiġu stabbiliti fil-limiti stipulati mill-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006 u li jiġu stipulati l-kundizzjonijiet li bihom tista' tingħata din il-kontribuzzjoni.

(5)

Sabiex ikun inkoraġġit l-investiment fl-azzjonijiet ta’ prijorità definiti mill-Kummissjoni fl-ittra tagħha tas-6 ta’ Diċembru 2010 (3), li ħabbret li se jingħataw prijorità u rati ogħla ta’ kontribuzzjoni lill-proġetti meħtieġa mill-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (4), u minħabba l-impatt negattiv tal-kriżi finanzjarja fuq il-baġits tal-Istati Membri, in-nefqa relatata mal-awtomatizzazzjoni u l-ġestjoni tad-dejta, is-sistemi elettroniċi ta’ reġistrazzjoni u rappurtar, l-apparat elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar (ERS) u s-sistemi ta’ monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), kif ukoll it-traċċabilità u l-kontroll tal-qawwa tal-magna għandhom jibbenefikaw minn rata għolja ta’ kofinanzjament, fi ħdan il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

(6)

Sabiex jiġu inkoraġġiti l-investimenti fil-prijoritajiet definiti mill-Kummissjoni u minħabba l-limitazzjonijiet baġitarji, ġew rrifjutati l-applikazzjonijiet kollha mill-Istati Membri għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għal proġetti relatati mat-taħriġ, mal-inizjattivi ta’ sensibilizzazzjoni dwar ir-regoli tal-PKS kif ukoll max-xiri u l-immodernizzar ta’ bastimenti u inġenji tal-ajru għar-rondi tas-sajd.

(7)

Sabiex wieħed jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, it-tagħmir tal-lokalizzazzjoni awtomatiku għandu jissodisfa r-rekwiżiti ffissati bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2244/2003 tat-18 ta’ Diċembru 2003 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet dettaljati dwar is-Sistemi ta’ Sorveljanza tal-Vapuri bbażati fuq satellita (5).

(8)

Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni, l-apparat elettroniku ta’ reġistrazzjoni u rappurtar abbord il-bastimenti tas-sajd għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1077/2008 tat-'3 ta’ Novembru 2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1966/2006 dwar ir-reġistrazzjoni u r-rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd u dwar il-mezzi ta’ telerilevament u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1566/2007 (6).

(9)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Suġġett

Din id-Deċiżjoni tipprevedi kontribuzzjoni finanzjarja mill-Unjoni għan-nefqa li jagħmlu l-Istati Membri fl-2011 fl-implimentazzjoni tas-sistemi tal-monitoraġġ u l-kontroll applikabbli għall-politika komuni tas-sajd (PKS), kif imsemmija fl-Artikolu 8(a) tar-Regolament (KE) Nru 861/2006.

Artikolu 2

Għeluq tal-impenji pendenti

Il-pagamenti kollha li għalihom qed jintalab rimborż għandhom jitħallsu mill-Istat Membru kkonċernat sat-30 ta’ Ġunju 2015. Il-ħlasijiet li jsiru minn Stat Membru wara dik id-data tal-għeluq mhux se jkunu eliġibbli għal rimborż. L-approprjazzjonijiet baġitarji marbuta ma’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu diżimpenjati sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2016.

Artikolu 3

Teknoloġiji u netwerks ġodda tal-IT

1.   In-nefqa li ssir, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness I, fuq l-istabbiliment ta’ teknoloġiji u netwerks ġodda tal-IT sabiex jippermettu l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti u sikura tad-dejta b'rabta mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fi ħdan il-limiti stabbiliti f'dak l-Anness.

2.   Kwalunkwe nefqa oħra li ssir, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness I, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f'dak l-anness.

Artikolu 4

Apparat ta’ lokalizzazzjoni awtomatiku

1.   In-nefqa li ssir, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness II, fuq ix-xiri u t-twaħħil ta’ apparat abbord ta’ bastimenti tas-sajd ta’ apparat ta’ pożizzjonar awtomatiku li jagħmilha possibbli li l-bastimenti jiġu mmonitorjati minn distanza minn ċentru għall-monitoraġġ tas-sajd permezz ta’ sistema tal-monitoraġġ tal-bastimenti (VMS), għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f'dak l-anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz limitat għal EUR 2 500 għal kull bastiment.

3.   Sabiex jikkwalifika għall-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1, l-apparat tal-pożizzjonar awtomatiku għandu jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003.

Artikolu 5

Sistemi elettroniċi tar-reġistrazzjoni u r-rapportar

In-nefqa li ssir, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness III, fuq l-iżvilupp, ix-xiri, l-assistenza teknika u l-installazzjoni ta’ komponenti neċessarji għas-sistemi elettroniċi tar-reġistrazzjoni u r-rappurtar (ERS), sabiex jippermettu l-iskambju effiċjenti u sikur ta’ dejta relatata mal-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 6

Apparat elettroniku tar-reġistrazzjoni u r-rapportar

1.   In-nefqa li ssir, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness IV, fuq ix-xiri u t-twaħħil ta’ apparat ERS abbord bastimenti tas-sajd u li jippermetti lill-bastimenti jirreġistraw u jirrappurtaw b'mod elettroniku dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd lil Ċentru għall-Monitoraġġ tas-Sajd, għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja ta’ 90 % tan-nefqa eliġibbli, fi ħdan il-limiti stabbiliti f'dak l-Anness.

2.   Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz b'limitu ta’ EUR 3 000 għal kull bastiment, mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 4.

3.   Sabiex jikkwalifika għal kontribuzzjoni finanzjarja, l-apparat ERS għandu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti skont ir-Regolament (KE) Nru 1077/2008.

4.   Fil-każ ta’ apparat li jgħaqqad funzjonijiet ERS u VMS, u li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2244/2003 u (KE) Nru 1077/2008, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta’ prezz b'limitu ta’ EUR 4 500 għal kull bastiment.

Artikolu 7

Proġetti pilota

In-nefqa li ssir, fir-rigward tal-proġetti msemmija fl-Anness V, fuq proġetti pilota dwar teknoloġiji ġodda ta’ kontroll għandha tikkwalifika għal kontribuzzjoni ta’ 50 % tan-nefqa eliġibbli, fil-limiti stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 8

Kontribuzzjoni massima totali mill-Unjoni għal kull Stat Membru

In-nefqa ppjanata, is-sehem eliġibbli tagħha, u l-kontribuzzjoni massima Komunitarja għal kull Stat Membru huma kif ġej:

(EUR)

Stat Membru

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Belġju

1 362 000

212 000

190 800

Il-Bulgarija

79 251

53 686

48 318

Ċipru

555 000

130 000

105 000

Id-Danimarka

8 657 750

5 057 415

4 546 308

Il-Ġermanja

2 967 500

1 771 500

1 575 950

L-Estonja

459 584

448 280

400 140

L-Irlanda

55 448 000

3 405 000

2 824 500

Il-Greċja

7 150 000

4 100 000

3 690 000

Spanja

1 351 154

890 751

801 675

Franza

7 145 920

6 591 920

4 906 008

L-Italja

25 012 000

5 590 000

3 367 000

Il-Latvja

140 885

140 885

126 796

Il-Litwanja

360 966

149 887

134 899

Matla

159 693

97 885

86 497

Il-Pajjiżi l-Baxxi

932 500

632 500

569 250

Il-Polonja

381 565

338 686

304 817

Il-Portugall

5 661 152

1 758 079

1 582 271

Ir-Rumanija

597 000

136 000

94 000

Is-Slovenja

597 800

591 400

531 900

Il-Finlandja

2 470 000

2 055 000

1 729 500

L-Isvezja

6 574 335

3 847 033

3 284 814

Ir-Renju Unit

8 119 733

4 916 541

4 327 317

Total

136 183 788

42 914 447

35 227 760

Artikolu 9

Destinatarji

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika tal-Estonja, l-Irlanda, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kummissjoni

Maria DAMANAKI

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 160, 14.6.2006, p. 1.

(2)   ĠU L 97, 12.4.2007, p. 30.

(3)  Ares(2010) 905537, 6.12.2010.

(4)   ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

(5)   ĠU L 333, 20.12.2003, p. 17.

(6)   ĠU L 295, 4.11.2008, p. 3.


ANNESS I

TEKNOLOĠIJI U NETWERKS ĠODDA TAL-IT

(EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Belġju

BE/11/02

20 000

20 000

18 000

BE/11/03

40 000

40 000

36 000

BE/11/06

1 150 000

0

0

Sub-Total

1 210 000

60 000

54 000

Il-Bulgarija

BG/11/01

15 339

15 339

13 805

BG/11/04

15 339

15 339

13 805

BG/11/05

23 008

23 008

20 708

Sub-Total

53 686

53 686

48 318

Ċipru

CY/11/01

100 000

100 000

90 000

CY/11/02

4 000

0

0

CY/11/03

10 000

0

0

CY/11/06

10 000

10 000

5 000

CY/11/08

55 000

0

0

Sub-Total

179 000

110 000

95 000

Id-Danimarka

DK/11/01

804 894

804 894

724 405

DK/11/02

1 556 128

1 556 128

1 400 515

DK/11/03

335 372

335 372

301 835

DK/11/04

201 223

201 223

181 101

DK/11/05

134 149

134 149

120 734

DK/11/06

469 522

469 522

422 569

DK/11/08

1 341 489

1 341 489

1 207 341

DK/11/09

134 149

134 149

120 734

DK/11/12

13 414

13 414

6 707

Sub-Total

4 990 340

4 990 340

4 485 941

Il-Ġermanja

DE/11/02

14 000

14 000

12 600

DE/11/10

6 000

6 000

3 000

DE/11/11

40 000

40 000

20 000

DE/11/13

20 000

20 000

18 000

DE/11/24

50 000

0

0

DE/11/25

50 000

50 000

45 000

DE/11/26

100 000

100 000

90 000

DE/11/27

50 000

50 000

45 000

DE/11/28

95 500

95 500

85 950

DE/11/29

101 000

101 000

90 900

DE/11/30

200 000

170 000

153 000

DE/11/16

10 000

0

0

Sub-Total

736 500

646 500

563 450

L-Estonja

EE/11/02

8 280

8 280

4 140

EE/11/03

350 000

350 000

315 000

Sub-Total

358 280

358 280

319 140

L-Irlanda

IE/11/02

218 000

0

0

IE/11/03

60 000

60 000

54 000

IE/11/04

30 000

30 000

27 000

IE/11/05

400 000

400 000

360 000

IE/11/10

400 000

400 000

200 000

IE/11/11

1 000 000

1 000 000

900 000

IE/11/12

225 000

225 000

202 500

IE/11/15

100 000

0

0

Sub-Total

2 433 000

2 115 000

1 743 500

Il-Greċja

EL/11/05

750 000

750 000

675 000

EL/11/01

2 300 000

2 300 000

2 070 000

Sub-Total

3 050 000

3 050 000

2 745 000

Spanja

ES/11/09

250 070

250 070

225 063

ES/11/01

237 931

237 931

214 138

ES/11/04

5 400

0

0

ES/11/05

1 300

0

0

ES/11/06

106 687

106 687

96 018

Sub-Total

601 388

594 688

535 219

Franza

FR/11/04

532 000

532 000

478 800

FR/11/10

19 800

19 800

9 900

FR/11/12

761 120

761 120

685 008

FR/11/11

2 220 000

2 220 000

1 110 000

Sub-Total

3 532 920

3 532 920

2 283 708

L-Italja

IT/11/04

375 000

375 000

337 500

IT/11/03

325 000

325 000

292 500

IT/11/02

300 000

300 000

270 000

IT/11/05

190 000

190 000

171 000

IT/11/07

7 000 000

0

0

IT/11/08

120 000

0

0

IT/11/11

260 000

260 000

130 000

IT/11/12

100 000

0

0

IT/11/13

150 000

0

0

IT/11/01

3 900 000

3 900 000

1 950 000

Sub-Total

12 720 000

5 350 000

3 151 000

Il-Litwanja

LT/11/04

18 000

18 000

16 200

LT/11/05

41 887

41 887

37 698

LT/11/01

30 000

30 000

27 000

Sub-Total

89 887

89 887

80 898

Malta

MT/11/01

93 885

93 885

84 497

MT/11/04

4 000

4 000

2 000

Sub-Total

97 885

97 885

86 497

Il-Pajjiżi l-Baxxi

NL/11/01

345 000

345 000

310 500

NL/11/02

300 000

0

0

NL/11/03

235 000

235 000

211 500

Sub-Total

880 000

580 000

522 000

Il-Polonja

PL/11/01

338 686

338 686

304 817

Sub-Total

338 686

338 686

304 817

Il-Portugall

PT/11/02

1 093 579

1 093 579

984 221

PT/11/06

150 000

150 000

135 000

PT/11/11

81 500

0

0

PT/11/12 01

12 196

0

0

PT/11/12 02

406

0

0

PT/11/14

125 000

125 000

112 500

PT/11/15

105 000

0

0

PT/11/16

1 500 000

0

0

PT/11/17

200 000

0

0

PT/11/18

108 000

80 500

72 450

PT/11/20

98 000

98 000

88 200

Sub-Total

3 473 681

1 547 079

1 392 371

Ir-Rumanija

RO/11/04

120 000

0

0

RO/11/05

26 000

26 000

13 000

RO/11/07

30 000

30 000

15 000

RO/11/08

15 000

15 000

7 500

RO/11/09

50 000

50 000

45 000

Sub-Total

241 000

121 000

80 500

Is-Slovenja

SI/11/02

150 000

150 000

135 000

SI/11/05

40 000

40 000

36 000

SI/11/06

900

900

450

SI/11/07

15 000

15 000

13 500

SI/11/08

10 500

10 500

9 450

SI/11/09

400

0

0

SI/11/10

15 000

15 000

13 500

Sub-Total

231 800

231 400

207 900

Il-Finlandja

FI/11/01

1 500 000

1 500 000

1 350 000

FI/11/06

300 000

300 000

150 000

FI/11/07

130 000

0

0

FI/11/08

170 000

0

0

Sub-Total

2 100 000

1 800 000

1 500 000

L-Isvezja

SE/11/01

852 275

852 275

767 048

SE/11/04

535 764

0

0

SE/11/07

277 368

277 368

249 631

SE/11/09

221 894

221 894

199 705

SE/11/10

332 841

332 841

299 557

SE/11/06

221 894

221 894

199 705

SE/11/11

110 947

0

0

SE/11/12

554 736

554 736

499 262

SE/11/13

554 736

554 736

499 262

Sub-Total

3 662 455

3 015 745

2 714 170

Ir-Renju Unit

UK/11/06

8 139

0

0

UK/11/07

1 163

0

0

UK/11/09

52 325

52 325

47 093

UK/11/34

3 488

3 488

1 744

UK/11/35

4 390

4 390

2 195

UK/11/36

3 488

3 488

1 744

UK/11/37

9 564

0

0

UK/11/38

4 535

0

0

UK/11/43

401 163

401 163

361 047

UK/11/44

668 605

668 605

601 744

UK/11/48

156 977

156 977

141 279

UK/11/49

3 488

0

0

UK/11/50

5 215

0

0

UK/11/55

418 605

418 605

376 744

UK/11/63

1 727

0

0

UK/11/65

11 703

0

0

UK/11/64

5 227

0

0

Sub-Total

1 759 802

1 709 041

1 533 590

Total

42 740 311

30 392 137

24 447 019


ANNESS II

APPARAT TA’ LOKALIZZAZZJONI AWTOMATIKU

(EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Ġermanja

DE/11/04

437 500

0

0

DE//11/07

67 000

50 000

45 000

DE/11/15

48 000

40 000

36 000

Sub-Total

552 500

90 000

81 000

L-Estonja

EE/11/01

101 304

90 000

81 000

Sub-Total

101 304

90 000

81 000

L-Irlanda

IE/11/06

200 000

200 000

180 000

Sub-Total

200 000

200 000

180 000

Il-Greċja

EL/11/06

400 000

0

0

EL/11/02

2 100 000

1 050 000

945 000

Sub-Total

2 500 000

1 050 000

945 000

Spanja

ES/11/02

356 600

0

0

Sub-Total

356 600

0

0

Franza

FR/11/01

1 730 000

1 730 000

1 557 000

Sub-Total

1 730 000

1 730 000

1 557 000

L-Italja

IT/11/06

240 000

240 000

216 000

Sub-Total

240 000

240 000

216 000

Il-Litwanja

LT/11/03

164 198

0

0

Sub-Total

164 198

0

0

Il-Pajjiżi l-Baxxi

NL/11/04

52 500

52 500

47 250

Sub-Total

52 500

52 500

47 250

Is-Slovenja

SI/11/03

30 000

30 000

27 000

Sub-Total

30 000

30 000

27 000

Il-Finlandja

FI/11/02

120 000

75 000

67 500

Sub-Total

120 000

75 000

67 500

L-Isvezja

SE/11/03

429 920

387 500

348 750

Sub-Total

429 920

387 500

348 750

Ir-Renju Unit

UK/11/04

17 441

15 000

13 500

UK/11/40

797 674

490 000

441 000

UK/11/45

166 860

102 500

92 250

UK/11/52

366 279

225 000

202 500

Sub-Total

1 348 255

832 500

749 250

Total

7 825 278

4 777 500

4 299 750


ANNESS III

SISTEMI ELETTRONIĊI TAR-REĠISTRAZZJONI U R-RAPPORTAR

(EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Belġju

BE/11/01

100 000

100 000

90 000

BE/11/04

32 000

32 000

28 800

BE/11/05

20 000

20 000

18 000

Sub-Total

152 000

152 000

136 800

Id-Danimarka

DK/11/07

67 074

67 074

60 367

Sub-Total

67 074

67 074

60 367

Il-Ġermanja

DE/11/18

5 000

0

0

DE/11/20

50 000

50 000

45 000

DE/11/21

370 000

370 000

333 000

DE/11/22

13 500

0

0

Sub-Total

438 500

420 000

378 000

L-Irlanda

IE/11/07

200 000

200 000

180 000

IE/11/13

450 000

450 000

405 000

Sub-Total

650 000

650 000

585 000

Spanja

ES/11/07

296 063

296 063

266 457

Sub-Total

296 063

296 063

266 457

Il-Latvja

LV/11/01

140 885

140 885

126 796

Sub-Total

140 885

140 885

126 796

Il-Litwanja

LT/11/02

79 574

60 000

54 000

Sub-Total

79 574

60 000

54 000

Is-Slovenja

SI/11/01

330 000

330 000

297 000

Sub-Total

330 000

330 000

297 000

Total

2 154 096

2 116 022

1 904 420


ANNESS IV

APPARAT ELETTRONIKU TAR-REĠISTRAZZJONI U R-RAPPORTAR

(EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Il-Ġermanja

DE/11/05

135 000

135 000

121 500

DE/11/06

417 000

375 000

337 500

DE/11/14

105 000

105 000

94 500

Sub-Total

657 000

615 000

553 500

L-Irlanda

IE/11/08

600 000

240 000

216 000

Sub-Total

600 000

240 000

216 000

Franza

FR/11/02

1 002 000

1 002 000

901 800

Sub-Total

1 002 000

1 002 000

901 800

Il-Portugall

PT/11/05

211 000

211 000

189 900

Sub-Total

211 000

211 000

189 900

Ir-Rumanija

RO/11/03

100 000

15 000

13 500

Sub-Total

100 000

15 000

13 500

Il-Finlandja

FI/11/04

180 000

180 000

162 000

Sub-Total

180 000

180 000

162 000

Ir-Renju Unit

UK/11/05

26 744

26 744

24 070

UK/11/08

53 489

53 489

48 139

UK/11/39

364 535

364 535

328 081

UK/11/41

455 814

455 814

410 233

UK/11/42

534 884

534 884

481 396

UK/11/46

27 907

27 907

25 116

UK/11/47

37 209

37 209

33 489

UK/11/53

213 953

213 953

192 558

UK/11/54

427 907

427 907

385 116

Sub-Total

2 142 442

2 142 442

1 928 198

Total

4 892 442

4 405 442

3 964 898


ANNESS V

PROĠETTI PILOTA

(EUR)

Stat Membru u kodiċi tal-proġett

Nefqa ppjanata fil-programm nazzjonali għall-kontroll tas-sajd

Nefqa għal proġetti magħżula skont din id-Deċiżjoni

Kontribuzzjoni massima tal-Unjoni

Ċipru

CY/11/04

20 000

20 000

10 000

Sub-Total

20 000

20 000

10 000

L-Irlanda

IE/11/01

200 000

200 000

100 000

Sub-Total

200 000

200 000

100 000

Franza

FR/11/05

227 000

227 000

113 500

FR/11/06

148 000

0

0

FR/11/07

100 000

100 000

50 000

FR/11/09

208 000

0

0

FR/11/08

150 000

0

0

Sub-Total

833 000

327 000

163 500

Il-Portugall

PT/11/04

89 500

0

0

Sub-Total

89 500

0

0

L-Isvezja

SE/11/05

221 895

221 895

110 947

SE/11/08

221 894

221 894

110 947

Sub-Total

443 789

443 789

221 894

Ir-Renju Unit

UK/11/51

232 558

232 558

116 279

Sub-Total

232 558

232 558

116 279

Total

1 818 847

1 223 347

611 673