|
19.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 188/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/429/PESK
tat-18 ta’ Lulju 2011
dwar il-Pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea għas-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni u l-Ħażna ta’ Armi Batterjoloġiċi (Bijoloġiċi) u ta’ Tossina u dwar il-Qerda Tagħhom (BTWC)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-12 ta’ Diċembru 2003, il-Kunsill Ewropew adotta l-Istrateġija tal-UE kontra l-Proliferazzjoni ta’ Armi ta’ Qerda Massiva li għandha l-għan, fost l-oħrajn, li ssaħħaħ il-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni u l-Ħażna ta’ Armi Batterjoloġiċi (Bijoloġiċi) u ta’ Tossina u dwar il-Qerda Tagħhom (BTWC), filwaqt li tkompli d-diskussjoni dwar il-verifika tal-BTWC, tappoġġa l-universalizzazzjoni u l-implimentazzjoni nazzjonali tal-BTWC, inkluż permezz tal-mezzi ta’ leġiżlazzjoni kriminali, u ssaħħaħ il-konformità magħha. |
|
(2) |
Fit-28 ta’ April 2004, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta b’mod unanimu r-Riżoluzzjoni 1540 (2004), li tiddeskrivi l-proliferazzjoni tal-armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ forniment tagħhom bħala theddida għall-paċi u s-sigurtà internazzjonali. Fis-27 ta’ April 2006, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti unanimament adotta r-Riżoluzzjoni 1673 (2006) sabiex jintensifika l-isforzi sabiex jippromwovi l-implimentazzjoni sħiħa tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004). L-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din ir-Riżoluzzjoni tikkontribwixxi għall-implementazzjoni tal-BTWC. |
|
(3) |
Fis-26 ta’ Awwissu 1988, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adotta r-Riżoluzzjoni 620 (1988) li, fost l-oħrajn, tħeġġeġ lis-Segretarju Ġenerali jwettaq minnufih investigazzjonijiet bi tweġiba għal allegazzjonijiet dwar l-użu ta’ armi kimiċi jew batterjoloġiċi (bijoloġiċi) jew tat-tossina li jikkostitwixxi ksur tal-Protokoll ta’ Ġinevra tal-1925. Fit-8 ta’ Settembru 2006, l-Assemblea Ġenerali adottat l-Istrateġija Globali tan-Nazzjonijiet Uniti Kontra t-Terroriżmu, annessa għar-Riżoluzzjoni 60/288, skont liema l-Istati Membri jħeġġu lis-Segretarju Ġenerali jaġġorna r-roster tal-esperti u l-laboratorji, kif ukoll il-linji gwida tekniċi u l-proċeduri, għad-dispożizzjoni tas-Segretarju-Ġenerali għall-investigazzjoni f’waqtha u effiċjenti tal-allegazzjonijiet. |
|
(4) |
Is-Sitt Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Istati Partijiet għall-BTWC ddeċidiet li s-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni għandha ssir f’Ġinevra mhux aktar tard mill-2011 u għandha tirrevedi l-ħidma tal-BTWC, b’kont meħud, fost l-oħrajn, tal-iżviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi ġodda rilevanti għall-BTWC, kif ukoll il-progress li sar mill-Istati Partijiet għall-BTWC (minn issa “l-Istati Partijiet”) fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-obbligi taħt il-BTWC u fl-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet maqbula fis-Sitt Konferenza ta’ Reviżjoni. |
|
(5) |
Fis-27 ta’ Frar 2006, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2006/184/PESK (1) u fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/858/PESK (2). Iż-żewġ Azzjonijiet Konġunti it-tnejn li huma jippromwovu l-universalità tal-BTWC, u jsostnu l-implimentazzjoni tagħha mill-Istati Partijiet. Barra minn hekk, l-Azzjoni Konġunta 2008/858/PESK tippromwovi l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjonijiet ta’ Miżuri ta’ Bini ta’ Fiduċja (CBM) mill-Istati Partijiet, tipprovdi appoġġ għall-proċess intersessjonarju tal-BTWC. |
|
(6) |
B’mod parallel mal-Azzjoni Konġunta 2006/184/PESK, l-Unjoni Ewropea qablet dwar Pjan ta’ Azzjoni dwar l-armi bijoloġiċi u ta’ tassina, komplimentarja għall-Azzjoni Konġunta tal-UE b’appoġġ għall-BTWC (3) fir-rigward tal-BTWC fejn l-Istati Membri intrabtu li jippreżentaw dikjarazzjonijiet ta’ CBM lin-NU f’April ta’ kull sena u listi ta’ esperti u laboratorji rilevanti lis-Segretarju Ġenerali tan-NU biex tkun faċilitata kwalunkwe investigazzjoni ta’ użu allegat ta’ Armi Bijoloġiċi u tossini (kimiċi). |
|
(7) |
Fid-dawl tas-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni tal-BWTC li jmiss mill-5 sat-22 ta’ Diċembru 2011, jaqbel li tiġi aġġornata l-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI
Artikolu 1
L-għanijiet tal-Unjoni fis-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni tal-Istati Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Projbizzjoni tal-Iżvilupp, il-Produzzjoni u l-Ħażna ta’ Armi Batterjoloġiċi (Bijoloġiċi) u ta’ Tossina u dwar il-Qerda Tagħhom (BWTC) għandu jkun li tirrevedi l-operazzjonijiet tal-BTWC u tesplora possibiltajiet sabiex issaħħaħha aktar.
Sabiex tilħaq dawn l-għanijiet, l-Unjoni għandha tressaq proposti konkreti lis-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni li għandha ssir mill-5 sat-22 ta’ Diċembru 2011.
Artikolu 2
Fis-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni, l-Unjoni għandha taħdem, b’mod partikolari, biex tiżgura li l-Istati Partijiet (minn issa “l-Istati Partijiet”) jindirizzaw il-prijoritajiet li ġejjin:
|
— |
il-bini tal-fiduċja fil-konformità mal-BTWC, |
|
— |
l-appoġġ tal-implimentazzjoni nazzjonali tagħha; u |
|
— |
il-promozzjoni tal-universalità tagħha. |
Artikolu 3
Għall-finijiet tal-objettiv stabbilit fl-Artikolu 1, u l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 2, l-Unjoni għandha:
|
(a) |
tikkontribwixxi għal reviżjoni sħiħa tal-ħidma tal-BTWC fis-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni, inkluża l-implimentazzjoni tal-impenji meħdua mill-Istati Partijiet taħt il-BTWC; |
|
(b) |
tappoġġa proċess intersessjonali aktar sostantiv matul il-perijodu bejn is-Seba’ u t-Tmien Konferenzi ta’ Reviżjoni u tidentifika oqsma speċifiċi u arranġamenti mtejbin għal progress ulterjuri taħt dan il-proċess; |
|
(c) |
tappoġġa t-Tmien Konferenza ta’ Reviżjoni, li għandha ssir mhux aktar tard mill-2016; |
|
(d) |
tibni kunsens għall-eżitu ta’ suċċess tas-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni, abbażi tal-qafas stabbilit mill-Konferenzi preċedenti, u tippromwovi, fost l-oħrajn, il-kwistjonijiet ewlenin li ġejjin:
|
Artikolu 4
Sabiex issaħħaħ il-konformità mal-BTWC, l-Unjoni għandha tippromwovi:
|
(a) |
miżuri relatati mad-dikjarazzjonijiet tas-CBM
|
|
(b) |
miżuri relatati mal-mekkaniżmu tas-Segretarju Ġenerali tan-NU għall-investigazzjoni tal-użu allegat ta’ armi bijoloġiċi u ta’ tossina; l-affermazzjoni mill-ġdid tal-bżonn li l-Istati Partijiet jassiguraw l-effettività tad-dispożizzjonijiet tal-mekkaniżmu u billi jittieħdu passi prattiċi għal dan il-għan, bħall-għoti ta’ appoġġ għal programmi ta’ taħriġ, u l-iżvilupp ta’ sistema ta’ laboratorju analitika. |
Artikolu 5
Minbarra l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1 u l-prijoritajiet stabbiliti fl-Artikolu 2, l-Unjoni għandha tappoġġa t-tisħiħ tar-rwol tal-ISU. B’mod partikolari, l-Unjoni għandha tappoġġa:
|
(a) |
il-prolongazzjoni tal-mandat tal-ISU għal ħames snin oħra; |
|
(b) |
l-inklużjoni tal-attivitajiet li ġejjin fil-mandat tal-ISU:
|
|
(c) |
espansjoni adegwata tal-persunal attwali tal-ISU sabiex l-ISU jkun jista’ jwettaq l-attivitajiet imsemmija fil-punt (b). |
Artikolu 6
Sabiex tappoġġa r-reviżjoni u t-tisħiħ tal-proċess intersessjonali, l-Unjoni għandha b’mod partikolari:
|
(a) |
tappoġġa t-temi li ġejjin għal proċess intersessjonali ġdid jew bħala suġġetti intersessjonali jew permezz ta’ gruppi ta’ ħidma partikolari:
|
|
(b) |
tappoġġa proċess ta’ valutazzjonijiet aktar frekwenti ta’ żviluppi xjentifiċi u teknoloġiċi rilevanti. L-ISU jista’ jkollha rwol permezz tal-mandat imġedded tagħha. Minbarra diskussjoni dettaljata fil-proċess intersessjonali, l-Istati Parti jistgħu jiddeċiedu dwar mezzi alternattivi biex jiddiskutu kwistjonijiet ta’ xjenza u teknoloġija (jiġifieri li jinħoloq grupp ta’ ħidma ġdid, li fl-aġenda tal-Laqgħat tal-Istati Parti jiġi inkluż punt dwar ix-xjenza u t-teknoloġija, li ssir laqgħa partikolari tal-esperti għax-xjenza u t-teknoloġija, li jiġi stabbilit panel konsultattiv jew li jiġi stabbilit forum miftuħ dwar ix-xjenza u t-teknoloġija); |
|
(c) |
tappoġġa l-iżvilupp ta’ oqfsa regolatorji nazzjonali, b’mod partikolari dwar il-bijosigurtà u l-bijosikurezza. L-adozzjoni ta’ standards ta’ ġestjoni adegwati għall-bijosigurtà u l-bijosikurezza għal-laboratorji u l-industrija, minkejja li bl-ebda mod ma jieħdu post sistema ta’ konformità, jistgħu jgħinu lill-Istati Parti fil-perijodu fit-tul bl-implimentazzjoni tal-obbligi stabbiliti fil-BTWC. Huma jistgħu jirriżultaw ukoll bħala għodda utli, flimkien ma’ miżuri oħrajn, biex jikkontribwixxu għal sistema ta’ konformità futura mtejba. Diskussjoni dwar dan l-iżvilupp, jiġifieri mal-industrija rilevanti, tista’ tkun parti minn proċess intersessjonali ġdid; |
|
(d) |
tappoġġa t-tisħiħ tal-karattru deċiżjonali tal-proċess intersessjonali billi tesplora firxa ta’ alternattivi bħall-fatt li r-rapport finali għal-Laqgħat tal-Istati Parti isir vinkolanti, taqbel dwar pjani direzzjonali, tikkunsidra l-possibilità ta’ gruppi ta’ ħidma dwar kwistjonijiet speċifiċi, pjanijiet ta’ azzjoni jew rakkomandazzjonijiet. |
Artikolu 7
Sabiex tappoġġa l-universalità, l-Unjoni għandha:
|
(a) |
tappoġġa l-adozzjoni ta’ pjan ta’ azzjoni dwar l-universalizzazzjoni, immexxi mill-ISU, billi tistabbilixxi passi u attivitajiet konkreti. Il-Pjan ta’ Azzjoni jista’ jinkludi attivitajiet bħal avvenimenti ta’ għajnuna, inizjattivi konġunti, it-traduzzjoni ta’ dokumenti rilevanti, inċentivi bħal skambju ta’ informazzjoni dwar offerti ta’ assistenza, u żjarat ta’ assistenza biex jimtlew l-ewwel preżentazzjonijiet tas-CBMs. Dan il-pjan ta’ azzjoni jkun evalwat u, jekk meħtieġ, modifikat f’kull Laqgħa tal-Istati Partijiet. |
|
(b) |
tappoġġa l-organizzazzjoni ta’ sessjonijiet partikolari jew laqgħat tal-gruppi ta’ ħidma dwar l-universalizzazzjoni matul il-proċess intersessjonali sabiex tikkoordina attivitajiet ta’ għajnuna bjen diversi atturi u tippjana inizjattivi reġjonali. |
Artikolu 8
L-Unjoni għandha tappoġġa r-reviżjoni tal-implimentazzjoni tal-Artikolu X tal-BTWC tas-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni. Din ir-reviżjoni għandha timmira lejn:
|
(a) |
l-esplorazzjoni ta’ kif informazzjoni relatata mal-assistenza tiġi integrata fis-CBM, billi tiġi riveduta l-Formola D jew tinħoloq formola ġdida, sabiex l-Istati Parti jkunu jistgħu jiskambjaw informazzjoni dwar attivitajiet relatati mal-kooperazzjoni u l-assistenza; |
|
(b) |
l-ISU tingħata mandat biex tiġbor informazzjoni relatata mal-Artikolu X tal-BTWC f’bażi ta’ dejta onlajn, li tista’ tkun fil-parti ristretta tas-sit elettroniku. |
Artikolu 9
Azzjoni meħuda mill-Unjoni għall-finijiet imsemmijin fl-Artikoli 1 sa 8, għandha tinkludi:
|
(a) |
abbażi tal-pożizzjoni stabbilita fl-Artikoli 1 sa 8, proposti mill-Unjoni għal arranġamenti speċifiċi, prattiċi u fattibbli għat-titjib effettiv tal-implimentazzjoni tal-BTWC għall-konsiderazzjoni mill-Istati Parti fis-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni. |
|
(b) |
inizjattivi mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jew id-delegazzjonijiet tal-Unjoni, |
|
(c) |
dikjarazzjonijiet ippreżentati mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà jew id-Delegazzjoni għan-NU fit-tħejjija għas-Seba’ Konferenza ta’ Reviżjoni u matulha. |
Artikolu 10
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON