2.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 175/28 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-1 ta’ Lulju 2011
dwar in-nuqqas ta’ inklużjoni ta’ ċerti sustanzi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4596)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/391/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(2) tagħha,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1451/2007 tal-4 ta’ Diċembru 2007 dwar it-tieni fażi tal-programm ta’ ħidma ta’ 10 snin imsemmi fl-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti bijoċidali (2) jistabbilixxi lista ta’ sustanzi attivi li għandhom jiġu vvalutati, bil-għan li possibbilment jiġu inklużi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. |
(2) |
Għal għadd ta’ taħlitiet ta’ tipi ta’ sustanzi/prodotti inklużi f’dik il-lista, jew il-parteċipanti kollha waqqfu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-programm ta’ reviżjoni, jew ma wasal l-ebda dossier komplut fil-perjodu ta’ żmien speċifikat fl-Artikoli 9 u 12(3) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007 mill-Istat Membru maħtur bħala r-Rapporteur għall-evalwazzjoni. |
(3) |
Konsegwentement, u skont l-Artikoli 11(2), 12(1) u 13(5) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, il-Kummissjoni għarrfet lill-Istati Membri skont dan. Dak it-tagħrif ġie ppubblikat ukoll permezz ta’ mezzi elettroniċi. |
(4) |
Fi żmien il-perjodu ta’ tliet xhur minn dawk il-pubblikazzjonijiet, għadd ta’ kumpaniji wrew interess li jassumu r-rwol ta’ parteċipant għas-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti konċernati. Madankollu, dawk il-kumpaniji sussegwentement naqsu milli jissottomettu dossier komplut. |
(5) |
Skont l-Artikolu 12(5) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, is-sustanzi u t-tipi ta’ prodotti konċernati għalhekk ma għandhomx jiġu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE. |
(6) |
Fl-interess taċ-ċertezza legali, għandha tiġi speċifikata d-data minn meta l-prodotti bijoċidali li fihom sustanzi attivi għat-tipi ta’ prodotti indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni, ma għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-sustanzi indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni ma għandhomx jiġu inklużi għat-tipi ta’ prodotti konċernati fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE.
Artikolu 2
Għall-finijiet tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1451/2007, prodotti bijoċidali li fihom sustanzi attivi għat-tipi ta’ prodotti indikati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni ma għandhomx jibqgħu jitqiegħdu fis-suq b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(2) ĠU L 325, 11.12.2007, p. 3.
ANNESS
Sustanzi u tipi ta’ prodotti li ma għandhomx jiġu inklużi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE
Isem |
Numru tas-EC |
Numru tas-CAS |
Tip ta’ prodott |
L-Istat Membru Rapporteur |
Formaldeid |
200-001-8 |
50-00-0 |
1 |
DE |
Formaldeid |
200-001-8 |
50-00-0 |
5 |
DE |
Formaldeid |
200-001-8 |
50-00-0 |
9 |
DE |
Formaldeid |
200-001-8 |
50-00-0 |
23 |
DE |
2-kloroaċetammid |
201-174-2 |
79-07-2 |
3 |
EE |
2-kloroaċetammid |
201-174-2 |
79-07-2 |
6 |
EE |
2-kloroaċetammid |
201-174-2 |
79-07-2 |
13 |
EE |
Tijabendażol |
205-725-8 |
148-79-8 |
2 |
ES |
Tijabendażol |
205-725-8 |
148-79-8 |
13 |
ES |
2,2’-ditijobis[N-metilbenżammid] |
219-768-5 |
2527-58-4 |
13 |
PL |
Diossidu tal-kubrit |
231-195-2 |
7446-09-5 |
1 |
DE |
Diossidu tal-kubrit |
231-195-2 |
7446-09-5 |
2 |
DE |
Diossidu tal-kubrit |
231-195-2 |
7446-09-5 |
5 |
DE |
Diossidu tal-kubrit |
231-195-2 |
7446-09-5 |
6 |
DE |
Diossidu tal-kubrit |
231-195-2 |
7446-09-5 |
13 |
DE |
Prodott tar-reazzjoni tal-adipat tad-dimetil, il-glutarat tad-dimetil, is-suċċinat tad-dimetil mal-perossidu tal-idroġenu/Perestan |
432-790-1 |
— |
4 |
HU |
Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju) |
Polimeru |
374572-91-5 |
1 |
FR |
Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina) |
Polimeru |
57028-96-3 |
1 |
FR |
Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju) |
Polimeru |
374572-91-5 |
5 |
FR |
Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina) |
Polimeru |
57028-96-3 |
5 |
FR |
Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju) |
Polimeru |
374572-91-5 |
6 |
FR |
Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina) |
Polimeru |
57028-96-3 |
6 |
FR |
Oligo(klorur tat-2-(2-etossi)etossietilgwanidinju) |
Polimeru |
374572-91-5 |
13 |
FR |
Poli(klorur tal-gwanidinju tal-eżametilendiammina) |
Polimeru |
57028-96-3 |
13 |
FR |