2.7.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 175/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ EUMM/1/2011

tal-1 ta’ Lulju 2011

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia

(2011/390/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta’ Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(2) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/736/PESK li stabbiliet il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (“EUMM Georgia”).

(2)

Fit-12 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (2) li testendi l-EUMM Georġia sal-14 ta’ Settembru 2011.

(3)

Skont l-Artikolu 10(1) tad-Deċiżjoni 2010/452/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà hu awtorizzat, f’konformità mal-Artikolu 38 tat-Trattat, biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għall-eżerċizzju tal-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika ta’ EUMM Georgia, inkluża d-deċiżjoni li jinħatar Kap tal-Missjoni,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Andrzej TYSZKIEWICZ huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia għall-perijodu mit-18 ta’ Lulju 2011 sal-14 ta’ Settembru 2011.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà EUMM Georgia/1/2010 tat-3 ta’ Settembru 2010 li testendi l-mandat tal-Kap tal-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (3) hija b’dan imħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Lulju 2011.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26.

(2)  ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43.

(3)  ĠU L 234, 4.9.2010, p. 16.