|
29.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 169/40 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-24 ta’ Ġunju 2011
dwar l-istabbiliment ta’ kriterji ekoloġiċi għall-għoti tal-Ekotikketta tal-UE lil deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 4448)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/382/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar l-Ekotikketta tal-UE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Bord tal-Ekotikkettar tal-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, l-Ekotikketta tal-UE tista’ tingħata lil dawk il-prodotti b’impatt ambjentali mnaqqas tul iċ-ċiklu kollu ta’ ħajjithom. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KE) Nru 66/2010 jipprovdi li kriterji speċifiċi tal-Ekotikketta tal-UE għandhom ikunu stabbiliti skont il-gruppi tal-prodotti. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/342/KE (2) stabbilixxiet il-kriterji ekoloġiċi u r-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom għal deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn li huma validi sat-30 ta’ Ġunju 2011. |
|
(4) |
Dawk il-kriterji ġew analizzati aktar fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi. Il-kriterji l-ġodda, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni 2005/342/KE għandha tiġi ssostitwita għal raġunijiet ta’ ċarezza. |
|
(6) |
Għandu jkun hemm perjodu tranżizzjonali għall-produtturi li l-prodotti tagħhom ingħataw l-Ekotikketta għad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/342/KE, sabiex ikollhom żmien suffiċjenti u b’hekk jadattaw il-prodotti tagħhom biex jikkonformaw mal-kriterji u r-rekwiżiti riveduti. Il-produtturi għandhom ukoll jitħallew jippreżentaw applikazzjonijiet abbażi tal-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/342/KE jew tal-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni sakemm tiskadi l-validità ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 16 tar-Regolament (KE) Nru 66/2010, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-grupp tal-prodotti “deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” għandu jinkludi d-deterġenti kollha maħsuba biex jintużaw għall-ħasil bl-idejn ta’ platti, reċipjenti taċ-ċaqquf, pożati, borom, taġnijiet, utensili tal-kċina eċċ.
Il-grupp tal-prodotti għandu jkopri l-prodotti kemm għall-użu privat kemm għall-użu professjonali. Il-prodotti għandhom ikunu taħlitiet ta’ sustanzi kimiċi u jeħtieġ li ma jkunx fihom mikroorganiżmi li deliberatament ikunu ġew miżjuda mill-manifattur.
Artikolu 2
Għall-fini ta’ din id-Deċiżjoni, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
1. |
“sustanza” tfisser element kimiku u l-komposti tiegħu fl-istat naturali jew miksub bi kwalunkwe proċess tal-produzzjoni, inkluż kwalunkwe addittiv meħtieġ biex jippreserva l-istabbiltà tal-prodotti u kwalunkwe impurità li tirriżulta mill-proċess użat iżda li jeskludi kwalunkwe solvent li jista’ jiġi sseparat mingħajr ma tkun affettwata l-istabbiltà tas-sustanza jew tinbidel il-kompożizzjoni tagħha. |
|
2. |
“prodott” (jew “taħlita”) tfisser taħlita jew soluzzjoni ta’ żewġ sustanzi jew aktar, li ma jirreaġixxux. |
Artikolu 3
Sabiex jingħata l-Ekotikketta tal-UE skont ir-Regolament (KE) Nru 66/2010, oġġett li huwa deterġent għall-ħasil tal-platti bl-idejn għandu jaqa’ fil-grupp tal-prodotti “deterġent għall-ħasil tal-platti bl-idejn” kif iddefinit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni u għandu jikkonforma mal-kriterji ekoloġiċi kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom stabbiliti fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
Il-kriterji għall-grupp tal-prodotti “deterġent għall-ħasil tal-platti bl-idejn”, kif ukoll ir-rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika relatati magħhom, għandhom ikunu validi għal erba’ snin mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 5
Għal finijiet amministrattivi n-numru tal-kodiċi assenjat lill-grupp tal-prodotti “deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” għandu jkun “019”.
Artikolu 6
Id-Deċiżjoni 2005/342/KE hija rrevokata.
Artikolu 7
1. B’deroga mill-Artikolu 6, l-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti “deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” ippreżentati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom ikunu evalwati skont il-kundizzjonjiiet stipulati fid-Deċiżjoni 2005/342/KE.
2. L-applikazzjonijiet għall-Ekotikketta tal-UE għal prodotti li jaqgħu taħt il-grupp tal-prodotti “deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” ippreżentati qabel id-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni iżda mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2011 jistgħu jkunu bbażati jew fuq il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/342/KE inkella fuq il-kriterji stabbiliti f’din id-Deċiżjoni. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jiġu evalwati skont il-kriterji li huma bbażati fuqhom.
3. Fejn l-Ekotikketta tal-UE tingħata abbażi ta’ applikazzjoni evalwata skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni 2005/342/KE, dik l-Ekotikketta tista’ tintuża għal 12-il xahar mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kummissjoni
Janez POTOČNIK
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
QAFAS
L-għanijiet tal-kriterji
Dawn il-kriterji għandhom l-għan, b’mod partikolari, li jippromwovu prodotti li għandhom tnixxija mnaqqsa ta’ sustanzi tossiċi jew li jniġġsu b’xi mod ieħor fl-ambjent akkwatiku, inaqqsu jew jipprevjenu r-riskji għas-saħħa jew għall-ambjent relatati mal-użu ta’ sustanzi perikolużi, inaqqsu l-iskart tal-imballaġġ, jipprovdu informazzjoni li tippermetti lill-konsumatur juża l-prodott b’mod li huwa effiċjenti u jnaqqsu l-impatt ambjentali.
KRITERJI
|
1. |
Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi |
|
2. |
Bijodegradabilità tal-aġenti tensjoattivi |
|
3. |
Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati |
|
4. |
Fwejjaħ |
|
5. |
Proprjetajiet korrużivi |
|
6. |
Rekwiżiti ta’ imballaġġ |
|
7. |
Adegwatezza għall-użu |
|
8. |
Struzzjonijiet għall-utent |
|
9. |
Informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE |
Rekwiżiti ta’ valutazzjoni u verifika
(a) Rekwiżiti
Ir-rekwiżiti speċifiċi ta’ valutazzjoni u verifika huma indikati f’kull kriterju.
Meta l-applikant ikun meħtieġ jipprovdi dikjarazzjonijiet, dokumentazzjoni, rapporti tat-testijiet tal-analiżi, jew evidenza oħra biex juri l-konformità mal-kriterji, hu mifhum li dawn jistgħu joriġinaw mill-applikant u/jew il-fornitur(i) tiegħu u/jew il-fornitur(i) tagħhom, eċċ., skont kif ikun xieraq.
Fejn possibbli, l-ittestjar għandu jitwettaq minn laboratorji li jissodisfaw ir-rekwiżiti ġenerali ta’ EN ISO 17025 jew l-ekwivalenti.
Fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw metodi ta’ ttestjar oħra minbarra dawk indikati għall kull kriterju jekk il-korp kompetenti li jivvaluta l-applikazzjoni jaċċetta l-ekwivalenza tagħhom.
L-Appendiċi I tirreferi għal-lista tal-Bażi tad-Dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti (DID) li tinkludi l-ingredjenti l-aktar użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Din għandha tintuża biex tiġi dderivata d-dejta għall-kalkoli tal-Volum Kritiku tad-Dilwizzjoni (CDV) u għall-valutazzjoni tal-bijodegradabilità tal-ingredjenti. Għas-sustanzi mhux preżenti fil-lista DID, tingħata gwida dwar kif għandha tiġi kkalkolata jew estrapolata d-dejta rilevanti. L-aħħar verżjoni tal-lista DID hi disponibbli mis-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE jew permezz tas-siti elettroniċi tal-korpi kompetenti individwali.
Fejn xieraq, il-korpi kompetenti jistgħu jitolbu dokumentazzjoni ta’ appoġġ u jistgħu jwettqu verifiki indipendenti.
(b) Limiti tal-kejl
Is-sustanzi kollha fil-prodott, inklużi l-addittivi (eż. preservattivi jew stabbilizzaturi) fl-ingredjenti, li l-konċentrazzjoni tagħhom taqbeż 0,010 % skont il-piż tal-formulazzjoni finali għandhom ikunu konformi mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE għajr il-Kriterju 1, fejn kull sustanza miżjuda b’mod intenzjonat għandha tiġi inkluża, irrispettivament mill-piż tagħha. L-impuritajiet li jirriżultaw mill-produzzjoni tal-ingredjenti li jkunu preżenti f’konċentrazzjonijiet > 0,010 % skont il-piż tal-formulazzjoni finali għandhom ukoll ikunu konformi mal-kriterji.
(c) Dożaġġ ta’ referenza
Għad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn, id-dożaġġ fi grammi tal-prodott irrakkomandat mill-manifattur għall-preparazzjoni ta’ litru ta’ ilma għall-ħasil tal-platti għat-tindif ta’ platti li jkollhom ammont normali ta’ ħmieġ jittieħed bħala d-dożaġġ ta’ referenza għall-kalkoli li għandhom l-għan li jiddokumentaw il-konformità mal-kriterji tal-Ekotikketta tal-UE u għall-ittestjar tal-ħila li jnaddaf.
KRITERJI TAL-EKOTIKKETTA TAL-UE
Kriterju 1 — Tossiċità għall-organiżmi akkwatiċi:
Il-volum ta’ dilwizzjoni kritika (CDVkroniku) huwa kkalkolat għal kull sustanza (i) bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
fejn il-piż(i) huwa l-piż tas-sustanza (fi grammi) li tinsab fid-dożaġġ irrakkomandat mill-manifattur għal litru ta’ ilma għall-ħasil tal-platti. DF(i) huwa l-fattur ta’ degradazzjoni u TFkroniku(i) huwa l-fattur ta’ tossiċità tas-sustanza (f’milligrammi/litru).
Il-valuri tad-DF u tat-TF kroniku għandhom ikunu bħal dawk elenkati fil-Parti A tal-lista tal-bażi tad-dejta tal-ingredjenti tad-deterġenti (il-lista DID – il-Parti A) (l-Appendiċi I). Jekk is-sustanza inkwistjoni ma tkunx inkluża fil-lista DID-il-parti A, l-applikant għandu jistma l-valuri billi jsegwi l-approċċ deskritt fil-lista DID-il-parti B (l-Appendiċi I). Is-CDVkroniku jingħadd għal kull sustanza, u jagħti s-CDVkroniku għall-prodott.
Is-CDVkroniku għandu jiġi kkalkulat abbażi tad-dożaġġ fi grammi tal-prodott irrakkomandat mill-manifattur għall-preparazzjoni ta’ litru ta’ ilma għall-ħasil tal-platti għat-tindif ta’ platti b’ammont normali ta’ ħmieġ. Ic-CDVkroniku tad-doża rrakkomandata espress għal litru ta’ ilma għall-ħasil tal-platti ma għandux jaqbeż 3 800 litru.
Valutazzjoni u verifika: il-formulazzjoni eżatta tal-prodott għandha tiġi pprovduta lill-korp kompetenti, flimkien mad-dettalji tal-kalkoli tas-CDVkroniku li juru konformità ma’ dan il-kriterju.
Kriterju 2 — Bijodegradabilità ta’ aġenti tensjoattivi
(a) Bijodegradabilità faċli (aerobika)
Kull aġent tensjoattiv użat fil-prodott għandu jkun faċilment bijodegradabbli.
Valutazzjoni u verifika: il-formulazzjoni eżatta tal-prodott, kif ukoll deskrizzjoni tal-funzjoni ta’ kull sustanza għandhom jiġu pprovduti lill-Korp Kompetenti. Il-Parti A tal-lista DID (l-Appendiċi I) tindika jekk aġent tensjoattiv speċifiku huwiex aerobikament bijodegradabbli jew le (l-aġenti tensjoattivi li huma mmarkati bl-ittra “R” fil-kolonna dwar il-bijodegradibilità aerobika huma faċilment bijodegradabbli). Għall-aġenti tensjoattivi li mhumiex inklużi fil-Parti A tal-lista DID, għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti mil-letteratura jew minn sorsi oħra, jew mir-riżultati ta’ testijiet xierqa, li juru li dawk l-aġenti tensjoattivi huma aerobikament bijodegradabbli. It-testijiet għall-bijodegradibilità faċli għandhom ikunu dawk imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 dwar deterġenti (1). L-aġenti tensjoattivi għandhom jitqiesu bħala faċilment bijodegradabbli jekk il-livell ta’ bijodegradibilità (mineralizzazzjoni) imkejjel skont wieħed minn dawn il-ħames testijiet ikun tal-anqas 60 % fi żmien 28 jum: it-test tal-ispazju liberu tad-CO2 (CO2 headspace test) (OECD 310), it-test ta’ Sturm Immodifikat tal-Evoluzzjoni tad-diossidu tal-karbonju (CO2) (carbon dioxide (CO2) Evolution Modified Sturm test) (OECD 301B; ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 440/2008 (2) l-metodu C.4-C), it-test tal-Flixkun Magħluq (Closed Bottle test) (OECD 301D; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-E), Respirometrija Manometrika (Manometric Respirometry) (OECD 301F; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-D), jew it-test MITI (I) (OECD 301C; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-F, jew it-testijiet ISO ekwivalenti għalihom. Jista’ jintuża xi wieħed minn dawn it-testijiet, skont il-karatteristiċi fiżiċi tal-aġent tensjoattiv, biex jikkonferma l-bijodegradibilità faċli, jekk il-livell ta’ bijodegradibilità jkun tal-anqas 70 % fi żmien 28 jum: l-Isparizzjoni tal-Karbonju Organiku Maħlul (Dissolved Organic Carbon DOC Die-Away) (OECD 301 A; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-A), jew l-Iskrinjar tal-OECD Immodifikat tal-Isparizzjoni tad-DOC (Modified OECD Screening DOC Die-Away) (OECD 301E; ir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-B), jew it-testijiet ISO ekwivalenti għalihom. L-applikabilità tal-metodi ta’ ttestjar abbażi tal-kejl tal-karbonju organiku maħlul jeħtieġ li tiġi ġġustifikata b’mod xieraq peress li dawn il-metodi jistgħu jagħtu riżultati mat-tneħħija u mhux mal-bijodegradabilità. Il-preadattazzjoni ma għandhiex tintuża f’testijiet għall-bijodegradabilità faċli aerobika. Il-prinċipju ta’ perjodu ta’ żmien ta’ għaxart ijiem ma għandux japplika.
(b) Bijodegradabilità anaerobika
L-aġenti tensjoattivi li mhumiex bijodegradabbli taħt kundizzjonijiet anaerobiċi jistgħu jintużaw fil-prodott sakemm l-aġenti tensjoattivi ma jkunux ikklassifikati H400/R50 (Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi) u fi ħdan il-limitu speċifikat hawn taħt.
Il-piż totali ta’ tali aġenti tensjoattivi mhux bijodegradabbli ma għandux jaqbeż 0,20 gramma tad-doża rrakkomandata espressa għal litru ta’ ilma għall-ħasil tal-platti.
Valutazzjoni u verifika: il-formulazzjoni eżatta tal-prodott kif ukoll deskrizzjoni tal-funzjoni ta’ kull sustanza għandhom jiġu pprovduti lill-korp kompetenti. Il-Parti A tal-lista DID (l-Appendiċi I) tindika jekk aġent tensjoattiv speċifiku huwiex anaerobikament bijodegradabbli (l-aġenti tensjoattivi mmarkati bl-ittra “Y” fil-kolonna dwar il-bijodegradibilità anaerobika huma bijodegradabbli taħt kundizzjonijiet anaerobiċi). Għall-aġenti tensjoattivi li mhumiex inklużi fil-lista DID (ĠU L 115, 4.5.2005, p. 18 il-parti A), għandha tiġi pprovduta l-informazzjoni rilevanti mil-letteratura jew minn sorsi oħra, jew mir-riżultati ta’ testijiet xierqa, li juru li dawk l-aġenti tensjoattivi huma aerobikament bijodegradabbli. It-test ta’ referenza għall-bijodegradibilità anaerobika għandu jkun OECD 311, ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988) jew metodu ta’ ttestjar ekwivalenti, bir-rekwiżit ta’ minimu ta’ 60 % bijodegradibilità aħħarija taħt kundizzjonijiet anaerobiċi. Metodi ta’ ttestjar li jissimulaw il-kundizzjonijiet f’ambjent anaerobiku rilevanti jistgħu wkoll jintużaw biex jiddokumentaw il-fatt li 60 % tad-degradabilità aħħarija tkun inkisbet taħt kundizzjonijiet anaerobiċi (ara l-Appendiċi II).
Kriterju 3 — Sustanzi u taħlitiet esklużi jew limitati
Ir-rekwiżiti msemmija f’(a), (b) u (c) hawn taħt għandhom japplikaw għal kull sustanza jew taħlita inklużi l-bijoċidi, il-koloranti u l-fwejjaħ, li jaqbżu 0 010 % skont il-piż tal-prodott finali. Dan jinkludi wkoll kull sustanza ta’ kwalunkwe taħlita użata fil-formulazzjoni li taqbeż 0,010 % skont il-piż tal-prodott finali. Nanoforom li jiġu miżjuda mal-prodott b’mod intenzjonali għandhom jagħtu prova tal-konformità mal-kriterju 3(c) għal kwalunkwe konċentrazzjoni.
(a) Sustanzi esklużi speċifikati
Is-sustanzi li ġejjin ma għandhomx jiġu inklużi fil-prodott, kemm bħala parti mill-formulazzjoni kemm bħala parti minn xi taħlita inkluża fil-formulazzjoni:
|
— |
L-alkilfenoletossilati (APEO) u d-derivattivi tagħhom, |
|
— |
L-EDTA (aċidu etilen-diammina-tetra-aċetiku) u l-imlieħ tiegħu |
|
— |
5-Bromo-5-nitro-1,3-diossan |
|
— |
2-Bromo-2-nitropropan-1,3-diol |
|
— |
Diażolinidilurea |
|
— |
Formaldeid |
|
— |
Idrossimetilgliċinat tas-sodju |
|
— |
Nitromiski u miski poliċikliċi, inklużi pereżempju:
|
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni appoġġata minn dikjarazzjonijiet mill-manifatturi, kif ikun xieraq, li jikkonfermaw li s-sustanzi elenkati ma ġewx inklużi fil-prodott.
(b) Imlieħ tal-ammonju kwaternarju li mhumiex faċilment bijodegradabbli ma għandhomx jintużaw, kemm bħala parti mill-formulazzjoni kemm bħala parti minn kwalunkwe taħlita inkluża fil-formulazzjoni.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi dokumentazzjoni li turi l-bijodegradabilità ta’ kwalunkwe melħ tal-ammonju kwaternarju użat.
(c) Sustanzi u taħlitiet perikolużi
Skont l-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 dwar l-Ekotikketta tal-UE, il-prodott jew kwalunkwe parti minnu ma għandux/ma għandhiex jinkludi/tinkludi sustanzi (fi kwalunkwe forma inklużi nanoforom) li jissodisfaw il-kriterji għall-klassifikazzjoni fid-dikjarazzjonijiet ta’ periklu jew frażijiet ta’ riskju speċifikati hawn taħt skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) jew id-Direttiva tal-Kunsill 67/548/KEE (4), u lanqas ma għandu/ma għandha jinkludi/tinkludi sustanzi msemmija fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Il-frażijiet ta’ riskju ta’ hawn taħt ġeneralment jirreferu għas-sustanzi. Madankollu, għal taħlitiet ta’ enżimi u fwejjaħ, fejn l-informazzjoni dwar is-sustanzi ma tkunx tista’ tinkiseb, għandhom jiġu applikati r-regoli ta’ klassifikazzjoni għat-taħlitiet.
Lista ta’ dikjarazzjonijiet ta’ periklu u frażijiet ta’ riskju:
|
Dikjarazzjoni ta’ Periklu (6) |
Frażi ta’ Riskju (7) |
|
H300 Fatali jekk jinbela’ |
R28 |
|
H301 Tossiku jekk jinbela’ |
R25 |
|
H304 Jista’ jkun fatali jekk jinbela’ u jidħol fil-pajpijiet tan-nifs |
R65 |
|
H310 Fatali jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda |
R27 |
|
H311 Tossiku jekk jiġi f’kuntatt mal-ġilda |
R24 |
|
H330 Fatali jekk jiġi inalat |
R23;R26 |
|
H331 Tossiku jekk jiġi inalat |
R23 |
|
H340 Jista’ jikkawża difetti ġenetiċi |
R46 |
|
H341 Suspettat li jikkawża difetti ġenetiċi |
R68 |
|
H350 Jista’ jikkawża l-kanċer |
R45 |
|
H350i Jista’ jikkawża l-kanċer meta jiġi inalat |
R49 |
|
H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer |
R40 |
|
H360F Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità |
R60 |
|
H360D Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R61 |
|
H360FD Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60-61 |
|
H360Fd Jista’ jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R60-63 |
|
H360Df Jista’ jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx. Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R61-62 |
|
H361f Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità |
R62 |
|
H361d Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R63 |
|
H361fd Suspettat li jagħmel ħsara lill-fertilità. Suspettat li jagħmel ħsara lit-tarbija li għadha ma twelditx |
R62-63 |
|
H362 Jista’ jikkawża ħsara lil tfal imreddgħa |
R64 |
|
H370 Jikkawża ħsara lill-organi |
R39/23; R39/24; R39/25; R39/26; R39/27; R39/28 |
|
H371 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi |
R68/20; R68/21; R68/22 |
|
H372 Jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien |
R48/25; R48/24; R48/23 |
|
H373 Jista’ jikkawża ħsara lill-organi f’każ ta’ esponiment ripetut jew fuq perjodu twil ta’ żmien |
R48/20; R48/21; R48/22 |
|
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R50 |
|
H410 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R50-53 |
|
H411 Tossiku għall-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R51-53 |
|
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R52-53 |
|
H413 Jista’ jikkawża effetti ta’ ħsara għat-tul lill-organiżmi akkwatiċi |
R53 |
|
EUH059 Perikoluż għas-saff tal-ożonu |
R59 |
|
EUH029 Meta jiġi f’kuntatt mal-ilma jillibera gass tossiku |
R29 |
|
EUH031 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku |
R31 |
|
EUH032 Meta jiġi f’kuntatt ma’ aċidi jillibera gass tossiku ħafna |
R32 |
|
EUH070 Tossiku meta jiġi f’kuntatt mal-għajnejn |
R39-41 |
|
Sustanzi sensitizzanti |
|
|
H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat |
R42 |
|
H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda |
R43 |
Sustanzi jew taħlitiet li mal-ipproċessar jibdlu l-karatteristiċi tagħhom (eż. ma jibqgħux aktar bijodisponibbli, jgħaddu minn modifika kimika) b’mod li l-periklu identifikat ma japplikax aktar, huma eżentati mir-rekwiżit ta’ hawn fuq.
Derogi: is-sustanzi jew it-taħlitiet li ġejjin huma speċifikament eżentati minn dan ir-rekwiżit:
|
Aġenti tensjoattivi F’konċentrazzjonijiet ta’ < 25 % fil-prodott (*1) |
H400 Tossiku ħafna għall-organiżmi akkwatiċi |
R 50 |
|
Fwejjaħ |
H412 Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti għat-tul |
R52-53 |
|
Enżimi (*2) |
H334: Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat |
R42 |
|
Enżimi (*2) |
H317: Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda |
R43 |
|
NTA bħala impurità f’MGDA u GLDA (*3) |
H351 Suspettat li jikkawża l-kanċer |
R40 |
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-formulazzjoni eżatta tal-prodott lill-korp kompetenti. L-applikant għandu juri konformità ma’ dan il-kriterju għal sustanzi fil-prodott abbażi ta’ informazzjoni li tkun tikkonsisti bħala minimu f’dak li hemm speċifikat fl-Anness VII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006. Tali informazzjoni għandha tkun speċifika għall-forma partikolari tas-sustanza, inklużi n-nanoforom, użati fil-prodott. Għal dak il-għan l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju, flimkien ma’ lista ta’ ingredjenti u l-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 għall-prodott kif ukoll għas-sustanzi kollha elenkati fil-formulazzjoni(jiet). Il-limiti tal-konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-Iskedi tad-Dejta dwar is-Sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
(d) Sustanzi elenkati skont l-Artikolu 59(1) tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006
Ma tista’ tingħata l-ebda deroga mill-esklużjoni fl-Artikolu 6(6) tar-Regolament (KE) Nru 66/2010 rigward sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju u inklużi fil-lista prevista fl-Artikolu 59 tar-Regolament KE Nru 1907/2006 preżenti f’taħlitiet f’konċentrazzjonijiet ogħla minn 0,010 %.
Valutazzjoni u verifika: il-lista ta’ sustanzi identifikati bħala sustanzi ta’ tħassib serju ħafna u inklużi fil-lista tal-kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku:
http://echa.europa.eu/chem_data/authorisation_process/candidate_list_table_en.asp
Fid-data tal-applikazzjoni għandha ssir referenza għal-lista.
Il-limiti tal-konċentrazzjoni għandhom jiġu speċifikati fl-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza skont l-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006.
(e) Bijoċidi
|
(i) |
Il-prodott jista’ jinkludi biss bijoċidi sabiex jippreservaw il-prodott, u fid-dożaġġ xieraq għal dan l-iskop biss. Dan ma jirreferix għall-aġenti tensjoattivi, li jista’ wkoll ikollhom karatteristiċi bijoċidali.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjal ta’ kwalunkwe preservattiv miżjud, flimkien ma’ informazzjoni dwar il-konċentrazzjoni eżatta fil-prodott. Il-manifattur jew il-fornitur tal-preservattivi għandu jipprovdi informazzjoni dwar id-dożaġġ meħtieġa għall-preservazzjoni tal-prodott. |
|
(ii) |
Hu pprojbit li jkun iddikjarat jew issuġġerit fuq l-imballaġġ jew bi kwalunkwe komunikazzjoni oħra li l-prodott jaġixxi kontra l-mikrobi.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi t-testi u l-preżentazzjonijiet użati fuq kull tip ta’ imballaġġ u/jew eżempju ta’ kull tip differenti ta’ imballaġġ lill-korp kompetenti. |
|
(iii) |
Bijoċidi, kemm bħala parti mill-formulazzjoni kemm bħala parti minn taħlita inkluża fil-formulazzjoni, li jintużaw biex jippreservaw il-prodott u li huma kklassifikati H410/R50-53 jew H411/R51-53 skont id-Direttiva 67/548/KEE, id-Direttiva 1999/45/KE tal-Parlament Ewropew i tal-Kunsill (8) jew ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008, huma permessi iżda biss jekk il-potenzjali ta’ bijoakkumulazzjoni tagħhom huma kkaratterizzati minn log Pow (log ottanol/koeffiċjent tal-partizzjoni tal-ilma) < 3,0 jew fattur ta’ bijokonċentrazzjoni (BCF) iddeterminat b’mod sperimentali ≤ 100.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza tal-materjali għall-bijoċidi kollha, flimkien mad-dokumentazzjoni tal-konċentrazzjonijiet tal-bijoċidi fil-prodott finali. |
Kriterju 4 — Fwejjaħ
|
(a) |
Il-prodott ma għandux ikollu fwejjaħ li jkun fihom in-nitromiski jew miski poliċikliċi (kif speċifikat fil-kriterju 3a). |
|
(b) |
Kwalunkwe sustanza miżjuda mal-prodott bħala fwieħa għandha tkun ġiet immanifatturata, ittrattata u/jew immaniġġata f’konformità mal-kodiċi ta’ prattika tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Fwejjaħ. Il-kodiċi jista’ jinstab fuq is-sit elettroniku tal-IFRA: http://www.ifraorg.org. |
|
(c) |
Is-sustanzi ta’ fwieħa soġġetti għar-rekwiżit ta’ dikjarazzjoni pprovdut fir-Regolament (KE) Nru 648/2004 dwar id-deterġenti (l-Anness VII) u li mhumiex diġà esklużi mill-kriterju 3c u sustanzi ta’ fwieħa (oħrajn) ikklassifikati bħala H317/R43 (Jista’ jikkawża reazzjoni allerġika tal-ġilda) u/jew H334/R42 (Jista’ jikkawża sintomi ta’ allerġija jew ta’ ażma jew diffikultajiet biex jittieħed in-nifs jekk jiġi inalat) ma għandhomx ikunu preżenti fi kwantitajiet ≥ 0,010 % (≥ 100 ppm) għal kull sustanza. |
|
(d) |
Fid-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn għal użu professjonali ma għandhomx jintużaw fwejjaħ. |
Valutazzjoni u verifika: dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti tal-kriterju (a) u (b) u (d). Għall-kriterju (c), l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ffirmata li tindika l-ammont ta’ fwejjaħ fil-prodott. L-applikant għandu jipprovdi wkoll dikjarazzjoni mill-manifattur tal-fwieħa li tispeċifika l-kontenut ta’ kull waħda mis-sustanzi fil-fwejjaħ li huma elenkati fl-Anness III, il-Parti I tad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE (9) kif ukoll il-kontenut ta’ sustanzi (oħra) li kienu assenjati l-frażijiet ta’ riskju R43/H317 u/jew R42/H334.
Kriterju 5 — Proprjetajiet korrużivi
Il-prodott ma għandux ikun ikklassifikat bħala taħlita “Korrużiva” (C) bil-marki R34 jew R35 skont id-Direttiva 1999/45/KE, jew bħala taħlita “Kategorija tal-Ġilda 1” skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi l-konċentrazzjonijiet eżatti tas-sustanzi kollha użati fil-prodott, jew bħala parti mill-formulazzjoni jew bħala parti minn kwalunkwe taħlita inkluża fil-formulazzjoni, li huma kklassifikati bħala “Korrużivi” (C) bil-marki R34 jew R35 skont id-Direttiva 1999/45/KE, jew bħala taħlita “Kategorija tal-Ġilda 1” skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008 lill-Korp Kompetenti, flimkien mal-kopji tal-iskedi tad-dejta dwar is-sikurezza.
Kriterju 6 — Rekwiżiti ta’ imballaġġ
|
(a) |
Plastiks li jintużaw bħala r-reċipjent ewlieni għandhom jiġu mmarkati skont id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/62/KE tal-20 ta’ Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (10), jew DIN 6120 il-Partijiet 1 u 2 b’konnessjoni ma’ DIN 7728 il-parti 1. |
|
(b) |
Jekk l-imballaġġ primarju jkun magħmul minn materjal irriċiklat, kwalunkwe indikazzjoni ta’ dan fuq l-imballaġġ għandha tkun f’konformità mal-istandard ISO 14021 “Tikketti u dikjarazzjonijiet ambjentali - Dikjarazzjonijiet volontarji (tikettar ambjentali tat-tip II)”. |
|
(c) |
Jistgħu jintużaw biss fl-imballaġġ tal-plastik dawk il-ftalati li fiż-żmien tal-applikazzjoni jkunu ġew ivvalutati għar-riskji u li ma jkunux ġew ikklassifikati skont il-kriterju 3c. |
|
(d) |
Il-proporzjon piż/utilità (WUR) tal-imballaġġ primarju ma għandux jaqbeż il-valuri li ġejjin:
Id-WUR jiġi kkalkulat biss għall-imballaġġ primarju (inklużi kuperċijiet, tappijiet u pompi tal-idejn/apparati li jisprejjaw) bl-użu tal-formula ta’ hawn taħt:
fejn
|
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti b’kalkolu tad-WUR tal-prodott flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti ta’ dan il-kriterju. Għall-kriterju (c) l-applikant għandu jipprovdi dikjarazzjoni tal-konformità kompluta u ffirmata.
Kriterju 7 — Adegwatezza għall-użu
Il-prodott għandu jkun adegwat għall-użu, u jkun jissodisfa l-ħtiġijiet tal-konsumaturi.
Il-ħila li jnaddaf u l-kapaċità li jnaddaf għandhom ikunu ekwivalenti għal jew aħjar minn dawk ta’ deterġent ta’ referenza ġeneriku speċifikat hawn taħt.
Valutazzjoni u verifika: il-ħila li jnaddaf u l-kapaċità li jnaddaf għandhom jiġu ttestjati permezz ta’ test tal-prestazzjoni fil-laboratorju li jkun ġustifikabbli u adegwat imwettaq u rrapportat fi ħdan parametri speċifikati kif iddikjarat fil-parti “Framework for testing the performance of hand dishwashing detergents” (qafas għall-ittestjar tal-prestazzjoni ta’ deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn) li tista’ tinstab hawn:
http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/ecolabelled_products/categories/hand_dishwashing_detergents_en.htm.
Id-deterġent ta’ referenza ġeneriku għandu jkun dak preskritt fit-test tal-prestazzjoni tal-IKW “Recommendation for the quality assessment of the cleaning performance of hand dishwashing detergents” (rakkomandazzjoni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-prestazzjoni tat-tindif tad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn) (Ġurnal-SÖFW, 128, 5, p. 11-15, 2002) bl-adattament li d-dożaġġ applikat fit-test tal-prestazzjoni jiġi ffissat għal 2.5 millilitri tad-deterġent ta’ referenza għal kull 5 litri ta’ ilma.
Il-metodu ta’ ttestjar tal-prestazzjoni tal-IKW “Rakkomandazzjoni għall-valutazzjoni tal-kwalità tal-prestazzjoni tat-tindif tad-deterġenti għall-ħasil tal-platti bl-idejn” (Ġurnal-SÖFW, 128, 5, p. 11-15, 2002) jista’ jiġi applikat bl-adattament imsemmi u jista’ jitniżżel minn fuq dan is-sit: http://www.ikw.org/pdf/broschueren/EQ_Handgeschirr_e.pdf.
Kriterju 8 — Struzzjonijiet għall-utent
Il-prodott għandu jkollu din l-informazzjoni li ġejja tidher fuq l-imballaġġ:
|
(a) |
“Tużax ilma ġieri iżda għaddas il-platti taħt l-ilma, u uża d-doża rrakkomandata” (jew test ekwivalenti); |
|
(b) |
L-informazzjoni dwar id-dożaġġ irrakkomandat għandha tidher fuq l-imballaġġ f’daqs raġonevoli u fuq sfond viżibbli. L-informazzjoni għandha tiġi pprovduta f’millilitri (u kuċċarini) ta’ prodott għal ħames (5) litri ta’ ilma għall-ħasil tal-platti xieraq għal platti “maħmuġin” u “inqas maħmuġin”; |
|
(c) |
indikazzjoni ta’ għadd approssimattiv ta’ ħasliet li l-konsumatur jista’ jagħmel bi flixkun wieħed huwa rrakkomandat iżda fakultattiv. |
Dan jiġi kkalkulat billi l-volum tal-prodott jiġi diviż bid-dożaġġ meħtieġ għal ħames (5) litri ta’ ilma għall-ħasil tal-platti għal platti maħmuġin.
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi lill-korp kompetenti b’kampjun tal-imballaġġ tal-prodott, inkluż it-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ kull parti ta’ dan il-kriterju.
Kriterju 9 — L-informazzjoni li tidher fuq l-Ekotikketta tal-UE
It-tikketta fakultattiva b’kaxxa tat-test għandha tinkludi t-test li ġej:
|
“— |
impatt imnaqqas fuq il-ħajja akkwatika, |
|
— |
użu mnaqqas ta’ sustanzi perikolużi, |
|
— |
skart tal-imballaġġ imnaqqas, |
|
— |
struzzjonijiet ċari għall-utent.” |
Il-linji gwida għall-użu tat-tikketta fakultattiva bil-kaxxa tat-test jistgħu jinstabu fil-“Linji gwida għall-użu tal-logo tal-Ekotikketta tal-UE” fuq is-sit elettroniku: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/promo/logos_en.htm
Valutazzjoni u verifika: l-applikant għandu jipprovdi kampjun tat-tikketta, flimkien ma’ dikjarazzjoni ta’ konformità ma’ dan il-kriterju.
(2) ĠU L 142, 31.5.2008, p. 1.
(3) ĠU L 353, 31.12.2008, p. 1.
(5) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(6) Kif ipprovdut fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
(7) Kif ipprovdut fid-Direttiva 67/548/KEE.
(*1) Il-perċentwal irid jiġi diviż bil-fattur M stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1272/2008.
(*2) Inklużi l-istabbilizzaturi u kull sustanza awżiljarja oħra fil-preparazzjonijiet.
(*3) F’konċentrazzjonijiet aktar baxxi minn 1,0 % fil-materja prima sakemm il-konċentrazzjoni totali fil-prodott finali tkun aktar baxxa minn 0,10 %.
(8) ĠU L 200, 30.7.1999, p. 1.
Appendiċi I
Bażi tad-dejta tal-Ingredjenti tad-Deterġenti (lista DID)
Il-lista DID (il-parti A) hi lista li tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità akkwatika u l-bijodegradabilità tal-ingredjenti tipikament użati fil-formulazzjonijiet tad-deterġenti. Il-lista tinkludi informazzjoni dwar it-tossiċità u l-bijodegradabilità ta’ firxa ta’ sustanzi użati fil-prodotti għall-ħasil u t-tindif. Il-lista mhijiex komprensiva, iżda fil-parti B tal-lista DID tingħata gwida rigward kif jiġu ddeterminati l-parametri rilevanti tal-kalkolu għal sustanzi mhux preżenti fil-lista DID (eż. il-Fattur ta’ Tossiċità (TF) u l-fattur ta’ degradazzjoni (DF), li jintużaw fil-kalkolu tal-volum kritiku tad-dilwizzjoni). Il-lista hi sors ġeneriku ta’ informazzjoni u s-sustanzi preżenti fuq il-lista DID mhumiex approvati awtomatikament għall-użu fil-prodotti bl-Ekotikketta tal-UE. Il-lista DID (il-partijiet A u B) tista’ tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ekotikketta tal-UE: http://ec.europa.eu/environment/ecolabel/ecolabelled_products/categories/did_list_en.htm.
Għas-sustanzi mingħajr dejta rigward it-tossiċità u d-degradabilità akkwatika, biex ikunu vvalutati t-TF u d-DF jistgħu jintużaw analoġiji strutturali ma’ sustanzi simili. Analoġiji strutturali bħal dawn għandhom ikunu approvati mill-korp kompetenti li jagħti l-liċenzja tal-Ekotikketta tal-UE. Alternattivament, jista’ jkun applikat approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli, bl-użu tal-parametri ta’ hawn isfel:
Approċċ li jiffoka fuq l-agħar każ possibbli:
|
|
Tossiċità akuta |
Tossiċità kronika |
Degradazzjoni |
||||||
|
Ingredjent |
LC50/EC50 |
SF(akut) |
TF(akut) |
NOEC (*1) |
SF(kroniku) (*1) |
TF(kroniku) |
DF |
Aerobiku |
Anaerobiku |
|
“Isem” |
1 mg/l |
10 000 |
0,0001 |
|
|
0,0001 |
1 |
P |
N |
Dokumentazzjoni ta’ bijodegradabilità faċli
Għandhom jintużaw il-metodi ta’ ttestjar li ġejjin għall-bijodegradabilità faċli:
|
(1) |
Sal-1 ta’ Diċembru 2010 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta Diċembru 2010 sal-1 ta Diċembru 2015: Il-metodi ta’ ttestjar għall-bijodegradabilità faċli pprovduti fid-Direttiva 67/548/KEE, b’mod partikolari l-metodi dettaljati fl-Anness V.C4 għal dik id-Direttiva jew il-metodi ta’ ttestjar tal-OECD 301 A-F ekwivalenti għalihom, jew it-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom. Il-prinċipju tal-perjodu ta’ għaxart ijiem ma għandux japplika għall-aġenti tensjoattivi. Il-livelli biex jgħaddu għandhom ikunu ta’ 70 % għat-testijiet imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 440/2008 l-metodu C.4-A l-Anness C.4-B (u t-testijiet ekwivalenti għalihom OECD 301 A u E u t-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom), u għandhom ikunu ta’ 60 % għall-metodi C4-C, D, E u F (u t-testijiet ekwivalenti għalihom OCED 301 B, C, D u F u t-testijiet tal-ISO ekwivalenti għalihom). |
|
(2) |
Wara l-1 ta’ Diċembru 2015 u matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni mill-1 ta’ Diċembru 2010 sal-1 ta’ Diċembru 2015: Il-metodi ta’ ttestjar ipprovduti fir-Regolament (KE) Nru 1272/2008. |
Dokumentazzjoni ta’ bijodegradabilità anaerobika
It-test ta’ referenza għad-degradabilità anaerobika għandu jkun EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ta’ ttestjar ekwivalenti, bir-rekwiżit ta’ 60 % ta’ degradabilità finali taħt kundizzjonijiet anaerobiċi. Il-metodi ta’ ttestjar li jissimulaw il-kundizzjonijiet f’ambjent anaerobiku rilevanti jistgħu jintużaw biex ikun iddokumentat li taħt kundizzjonijiet anaerobiċi ntlaħqet 60 % ta’ degradabilità finali.
Estrapolazzjoni għal sustanzi mhux elenkati fil-lista DID
Meta l-ingredjenti ma jkunux elenkati fil-lista DID, jista’ jintuża l-approċċ li ġej biex tkun ipprovduta d-dokumentazzjoni meħtieġa ta’ degradabilità anaerobika:
|
(1) |
Applika estrapolazzjoni raġonevoli. Uża r-riżultati tat-test miksuba għal materja prima waħda biex testrapola d-degradabilità anaerobika finali ta’ aġenti tensjoattivi li huma relatati strutturalment. Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv (jew għal grupp ta’ omologi) skont il-lista DID, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. is-sulfat C12-15 A 1-3 EO [DID Nru 8] hu bijodegradabbli anaerobikament, u jista’ jitqies ukoll li teżisti bijodegradabilità anaerobika simili għas-sulfat C12-15 A 6 EO). Meta l-bijodegradabilità anaerobika tkun ikkonfermata għal aġent tensjoattiv bl-użu ta’ metodu ta’ ttestjar xieraq, jista’ jitqies li tip simili ta’ aġent tensjoattiv hu wkoll bijodegradabbli anaerobikament (eż. dejta mil-letteratura li tikkonferma l-bijodegradabilità anaerobika ta’ aġenti tensjoattivi li jappartjenu għall-grupp ta’ mlieħ tal-ammonju ta’ esteri alkili tista’ tintuża bħala dokumentazzjoni għal bijodegradabilità anaerobika simili ta’ mlieħ kwaternarji tal-ammonju li fihom sensil ta’ esteri fil-katina/ktajjen alkila/alkili). |
|
(2) |
Wettaq test ta’ skrinjar għad-degradabilità anaerobika. Jekk hu meħtieġ ittestjar ġdid, wettaq test tal-iskrinjar bl-użu ta’ EN ISO 11734, ECETOC Nru 28 (Ġunju 1988), OECD 311 jew metodu ekwivalenti. |
|
(3) |
Wettaq test ta’ degradabilità b’dożaġġ baxx. Jekk ikun meħtieġ ittestjar ġdid, u fil-każ ta’ problemi sperimentali fit-test tal-iskrinjar (eż. inibizzjoni minħabba t-tossiċità tas-sustanza għat-test), irrepeti l-ittestjar bl-użu ta’ dożaġġ baxx ta’ aġent tensjoattiv u mmonitorja d-degradazzjoni b’kejl ta’
|
(*1) Jekk ma tinstab l-ebda dejta aċċettabbli dwar it-tossiċità kronika dawn il-kolonni jitħallew vojta. F’dak il-każ it-TF(kroniku) jiġi ddefinit bħala ugwali għat-TF(akut)