|
24.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 164/14 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/367/PESK
tat-23 ta’ Ġunju 2011
li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/273/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/273/PESK tad-9 ta' Mejju 2011 dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 5(1) tagħha,
Billi:
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fis-Sirja, persuni u entitajiet oħra għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK,
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni 2011/273/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Ġunju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MARTONYI J.
ANNESS
PERSUNI U ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1
A. Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni (data tat-twelid, post tat-twelid…) |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Zoulhima CHALICHE (Dhu al-Himma SHALISH) |
Imwieled fl-1951 jew fl-1946 f'Kerdaha. |
Kap tal-protezzjoni presidenzjali; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti; prim kuġin tal-President Bachar Al-Assad. |
23.6.2011 |
|
2. |
Riyad CHALICHE (Riyad SHALISH) |
|
Direttur tal-Military Housing Establishment; sors ta' finanzjament għar-reġim; prim kuġin tal-President Bachar Al-Assad. |
23.6.2011 |
|
3. |
Kmandant Brigadier Mohammad Ali JAFARI (magħruf bħala JA'FARI, Aziz; magħruf bħala JAFARI, Ali; magħruf bħala JAFARI, Mohammad Ali; magħruf bħala JA'FARI, Mohammad Ali; magħruf bħala JAFARI-NAJAFABADI, Mohammad Ali) |
DtT 1 ta' Settembru 1957; PtT Yazd, Iran. |
Kmandant Ġenerali tar-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja. |
23.6.2011 |
|
4. |
Maġġur Ġeneral Qasem SOLEIMANI (magħruf bħala Qasim SOLEIMANY) |
|
Kmandant tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan - Qods involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja. |
23.6.2011 |
|
5. |
Hossein TAEB (magħruf bħala TAEB, Hassan; magħruf bħala TAEB, Hosein; magħruf bħala TAEB, Hossein; magħruf bħala TAEB, Hussayn; magħruf bħala TAEB, Hojjatoleslam Hossein TA'EB) |
DtT 1963; PtT Tehran, Iran. |
Viċi Kmandant għall-Intelligence tal-Revolutionary Guard Corps Iranjan involut fil-forniment tat-tagħmir u l-appoġġ biex jgħin lir-reġim tas-Sirja jrażżan il-protesti fis-Sirja. |
23.6.2011 |
|
6. |
Khalid QADDUR |
|
Soċju fin-negozju ma' Maher Al-Assad Sors ta' finanzjament għar-reġim. |
23.6.2011 |
|
7. |
Ra'if AL-QUWATLI (magħruf bħala Ri'af AL-QUWATLI |
|
Soċju fin-negozju ma' Maher Al-Assad Sors ta' finanzjament għar-reġim. |
23.6.2011 |
B. Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|||||
|
1. |
Bena Properties |
|
Taħt il-kontroll ta' Rami Makhlouf; Sors ta' finanzjament għar-reġim |
23.6.2011 |
|||||
|
2. |
Al Mashreq Investment Fund (AMIF) (psewdonomu Sunduq Al Mashrek Al Istithmari) |
|
Taħt il-kontroll ta' Rami Makhlouf; Sors ta' finanzjament għar-reġim |
23.6.2011 |
|||||
|
3. |
Hamcho International (magħruf bħala Hamso International Group) |
|
Taħt il-kontroll ta' Mohamed Hamcho jew Hamsho; Sors ta' finanzjament għar-reġim |
23.6.2011 |
|||||
|
4. |
Military Housing Establishment (psewdonomu MILIHOUSE) |
|
Kumpannija ta' xogħlijiet pubbliċi taħt il-kontroll ta' Riyad Shalish u l-Ministeru tad-Difiża. Sors ta' finanzjament għar-reġim. |
23.6.2011 |