22.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 162/14


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTA EUJUST LEX-IRAQ/1/2011

tal-21 ta’ Ġunju 2011

dwar il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni għall-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ

(2011/359/PESK)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari it-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK tal-14 ta’ Ġunju 2010 dwar il-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tagħha,

Billi:

(1)

Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/330/PESK, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà huwa awtorizzat, skont l-Artikolu 38 tat-Trattat, jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti sabiex jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni Integrata tal-Unjoni Ewropea tal-Istat tad-Dritt għall-Iraq, EUJUST LEX-IRAQ (minn issa msejjħa “ EUJUST LEX-IRAQ”), inkluża b’mod partikolari, d-deċiżjoni li jaħtar Kap tal-Missjoni.

(2)

Ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà pproponiet il-ħatra tal-Viċi Kap attwali tal-Missjoni ta’ EUJUST LEX-IRAQ, Carl TORNELL, bħala Kap tal-Missjoni mill-1 ta’ Lulju 2011 sal-ħatra sussegwenti ta’ Kap tal-Missjoni ġdid,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Carl TORNELL huwa b’dan maħtur Kap tal-Missjoni ta’ EUJUST LEX-IRAQ mill-1 ta’ Lulju 2011 sal-ħatra sussegwenti ta’ Kap tal-Missjoni ġdid.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmula fi Brussell, il-21 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà

Il-President

O. SKOOG


(1)  ĠU L 149, 15.6.2010, p. 12.