21.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 161/24


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-10 ta’ Ġunju 2011

li taħtar ħames membri Sloveni u tliet membri supplenti Sloveni tal-Kumitat tar-Reġjuni

(2011/356/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Sloven,

Billi:

(1)

Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015.

(2)

Saru vakanti s-siġġijiet ta’ ħames membri tal-Kumitat tar-Reġjuni wara tmiem il-mandati tas-Sur Aleš ČERIN, is-Sinjura Irena MAJCEN, is-Sinjura Jasmina VIDMAR, is-Sur Franci VOVK u s-Sur Anton Tone SMOLNIKAR. Wara t-tmiem tal-mandat tas-Sur Jure MEGLIČ, is-Sur Siniša GERMOVŠEK u s-Sinjura Darja DELAČ FELDA, saru vakanti s-siġġijiet ta’ tliet membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni,

ADOTTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jispiċċa fil-25 ta’ Jannar 2015:

(a)

bħala membri:

Is-Sur Peter BOSSMAN, župan občin Piran

Is-Sur Mitja MERŠOL, član občinskega sveta MO Ljubljana

Is-Sinjura Andreja POTOČNIK, podžupanja občine Tržič

Dr Ivan ŽAGAR, župan občine Slovenska Bistrica

Is-Sinjura Barbara ŽGAJNER TAVŠ, podžupanja občine Trbovlje

u

(b)

bħala membri supplenti:

Is-Sinjura Ladislava FURLAN, podžupanja občine Logatec

Is-Sur Anton KOKALJ, član občinskega sveta občine Vodice

Is-Sinjura Tanja VINDIŠ FURMAN, članica občinskega sveta MO Maribor.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-10 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

FELLEGI T.


(1)  ĠU L 348, 29.12.2009, p. 22.

(2)  ĠU L 12, 19.1.2010, p. 11.