17.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 159/93


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/345/PESK

tas-16 ta’ Ġunju 2011

li timplimenta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK tat-28 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(2) tagħha,

Billi:

fid-dawl tal-iżviluppi fil-Libja, il-listi ta’ persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi mniżżla fl-Anness IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandhom jiġu emendati,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-entrata għall-persuna mniżżla fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni għandha titħassar mil-listi li jinsabu fl-Anness IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Ġunju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 58, 3.3.2011, p. 53.


ANNESS I

Persuna msemmija fl-Artikolu 1

14.

ZARTI, Mustafa.