|
15.6.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 156/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-27 ta’ Mejju 2011
li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari fir-rigward tal-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari, 1999
(2011/339/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 214(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Il-Komunità Ewropea kkonkludiet il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari, 1999 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/421/KE (1). Il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari ġiet estiża permezz ta’ diversi deċiżjonijiet tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari. |
|
(2) |
Il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari attwali tiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2011 u l-kwistjoni tat-tiġdid ser tkun indirizzata fis-sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari f’Ġunju 2011. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu XXV(b) tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari, l-estensjoni tagħha hija kkondizzjonali għall-fatt li tibqa’ fis-seħħ, għat-tul tal-istess perijodu ta’ estensjoni, il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taż-Żrieragħ, 1995. Il-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taż-Żrieragħ tibqa’ fis-seħħ sat-30 ta’ Ġunju 2011 u l-Unjoni, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/224/UE (2), ħadet il-pożizzjoni, fi ħdan il-Kunsill Internazzjonali dwar iż-Żrieragħ, favur l-estensjoni tagħha. L-estensjoni tagħha għandha tiġi deċiża mill-Kunsill Internazzjonali dwar iż-Żrieragħ fis-6 ta’ Ġunju 2011. |
|
(4) |
Fis-sessjoni tiegħu numru 103, fl-14 ta’ Diċembru 2010, il-membri tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari qablu li l-kwistjoni dwar l-estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari ser tiġi kkunsidrata aktar qrib id-data tal-iskadenza tagħha. L-Unjoni ħadet il-pożizzjoni li ser taħdem sabiex tieħu deċiżjoni f’Ġunju 2011 dwar il-futur tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari u li n-negozjati formali għandhom jibdew direttament mingħajr preġudizzju għall-pożizzjoni formali li ser tkun ikkomunikata f’Ġunju 2011. |
|
(5) |
Il-membri tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari qablu wkoll li jibdew il-proċess formali ta’ negozjar mill-ġdid tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari, b’sensiela ta’ sessjonijiet ta’ negozjar. |
|
(6) |
L-għan tal-Unjoni hu li l-membri tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari jiffinalizzaw in-negozjar mill-ġdid tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari u li jintlaħaq qbil dwar test ġdid għall-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari qabel is-sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari f’Ġunju 2011. |
|
(7) |
L-Unjoni għandha tipprepara pożizzjoni komuni għas-sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari f’Londra f’Ġunju 2011 għal żewġ xenarji alternattivi possibbli kif ġej:
|
|
(8) |
Il-kwistjoni dwar jekk in-negozjar mill-ġdid tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari jkunx wasal fi stadju finali jew le għandha tiġi vvalutata qabel is-sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari f’Ġunju 2011 mill-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar l-Għajnuna Umanitarja u l-Għajnuna Alimentari (COHAFA), li, għan-negozjati dwar il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari, iservi bħala l-Kumitat msemmi fl-Artikolu 218(4) tat-Trattat. |
|
(9) |
Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta lill-Unjoni fil-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari, għandha għalhekk jew tiffavorixxi estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari għal sena waħda, jiġifieri sat-30 ta’ Ġunju 2012, jew topponi kunsens fil-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari li jkun jiffavorixxi tali estensjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni tal-Unjoni fi ħdan il-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari għandha tkun dik li jew
|
(a) |
tivvota favur estensjoni ulterjuri tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari għal perijodu ta’ sena, jiġifieri sat-30 ta’ Ġunju 2012, bil-kondizzjoni li n-negozjar mill-ġdid ta’ dik il-Konvenzjoni jkun fi stadju finali qabel is-sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari f’Ġunju 2011, u bil-kondizzjoni li l-Konvenzjoni dwar il-Kummerċ taż-Żrieragħ, 1995 tibqa’ fis-seħħ matul l-istess perijodu ta’ estensjoni; jew |
|
(b) |
topponi, jew in-negozjar mill-ġdid tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari ma jkunx laħaq stadju finali qabel is-sessjoni tal-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari f’Ġunju 2011, li jitfaċċa kunsens fil-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari, skont ir-Regola nru 13 tar-Regoli tal-Proċedura skont il-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari 1999, favur estensjoni tal-Konvenzjoni dwar l-Għajnuna Alimentari. |
Artikolu 2
Il-Kummissjoni b’dan hija awtorizzata li tesprimi din il-pożizzjoni fi ħdan il-Kumitat dwar l-Għajnuna Alimentari.
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
NYITRAI Zs.