27.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 140/55


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/312/PESK

tas-26 ta’ Mejju 2011

li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28 u 43(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Novembru 2005, il-Kunsill adotta Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK dwar l-istabbiliment ta’ Missjoni tal-Unjoni Ewropea ta’ Assistenza fil-Fruntieri għall-Punt ta’ Qsim ta’ Rafah (EU BAM Rafah) (1).

(2)

Fit-12 ta’ Mejju 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/274/PESK (2) li temenda l-Azzjoni Konġunta 2007/889/PESK u li testendiha sal-24 ta’ Mejju 2011.

(3)

Fis-16 ta’ Frar 2011 il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) approva r-rakkomandazzjonijiet dwar il-Kunċett Strateġiku għat-taħriġ tal-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) tal-persunal tal-Awtorità Palestinjana responsabbli mill-ġestjoni tal-fruntiera u l-qsim f’Gaża.

(4)

L-EU BAM Rafah għandha tiġi estiża ulterjorment mill-25 ta' Mejju 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 fuq il-bażi tal-mandat attwali tagħha.

(5)

Huwa meħtieġ ukoll li jiġi stabbilit l-ammont finanzjarju ta’ referenza maħsub sabiex ikopri n-nefqa relatata mal-EU BAM Rafah għall-perijodu mill-25 ta’ Mejju 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Azzjoni Konġunta 2005/889/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

1.

Fl-Artikolu 2, it-tieni paragrafu, għandu jiżdied il-punt li ġej:

“(d)

għajnuna lill-Missjoni tal-Pulizija tal-Unjoni Ewropea għat-Territorji Palestinjani (EUPOL COPPS) fil-kompiti addizzjonali tagħha fil-qasam tat-taħriġ tal-persunal tal-Awtorità Palestinjana responsabbli mill-ġestjoni tal-fruntiera u l-qsim għall-qsim f’Gaża.”

2.

L-Artikolu 10(1) għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u tar-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Missjoni. Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dan il-għan skont l-Artikolu 38 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat għall-ħatra ta’ Kap tal-Missjoni, fuq proposta mir-RGħ, u għall-emendar tal-OPLAN. Din għandha tinkludi wkoll is-setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet sussegwenti rigward il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. Is-setgħat tad-deċiżjoni fir-rigward tal-objettivi u t-tmiem tal-missjoni għandhom jibqgħu f’idejn il-Kunsill.”

3.

L-Artikolu 13(1) għandu jiġi ssostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-missjoni għall-perijodu mill-25 ta’ Mejju 2011 sal-31 ta’ Diċembru 2011 għandu jkun ta’ EUR 1 400 000.”.

4.

Fl-Artikolu 16, it-tieni paragrafu għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-25 ta' Mejju 2011.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)   ĠU L 327, 14.12.2005, p. 28.

(2)   ĠU L 119, 13.5.2010, p. 22.