|
26.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 138/58 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-19 ta’ Mejju 2011
li taħtar membru wieħed Olandiż fil-Kumitat tar-Reġjuni
(2011/309/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Olandiż,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2009 u fit-18 ta’ Jannar 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjonijiet 2009/1014/UE (1) u 2010/29/UE (2) li jaħtru l-membri u l-membri supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-perijodu mis-26 ta’ Jannar 2010 sal-25 ta’ Jannar 2015. |
|
(2) |
Konsegwentement għat-tmiem tal-mandat tas-Sur Hans KOK, sar vakanti siġġu ta’ membru fil-Kumitat tar-Reġjuni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Huwa b’dan maħtur fil-Kumitat tar-Reġjuni bħala membru għall-bqija tal-mandat attwali, jiġifieri sal-25 ta’ Jannar 2015:
|
— |
Is-Sur J.F.M. (Hans) JANSSEN, burgemeester (sindku) ta’ Oisterwijk. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha ssir effettiva fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
BALOG Z.