|
25.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 137/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta’ Marzu 2011
dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013
(2011/305/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(d), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Mejju 2007 li tistabbilixxi l-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu mill-2007 sal-2013 bħala parti mill-Programm ġenerali ‘Solidarjetà u Ġestjoni tal-Flussi ta’ Migrazzjoni’ (1) l-istati terzi assoċjati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen għandhom jipparteċipaw fil-Fond skont id-dispożizzjonijiet tagħha u għandhom jiġu konklużi arranġamenti li jispeċifikaw ir-regoli supplementari meħtieġa għal tali parteċipazzjoni, inkluż dispożizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità u s-setgħa tal-verifika tal-Qorti tal-Awdituri. |
|
(2) |
Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kunsill lill-Kummissjoni fl-20 ta’ Diċembru 2007, ġew konklużi negozjati mar-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein fit-30 ta’ Ġunju 2009. |
|
(3) |
Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/374/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 (2), u fil-pendenza tal-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 (minn issa “il-Ftehim”) ġie ffirmat fid-19 ta’ Marzu 2010 f’isem l-Unjoni Ewropea, u applikat fuq bażi proviżorja. |
|
(4) |
B’konsegwenza tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona fl-1 ta’ Diċembru 2009, Dikjarazzjoni Konġunta mill-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Islanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar ir-regoli supplementari fir-rigward tal-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu mill-2007 sal-2013 ġiet maqbula mill-Partijiet kollha fiż-żmien tal-firma, u mehmuża mal-Ftehim, li tgħid illi l-Unjoni Ewropea issostitwiet u ssuċċediet lill-Komunita Ewropea. |
|
(5) |
Skont Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhix marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha. Billi din id-Deċiżjoni tibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, skont l-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar din id-Deċiżjoni jekk hijiex sejra timplimentaha fil-liġi nazzjonali tagħha. |
|
(6) |
Din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, li fihom ir-Renju Unit ma jipparteċipax, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq sabiex jipparteċipa f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (3). Għalhekk ir-Renju Unit mhuwiex qiegħed jieħu sehem fl-adozzjoni tagħha u mhuwiex marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha. |
|
(7) |
Din id-deċiżjoni tikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fihom l-Irlanda ma tipparteċipax, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta’ Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda sabiex tipparteċipa f’xi dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (4). Għaldaqstant l-Irlanda mhix qiegħda tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. |
|
(8) |
Dan il-Ftehim għandu jkun konkluż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea, u r-Repubblika tal-Iżlanda, ir-Renju tan-Norveġja, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipalità ta’ Liechtenstein dwar regoli supplementari fir-rigward tal-Fond għall-Fruntieri Esterni għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 (minn issa “il-Ftehim”) (5) u d-Dikjarazzjonijiet ta’ miegħu huma b’dan approvati f’isem l-Unjoni Ewropea.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill huwa hawnhekk awtorizzat li jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tiddepożita/jiddepożitaw f’isem l-Unjoni l-istrument ta’ approvazzjoni previst fl-Artikolu 13(2) tal-Ftehim, sabiex torbot lill-Unjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MARTONYI J.
(2) ĠU L 169, 3.7.2010, p. 22.
(3) ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43.
(5) Il-Ftehim ġie ppubblikat fil-ĠU L 169, 3.7.2010, p. 24 flimkien mad-deċiżjoni dwar il-firma.