24.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 136/87


DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/301/PESK

tat-23 ta' Mejju 2011

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 31(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/639/PESK tal-25 ta' Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tagħha,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/639/PESK dwar miżuri restrittivi kontra ċerti uffiċjali tal-Bjelorussja.

(2)

Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Bjelorussja, għandhom jiġu inklużi persuni addizzjonali fil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi kif imniżżla fl-Anness IIIA tad-Deċiżjoni 2010/639/PESK,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-persuni elenkati fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandhom jinżiedu mal-lista li tinsab fl-Anness IIIA tad-Deċiżjoni 2010/639/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

C. ASHTON


(1)   ĠU L 280, 26.10.2010, p. 18.


ANNESS

PERSUNI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

 

Ismijiet

Traskrizzjoni tal-ortografija Bjelorussa

Traskrizzjoni tal-ortografija Russa

Ismijiet (ortografija Bjelorussa)

Ismijiet (ortografija Russa)

Post u Data tat-Twelid

Pożizzjoni

1.

Shykarou, Uladzislau

Shikarov, Vladislav

Шыкароў Уладзiслаў

Шикаров Владислав

 

Imħallef tal-Qorti Distrettwali Zheleznodorozhny ta' Vitebsk. Huwa kkundanna diversi manifestanti matul l-appell, minkejja l-fatt li huma ma kinux instabu ħatja mill-Qorti tal-Prim'Istanza.

2.

Merkul, Natallia Viktarauna

Merkul, Natalia Viktorovna

(Merkul, Natalya Viktorovna)

Меркуль Наталля Вiктараўна

Меркуль Наталья Викторовна

Data tat-twelid:

13.11.1964

Direttriċi tal-Iskola Sekondarja fil-Belt ta' Talkov, id-Distrett ta' Pukhovichi. Fis-27 ta' Jannar 2011 hija lliċenzjat lil Natalia Ilinich, għalliema rrispettata ħafna tal-iskola sekondarja minħabba l-fehmiet politiċi tagħha u l-parteċipazzjoni tagħha fl-avvenimenti tad-19 ta' Diċembru 2010.

3.

Akulich, Sviatlana Rastsislavauna

Okulich, Svetlana Rostislavovna

Акулiч Святлана Расцiславаўна

Окулич Светлана Ростиславовна

Data tat-twelid:

27.08.1948 jew 1949

Imħallef fil-Qorti tad-Distrett ta' Pukhovichi. Hija rrifjutat illegalment il-mozzjoni ta' Natalia Ilinich biex terġa' tingħata l-pożizzjoni tagħha ta' għalliema fl-Iskola Sekondarja fil-belt ta' Talkov.

4.

Pykina, Natallia

Pykina, Natalia

(Pykina, Natalya)

Пыкiна Наталля

Пыкина Наталья

 

Imħallef tal-Qorti tad-Distrett ta' Partizanski li ttrattat il-każ ta' Likhovid. Hija kkundannat lis-Sur Likhovid, attivist ta' “Il-Moviment għall-Ħelsien” għal tliet snin u nofs f'ħabs ta' reġim strett.

5.

Mazouka, Siarhei

Mazovka, Sergei (Mazovko, Sergey)

Мазоўка Сяргей

Мазовка Сергей / Мазовко Сергей

 

Prosekutur tal-każ Dashkevich-Lobov. Dmitri Dashkevich u Eduard Lobov, attivisti tal-Moviment taż-Żgħażagħ, ġew ikkundannati diversi snin ħabs għal “vandaliżmu”. Il-vera raġuni għall-priġunerija tagħhom kienet li huma t-tnejn ipparteċipaw attivament fil-kampanja elettorali f'Diċembru 2010, fejn appoġġaw wieħed mill-kandidati tal-oppożizzjoni.

6.

Aliaksandrau, Dzmitry Piatrovich

Aleksandrov, Dmitri Petrovich

Аляксандраў Дзмiтрый Пятровiч

Александров Дмитрий Петрович

 

Imħallef tal-Qorti Ekonomika Suprema. Huwa kien sostenitur tal-projbizzjoni tal-istazzjon indipendenti “Autoradio”. (L-“Autoradio” ġie pprojbit minħabba li “xandar appelli għal irvellijiet tal-massa matul il-kampanja presidenzjali f'Diċembru 2010”. B'kuntratt li kien fis-seħħ, ir-radju kien qed jittrasmetti l-programm elettorali tas-Sur Sannikov, wieħed mill-kandidati tal-oppożizzjoni, waqt li jgħid “il-futur ser jiġi deċiż mhux fil-kċejjen, imma fil-pjazza!”).

7.

Vakulchyk, Valery

Vakulchik, Valeri

Вакульчык Валерый

Вакульчик Валерий

 

Kap taċ-Ċentru Analitiku tal-Amministrazzjoni Presidenzjali, responsabbli għat-telekomunikazzjoni, inkluż il-monitoraġġ, l-iffiltrar, l-interċettazzjoni, il-kontroll u l-interferenza ta' diversi stazzjonijiet tal-komunikazzjoni, pereżempju l-internet.

8.

Chatviartkova, Natallia

Chetvertkova, Natalia

(Chetvertkova, Natalya)

Чатвярткова Наталля

Четверткова Наталья

 

Imħallef tal-Qorti Distrettwali Partizanski ta' Minsk. Hija ttrattat il-proċess tal-ex kandidat presidenzjali Andrei Sannikov, l-attivista tas-soċjetà ċivili Ilia Vasilevich, Fedor Mirzoianov, Oleg Gnedchik u Vladimir Yeriomenok. Il-mod tagħha kif tmexxi l-proċess huwa ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-persuni akkużati kontrihom.

9.

Bulash, Ala

Bulash, Alla

Булаш Ала

Булаш Алла

 

Imħallef tal-Qorti Distrettwali Oktiabrski (Kastrichnitski) ta' Minsk. Hija ttrattat il-kawża ta' Pavel Vinogradov, Dmitri Drozd, Ales Kirkevich, Andrei Protasenia, Vladimir Homichenko. Il-mod tagħha kif tmexxi l-proċess huwa ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-persuni akkużati kontrihom.

10.

Barovski Aliaksandr Genadzevich

Borovski Aleksandr Gennadievich

Бароўскi Аляксандр Генадзевiч

Боровский Александр Геннадиевич

 

Prosekutur pubbliku tal-Qorti Distrettwali Oktiabrski (Kastrichnitski) ta' Minsk. Huwa ttratta l-kawża ta' Pavel Vinogradov, Dmitri Drozd, Ales Kirkevich, Vladimir Homichenko. L-akkuża ppreżentata minnu għandha motivazzjoni politika imminenti u hija ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija bbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimanti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenzi, provi u testimonjanzi tax-xhieda.

11.

Simanouski Dmitri Valerevich

Simanovski Dmitri Valerievich

Сiманоўскi Дмiтрый Валер'евiч

Симановский Дмитрий Валериевич

 

Prosekutur pubbliku tal-Qorti Distrettwali Pervomaiski ta' Minsk. Huwa ttratta l-kawża ta' Dmitri Bondarenko. L-akkuża ppreżentata minnu għandha motivazzjoni politika imminenti u hija ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija bbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimanti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenzi, provi u testimonjanzi tax-xhieda.

12.

Brysina, Zhanna

Brysina, Zhanna (Brisina, Zhanna)

Брысiна Жанна

Брысина Жанна / Брисина Жанна

 

Imħallef tal-Qorti Distrettwali Zavodskoi ta' Minsk li jittratta l-kawża ta' Khalip Irina, Martselev Sergei, Severinets Pavel, rappreżentanti pendenti tas-soċjetà ċivili. Il-mod tagħha kif tmexxi l-proċess huwa ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija sostniet l-użu ta' evidenza u ta' testimonjanzi irrilevanti għall-persuni akkużati kontrihom.

13.

Zhukovski, Sergei Konstantynovych

Жукоўскi Сяргей Канстанцiнавiч

Жуковский, Сергей Константинович

 

Prosekutur pubbliku tal-Qorti Distrettwali Zavodskoi ta' Minsk li jittratta l-kawża ta' Khalip Irina, Martselev Sergei, Severinets Pavel, rappreżentanti pendenti tas-soċjetà ċivili. L-akkuża ppreżentata minnu għandha motivazzjoni politika imminenti u hija ksur ċar tal-Kodiċi tal-Proċedura Penali. Hija bbażata fuq klassifikazzjoni żbaljata tal-avvenimanti tad-19 ta' Diċembru 2010, mhux sostnuta b'evidenzi, provi u testimonjanzi tax-xhieda.