24.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 136/62 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/297/PESK
tat-23 ta' Mejju 2011
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK dwar l-istabbiliment ta' Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikolu 28 tiegħu,
Billi:
(1) |
Wara t-terminazzjoni tat-Trattat ta' Brussell Modifikat tal-1954 li jistabbilixxi l-Unjoni Ewropea tal-Punent (“UEP”), huwa meħtieġ li tiġi żgurata, f’isem l-għaxar Stati Membri li jipparteċipaw fl-UEP, il-kontinwazzjoni ta' ċerti kompiti amministrattivi residwi tal-UEP wara l-għeluq tagħha fit-30 Ġunju 2011, b'mod partikolari l-amministrazzjoni tal-pensjonijiet tal-persunal tal-UEP u l-Pjan Soċjali tal-UEP, kif ukoll ir-riżoluzzjoni ta’ kawlunkwe disputa bejn l-UEP u ex-persunal. |
(2) |
Għan dan l-għan, liċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea, stabbilit mill-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2001/555/PESK (1) għandu jassumi l-kompiti amministrattivi meħtieġa. |
(3) |
L-infiq kollu relatat mal-kompiti msemmijin hawn fuq għandu jsir minn kontribuzzjonijiet mill-għaxar Stati Membri li huma Partijiet għat-Trattat ta' Brussell Modifikat tal-1954 li stabbilixxa l-UEP. |
(4) |
L-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2001/555/PESK hija b'dan emendata kif ġej:
1) |
Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied mal-Artikolu 2: “5. Mill-1 ta' Lulju 2011, wara x-xoljiment tal-Unjoni Ewropea tal-Punent (‘UEP’), iċ-Ċentru għandu jwettaq il-kompiti amministrattivi stabbiliti fl-Artikolu 23a.” |
2) |
Għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 23a Kompiti amministrattivi wara x-xoljiment tal-UEP 1. Mill-1 ta' Lulju 2011, iċ-Ċentru għandu, f'isem il-Ġermanja, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Portugall, u r-Renju Unit (minn hawn 'il quddiem l-‘Għaxar Stati Membri’), iwettaq il-kompiti amministrattivi li ġejjin:
2. L-amministrazzjoni tal-pensjonijiet tal-ex persunal tal-UEP għandha:
Kwalunkwe disputa relatata ma' dawn il-pensjonijiet u li tinvolvi ex-persunal tal-UEP għandha tiġi riżolta f'konformità mal-paragrafu 3. 3. Kwalunkwe disputa bejn l-UEP u kwalunkwe ex-membru tal-persunal tagħha għandha tkun suġġetta għar-regoli tar-riżoluzzjoni ta’ disputi tal-UEP kif fis-seħħ fit-30 ta' Ġunju 2011. Ir-regoli tar-riżoluzzjoni ta’ disputi għandhom jiġu aġġornati mill-Bord imsemmi fil-paragrafu 6 bil-għan tal-implimentazzjoni tagħhom mill-1 ta’ Lulju 2011 fil-qafas taċ-Ċentru. L-istatus tal-ex persunal tal-UEP għandu jkun iggvernat mir-regoli għall-persunal tal-UEP kif fis-seħħ fit-30 ta' Ġunju 2011, minn kwalunkwe kuntratt applikabbli, minn kwalunkwe deċiżjoni applikabbli oħra tal-UEP u mill-Pjan Soċjali tal-UEP. 4. L-amministrazzjoni tal-Pjan Soċjali tal-UEP għandha ssir f'konformità mal-Pjan Soċjali adottat mill-UEP fit-22 ta' Ottubru 2010. Għandha wkoll tkun f'konformità ma' kwalunkwe deċiżjoni vinkolanti sussegwenti mill-Bord ta’ Appell kompetenti u ma' kwalunkwe deċiżjoni meħuda mill-UEP jew mill-Bord imsemmi fil-paragrafu 6, sabiex jimplimenta tali deċiżjoni. 5. L-assistenza fil-proċess ta' likwidazzjoni tal-assi tal-UEP għandha tinkludi l-amministrazzjoni ta’ kull kwistjoni legali jew finanzjarja derivanti mill-għeluq tal-UEP, li ssir taħt il-gwida tal-Bord imsemmi fil-paragrafu 6. 6. Kwalunkwe deċiżjoni fir-rigward tal-kompiti stabbiliti f'dan l-Artikolu, inklużi deċiżjonijiet mill-Bord imsemmi f'dan l-Artikolu, għandha tiġi adottata b'mod unanimu mill-Bord magħmul minn rappreżentanti tal-Għaxar Stati Membri. Din il-konfigurazzjoni tal-Bord għandha tiddeċiedi dwar kif dan għandu jiġi presedut minn wieħed mill-membri tiegħu. Id-Direttur taċ-Ċentru jew ir-rappreżentant tiegħu jista' jattendi laqgħat tal-Bord f'din il-konfigurazzjoni. Il-Bord għandu jitlaqqa’ mill-President mill-inqas darba fis-sena u fuq talba ta’ mill-inqas tlieta mill-membri tiegħu. Il-Bord jista’ jitlaqqa’ fuq livell ta’ esperti sabiex jittratta suġġetti jew kwistjonijiet speċifiċi. Id-deċiżjonijiet tal-Bord jistgħu jittieħdu permezz ta’ proċedura bil-miktub. 7. Iċ-Ċentru għandu jirrekluta l-persunal meħtieġ biex iwettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 1. Jekk xi wieħed mill-Għaxar Stati Membri joffri li jissekonda persuna għal dan il-għan, dik il-persuna għandha tkun reklutata. Jekk dan ma jkunx il-każ, jew jekk l-issekondar ma jippermettix il-mili tal-postijiet kollha meħtieġa, għandu jiġi kuntrattat il-persunal meħtieġ. Ir-regolamenti tal-persunal taċ-Ċentru għandhom ikunu applikabbli, suġġett għad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu. 8. L-elementi kollha tal-infiq li jirriżultaw mill-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu u d-dħul relatat magħha għandhom ikunu parti minn baġit separat taċ-Ċentru. Dan il-baġit għandu jitħejja għal kull sena finanzjarja, li għandha tikkorrispondi għas-sena kalendarja, u għandu jiġi adottat mill-Bord, imsemmi fil-paragrafu 6, li jaġixxi fuq proposta mill-president tiegħu, sal-1 ta’ Settembru ta' kull sena. Għandu jkun hemm bilanċ f'dan il-baġit bejn id-dħul u l-infiq. Il-baġit għandu jinkludi lista tal-persunal reklutat biex iwettaq il-kompiti msemmija fil-paragrafu 7. Id-dħul għandu jikkonsisti minn kontribuzzjonijiet mill-Għaxar Stati Membri, iddeterminat f'konformità mar-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet tagħhom lill-UEP kif fis-seħħ fit-30 Ġunju 2011, u ta' dħul varju. Bil-ħsieb ta’ bini ta’ fond inizjali ta' EUR 5,3 miljun, il-kontribuzzjonijiet inizjali li jammontaw għal 20 % ta’ din is-somma għandhom jitħallsu sat-30 ta' Ġunju 2011. Il-Bord imsemmi fil-paragrafu 6 jista' jimmodifika r-regoli finanzjarji meħtieġa, abbażi kemm jista' jkun tar-regoli finanzjarji taċ-Ċentru, u r-regoli dwar il-kontroll tal-baġit u l-kwittanza. Sa meta jiġu adottati dawn ir-regoli, għandhom japplikaw ir-regoli tal-UEP. 9. Iċ-Ċentru jista' jikkonkludi ftehim jew arranġament amministrattiv sat-30 ta’ Ġunju 2011 mal-UEP dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu, li għandu jkun approvat mill-Bord imsemmi fil-paragrafu 6 u għandu jkun iffirmat mill-president tiegħu.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
C. ASHTON
(1) ĠU L 200, 25.7.2001, p. 5.