19.5.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 132/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Mejju 2011

dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(2011/285/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2) flimkien mal-Artikolu 218(6) (a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma’ pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi ftehim fil-livell tal-Unjoni.

(2)

F’isem l-Unjoni, il-Kummissjoni nnegozjat Ftehim mal-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru f’konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-5 ta’ Ġunju 2003.

(3)

Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem l-Unjoni fi suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar tard.

(4)

Il-Ftehim għandu jkun approvat kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika Soċjalista tal-Vjetnam dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (1) huwa b’dan approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b’dan awtorizzat li jinnomina l-persuna jew persuni bis-setgħa li tagħmel jew jagħmlu n-notifika prevista fl-Artikolu 7(1) tal-Ftehim.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

PINTÉR S.


(1)  ĠU L 288, 5.11.2010, p. 2.