|
11.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 122/100 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-10 ta’ Mejju 2011
li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti reġjuni fl-Italja bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) u temenda l-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE fir-rigward tad-dikjarazzjoni li ċerti reġjuni tal-Italja, il-Polonja u r-Renju Unit huma uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi bovina, il-bruċellożi bovina u l-lewkożi enżootika bovina
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 3066)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/277/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 64/432/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1964 dwar il-problemi tas-saħħa tal-annimali li jaffettwaw il-kummerċ ta’ annimali bovini u suwini ġewwa l-Komunità (1), u b’mod partikolari l-Anness A(I)(4), l-Anness A(II)(7) u l-Anness D(I)(E) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/68/KEE tat-28 ta’ Jannar 1991 dwar il-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju tan-nagħaġ u l-mogħoż (2), u b’mod partikolari t-Taqsima II tal-Kapitolu 1 tal-Anness A tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Direttiva 91/68/KEE tiddefinixxi l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ tan-nagħaġ u l-mogħoż fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom l-Istati Membri jew reġjuni tagħhom jistgħu jitqiesu bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/52/KEE tal-21 ta’ Diċembru 1992 li tirreġistra l-konformità ta’ ċerti Stati Membri jew reġjuni mar-rekwiżiti li jirrigwardaw il-bruċellożi (B. melitensis) u li tagħtihom l-istatus ta’ Stat Membru jew reġjun uffiċjalment ħieles minn din il-marda (3), telenka, fl-Anness II tagħha, ir-reġjuni tal-Istati Membri li huma meqjusa bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis) skont id-Direttiva 91/68/KEE. |
|
(3) |
L-Italja ppreżentat dokumentazzjoni lill-Kummissjoni, li tixhed il-konformità tar-reġjuni tal-Emilia-Romagna u l-Valle d’Aosta, mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-Direttiva 91/68/KEE, sabiex dawn ir-reġjuni jkunu meqjusa uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi (B. melitensis). |
|
(4) |
Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni provduta mill-Italja, ir-reġjuni tal-Emilia-Romagna u l-Valle d’Aosta għandhom jiġu rikonoxxuti bħala uffiċjalment ħielsa minn dik il-marda. L-annotazzjoni tal-Italja fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE għandha, għalhekk, tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Id-Direttiva 64/432/KEE tapplika għall-kummerċ tal-annimali bovini u suwini fl-Unjoni. Din tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li permezz tagħhom Stat Membru jew reġjun tiegħu jista’ jiġi ddikjarat uffiċjalment ħieles mit-tuberkolożi, il-bruċellożi jew il-lewkożi enżootika bovina fir-rigward ta’ annimali bovini. |
|
(6) |
Għalkemm l-Isle of Man mhix parti mill-Unjoni, peress li hija dipendenza internament awtogovernanti tal-Kuruna tal-Gran Brittanja, hija għandha relazzjoni speċjali u limitata mal-Unjoni. Għaldaqstant, ir-Regolament (KEE) Nru 706/73 tal-Kunsill tat-12 ta’ Marzu 1973 dwar l-arranġamenti tal-Komunità applikabbli għaċ-Channel Islands u l-Isle of Man fil-kummerċ ta’ prodotti agrikoli (4), jipprovdi li sabiex jiġu applikati r-regoli li jikkonċernaw, fost oħrajn, il-legiżlazzjoni tas-saħħa tal-annimali, ir-Renju Unit u l-Isle of Man għandhom jiġu kkunsidrati bħala Stat Membru wieħed. |
|
(7) |
L-Annessi tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/467/KE tat-23 ta’ Ġunju 2003 li jistabbilixxu l-istatus ta’ ċerti Stati Membri u reġjuni ta’ Stati Membri bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, il-bruċellożi u l-lewkożi enżootika bovina fir-rigward tal-annimali bovini (5), jelenkaw l-Istati Membri u r-reġjuni tagħhom li huma ddikjarati, rispettivament, bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi, il-bruċellożi, u l-lewkożi enżootika bovina. |
|
(8) |
L-Italja ppreżentat dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità tal-provinċji ta’ Rieti u Viterbo fir-reġjun tal-Lazio, mal-kundizzjonijiet, stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE, għall-istatus bħala uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi. |
|
(9) |
Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Italja, il-provinċji ta’ Rieti u Viterbo fir-reġjun tal-Lazio, għandhom jiġu rikonoxxuti bħala reġjuni fl-Italja uffiċjalment ħielsa mit-tuberkolożi. |
|
(10) |
L-Italja u r-Renju Unit ukoll ippreżentaw dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità, tal-provinċji ta’ Frosinone, Latina u Viterbo fir-reġjun tal-Lazio fl-Italja u tal-Isle of Man fir-Renju Unit, mal-kundizzjonijiet stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE għall-istatus bħala uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi. |
|
(11) |
Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Italja u r-Renju Unit, il-provinċji ta’ Frosinone, Latina u Viterbo fir-reġjun tal-Lazio fl-Italja u tal-Isle of Man fir-Renju Unit għandhom jiġu rikonoxxuti, rispettivament, bħala reġjuni tal-Italja u tar-Renju Unit uffiċjalment ħielsa mill-bruċellożi. |
|
(12) |
L-Italja, il-Polonja u r-Renju Unit rispettivament, ippreżentaw dokumentazzjoni lill-Kummissjoni li tixhed il-konformità mal-kundizzjonijiet xierqa stipulati fid-Direttiva 64/432/KEE, għall-provinċji ta’ Viterbo fir-reġjun tal-Lazio fl-Italja, erbgħa u erbgħin reġjun amministrattiv (powiaty) ġo l-unitajiet amministrattivi superjuri (voivodships) ta’ Lubuskie, Kujawsko-Pomorskie, Mazowieckie, Podlaskie, Warmińsko-Mazurskie u Wielkopolskie fil-Polonja u l-Isle of Man fir-Renju Unit sabiex dawn ir-reġjuni fl-Italja, il-Polonja u r-Renju Unit ikunu jistgħu jiġu kkunsidrati uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina. |
|
(13) |
Wara evalwazzjoni tad-dokumentazzjoni ppreżentata mill-Italja, il-Polonja u r-Renju Unit, ir-reġjuni kkonċernati għandhom, bħala reġjuni tal-Italja, l-Polonja u r-Renju Unit rispettivament, jiġu ddikjarati uffiċjalment ħielsa mil-lewkożi enżootika bovina. |
|
(14) |
L-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan. |
|
(15) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE huwa emendat skont l-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
L-Annessi tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati skont l-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU 121, 29.7.1964, p. 1977/64.
(2) ĠU L 46, 19.2.1991, p. 19.
ANNESS I
Fl-Anness II tad-Deċiżjoni 93/52/KEE, l-annotazzjoni tal-Italja tinbidel b’dan li ġej:
“Fl-Italja:
|
— |
Ir-Reġjun tal-Abruzzo: Il-Provinċja ta’ Pescara, |
|
— |
Il-Provinċja ta’ Bolzano, |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Emilia-Romagna, |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Friuli-Venezia Giulia, |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Lazio: Il-Provinċji ta’ Latina, Rieti, Ruma, Viterbo, |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Liguria: Il-Provinċja ta’ Savona, |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Lombardia, |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Marche, |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Molise, |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Piemonte, |
|
— |
Ir-Reġjun ta’ Sardinja, |
|
— |
Ir-Reġjun tat-Toscana, |
|
— |
Il-Provinċja ta’ Trento, |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Umbria, |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Valle d’Aosta, |
|
— |
Ir-Reġjun tal-Veneto.” |
ANNESS II
L-Annessi I, II u III tad-Deċiżjoni 2003/467/KE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
Fl-Anness I, il-Kapitolu 2, l-annotazzjoni tal-Italja tinbidel b’dan li ġej: “Fl-Italja:
|
|
(2) |
Fl-Anness II, il-Kapitolu 2:
|
|
(3) |
Fl-Anness III, il-Kapitolu 2 huwa emendat kif ġej:
|