30.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 111/17


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/261/PESK

tad-29 ta' April 2011

li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK tad-29 ta' Ottubru 2010 li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(2) tagħha, flimkien mal-Artikolu 31(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Fid-29 ta' Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

(2)

Fid-dawl tal-iżviluppi fil-Côte d’Ivoire, il-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2010/656/PESK għandha tiġi emendata,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-entitajiet elenkati fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jitħassru mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2010/656/PESK.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ April 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


(1)  ĠU L 285, 30.10.2010, p. 28.


ANNESS

ENTITAJIET IMSEMMIJA FL-ARTIKOLU 1

1.

PETROCI (Soċjetà Nazzjonali tal-Operazzjonijiet Petroliferi tal-Côte d'Ivoire)

2.

BNI (Bank Nazzjonali tal-Investiment)

3.

BFA (Bank għall-Finanzjament tal-Agrikoltura)

4.

Bank Versus

5.

Caisse d’Epargne de Côte d’Ivoire

6.

Banque de l’Habitat de Côte d’Ivoire (BHCI)