li temenda l-Anness II sa IV mad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2068)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/214/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-kondizzjonijiet ta’ saħħa ta’ bhejjem li jirregolaw il-kummerċ intra-Komunitarju, u l-importazzjoni ta’ tajr u bajd għat-tfaqqis minn pajjiżi terzi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 34 tagħha,
Billi:
(1)
Id-Direttiva 2009/158/KE tistabbilixxi l-kondizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis, u l-importazzjonijiet tagħhom minn pajjiżi terzi. L-Anness II magħha jistabbilixxi r-regoli għall-approvazzjoni ta’ stabbilimenti għall-finijiet ta’ kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ dawk il-prodotti bażiċi. Il-Kapitoli II, III u IV ta’ dak l-Anness jistipulaw il-kondizzjonijiet għall-faċilitajiet u t-tħaddim ta’ dawn l-istabbilimenti, programmi ta’ sorveljanza fuq il-mard u l-kriterji għas-sospensjoni jew l-irtirar tal-approvazzjoni ta’ stabbiliment, li jinkludu t-testijiet għal ċerti mikroorganiżimi, għas-Salmonella u għall-Mycoplasma, li għandhom jitwettqu fl-istabbilimenti approvati għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni.
(2)
L-esperjenza miksuba mill-implimentazzjoni tal-kondizzjonijiet għall-faċilitajiet u t-tħaddim tal-istabbilimenti stabbiliti fil-Kapitolu II tal-Anness II mad-Direttiva 2009/158/KE turi li huwa xieraq li dawn jiġu adattati għall-prassi attwali fl-industrija, b’mod partikolari fir-rigward tal-imġiba ta’ speċi differenti ta’ tjur meta jbidu.
(3)
Barra minn hekk, il-Kapitoli III u IV tal-Anness II mad-Direttiva 2009/158/KE għandhom jiġu emendati biex iqisu l-progress xjentifiku li jsir fit-tekniki dijanjostiċi għall-Mycoplasma b’konformità mal-Kapitolu 2.3.5 tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali u l-bidliet għan-nomenklatura tas-Salmonella skont iċ-Ċentru ta’ Kollaborazzjoni tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa għar-Referenza u r-Riċerka tas-serovars tas-Salmonella tal-2007 u b’konformità mal-Kapitolu 2.3.11 tal-Manwal tat-Testijiet Dijanjostiċi u l-Vaċċini tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa tal-Annimali.
(4)
L-Anness III mad-Direttiva 2009/158/KE jistabbilixxi l-kundizzjonijiet tal-vaċċinazzjoni tat-tjur. Huwa għandu jiġi emendat sabiex jinkludi kondizzjonijiet speċifiċi għall-vaċċinazzjoni kontra s-Salmonella.
(5)
Huwa neċessarju wkoll li jiġu emendati ċerti referenzi relatati mal-vaċċinazzjoni kontra l-influwenza tat-tjur fil-mudelli taċ-ċertifikati veterinarji stabbiliti fl-Anness IV mad-Direttiva 2009/158/KE.
(6)
Ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Novembru 2003 fuq il-kontroll tas-salmonella u aġenti Zoonotiċi oħra speċifiċi li jkun hemm ġewwa l-ikel (2) jistipula regoli li jiżguraw li jittieħdu miżuri xierqa u effettivi għas-sejbien u l-kontroll tas-salmonella u aġenti żoonotiċi oħra. Huwa jistipula li l-qatgħat jew il-merħliet ta’ oriġini ta’ ċerti speċi elenkati fl-Anness I ma’ dak ir-Regolament iridu jiġu ttestjati għal ċerti żoonożi speċifikati u aġenti żoonotiċi qabel ma jintbagħtu kwalunkwe annimali ħajjin jew bajd għat-tfaqqis min-negozju tal-ikel tal-oriġini. Id-data u r-riżultati tat-test għandhom ikunu inklużi fiċ-ċertifikati veterinarji rilevanti, stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, inkluża d-Direttiva 2009/158/KE.
(7)
L-Anness IV mad-Direttiva 2009/158/KE jistabbilixxi mudell taċ-ċertifikati veterinarji għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni ta’ tjur u bajd għat-tfaqqis.
(8)
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 584/2008 tal-20 ta’ Ġunju 2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar mira Komunitarja għat-tnaqqis tal-prevalenza tas-Salmonella Enteritidis u s-Salmonella Typhimurium fid-dundjani (3) jistipula li r-rekwiżiti ta’ ttestjar japplikaw ukoll għall-qatgħat tad-dundjani mill-1 ta’ Jannar 2010 u ċ-ċertifikati veterinarji rispettivi stabbiliti fl-Anness IV mad-Direttiva 2009/158/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.
(9)
L-Annessi II, III u IV mad-Direttiva 2009/158/KE għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.
(10)
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Annessi II, III, u IV mad-Direttiva 2009/158/KE huma emendati skont l-Anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
L-Annessi II, III u IV mad-Direttiva 2009/158/KE huma emendati kif ġej:
1.
L-Anness II huwa emendat kif ġej:
(a)
Il-Kapitolu II huwa emendat kif ġej:
(i)
Fit-Taqsima A, il-punt 2(e) jinbidel b’dan li ġej:
“(e)
Il-bajd iridu:
(i)
jinġabru f’intervalli frekwenti, tal-inqas kuljum u kemm jista’ jkun malajr wara li jkunu ntbiedu
(ii)
jitnaddfu u jiġu diżinfettati kemm jista’ jkun malajr, sakemm id-diżinfettazzjoni ma ssirx f’mafqas fl-istess Stat Membru;
(iii)
jitqiegħdu f’materjal ta’ mballaġġ ġdid jew nadif u diżinfettat.”
(ii)
Fit-Taqsima B, fil-punt 2(e), l-ewwel inċiż jinbidel b’dan li ġej:
“—
bajd, bejn xħin jaslu fil-mafqas u l-proċess ta’ inkubazzjoni jew xħin jintbagħtu għall-kummerċ fi ħdan l-Unjoni jew jiġu esportati lejn pajjiż terz, sakemm ma jkunux ġew diżinfettati preċedentement fl-istabbiliment tat-trobbija tal-oriġini,”
(b)
Il-Kapitoli III u IV jinbidlu b’dan li ġej:
“KAPITOLU III
PROGRAMM TA’ SORVELJANZA TAL-MARD
Bla ħsara għall-miżuri tas-saħħa u għall-Artikoli 16 u 17, programmi ta’ sorveljanza tal-mard iridu, bħala minimu, ikunu jinkludu sorveljanza tal-infezzjonijiet u l-ispeċi elenkati fit-Taqsimiet A sa D.
A. Infezzjonijiet ta’ Salmonella Pullorum (1), Salmonella Gallinarum (2) u Salmonella arizonae(3)
1. L-ispeċi kkonċernata:
(a)
Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum: pollam, dundjani, fargħuni, summien, faġani, perniċi u papri;
(b)
Salmonella arizonae: dundjani.
2. Programm ta’ sorveljanza tal-mard
(a)
Għandhom jintużaw testijiet seroloġiċi u/jew batterjoloġiċi sabiex jiġi stabbilit jekk ikunx hemm infezzjoni (*1).
(b)
Il-kampjuni għall-ittestjar iridu jittieħdu, kif xieraq, mid-demm, mill-embrijuni li ma jfaqqsux (jiġifieri embrijuni li mietu fil-bajda), flieles tat-tieni grad, mekonju, tessut post mortem, speċjalment il-fwied, il-milsa, l-ovarju/ovidott u l-uħil ileo-caecal(*2).
(c)
Irid jintuża arrikkiment dirett fi brodu tas-Selenit-ċisteina għal kampjuni intestinali u tal-feċi/mekonju. Prearrikkiment mhux selettiv segwit minn arrikkiment selettiv fi brodu ta’ Rappaport-Vassiliadis (RVS) ibbażat fuq is-sojja jew brodu Müller-Kauffmann Tetratijonat-novobijoċin (MKTTn) jista’ jintuża għall-kampjuni (bħall-embrijuni li mietu fil-bajda) fejn il-kompetizzjoni mill-flora hija mistennija li tkun minima (*3), (*4).
(d)
Meta jittieħdu l-kampjuni tad-demm minn qatgħa għall-ittestjar seroloġiku għal Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum jew Salmonella arizonae, għandu jingħata każ tal-prevalenza tal-infezzjoni fl-Istat Membru kkonċernat u l-inċidenza tagħha fl-imgħoddi fl-istabbiliment sabiex ikun stabbilit l-għadd ta’ kampjuni li jkunu jridu jittieħdu. Madankollu, irid jittieħed dejjem għadd validu statistikament ta’ kampjuni għal ittestjar seroloġiku u/jew batterjoloġiku biex tinstab infezzjoni.
(e)
Il-qatgħat iridu jiġu spezzjonati matul kull perjodu ta’ meta jbidu fl-aħjar żmien meta tkun tista’ tinstab il-marda kkonċernata.
(f)
Kampjuni għall-ittestjar batterjoloġiku ma jridux jittieħdu minn tjur jew bajd li kienu ttrattati bi prodotti mediċinali antimikrobjali matul il-ġimagħtejn jew tlieta ta’ qabel l-ittestjar.
(g)
It-tekniki għas-sejbien iridu jkunu kapaċi jiddifferenzjaw ir-reazzjonijiet seroloġiċi għall-infezzjonijiet tas-Salmonella Pullorum u s-Salmonella Gallinarum mir-reazzjonijiet seroloġiċi minħabba l-użu tal-vaċċin għas-Salmonella Enteritidis, fejn jintuża l-vaċċin (*5). Għalhekk din il-vaċċinazzjoni ma għandhiex tintuża jekk ikun se jintuża dan il-monitoraġġ seroloġiku. Jekk il-vaċċinazzjoni tkun intużat, irid jintuża ttestjar batterjoloġiku, imma l-metodu ta’ konferma użat irid ikun kapaċi jiddifferenzja bejn razez vaċċinali ħajjin u razez selvatiċi.
B. Infezzjonijiet Mycoplasma gallisepticum u Mycoplasma meleagridis
1. L-ispeċi kkonċernata:
(a)
Mycoplasma gallisepticum: pollam u dundjani.
(b)
Mycoplasma meleagridis: dundjani.
2. Programm ta’ sorveljanza tal-mard
(a)
Il-preżenza tal-infezzjoni trid tiġi ttestjata b’testijiet seroloġiċi u/jew batterjoliġiċi u/jew molekulari vvalidati. Il-preżenza ta’ leżjonijiet sakkulite tal-arja fi frieħ tad-dundjani u flieles ta’ jum tissuġġerixxi l-preżenza ta’ infezzjoni ta’ Mycoplasma u trid tiġi investigata.
(b)
Għandhom jittieħdu kampjuni għall-ittestjar tal-preżenza ta’ infezzjoni ta’ Mycoplasma, kif xieraq, minn demm, flieles ta’ jum u frieħ ta’ dundjani, sperma, jew kampjun meħud mit-trakea, mill-koana, mill-kloaka jew mill-ibwieq tal-arja u, b’mod partikolari, għas-sejbien ta’ Mycoplasma meleagridis il-kampjuni jridu jittieħdu mill-ovidott u l-pene tad-dundjani.
(c)
Testijiet sabiex tinstab Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis iridu jsiru fuq kampjun rappreżentattiv sabiex titħalla li ssir sorveljanza kontinwa tal-infezzjoni matul it-trobbija u matul il-perjodu ta’ meta jbidu, jiġifieri eżattament qabel il-bidu ta’ meta jbidu u kull tliet xhur minn hemm ‘il quddiem.
C. Riżultati u miżuri li jridu jittieħdu
Jekk ma jkun hemm l-ebda reatturi, it-test irid jitqies negattiv. Inkella, il-qatgħa trid titqies bħala ssuspettata u l-miżuri stabbiliti fil-Kapitolu IV jridu jiġu applikati għaliha.
D. Fil-każ ta’ azjendi li jkunu magħmulin minn żewġ unitajiet ta’ produzzjoni separati jew aktar, l-awtorità veterinarja kompetenti tista’ tidderoga mill-miżuri stabbiliti fil-punt 3(b) tal-Kapitolu IV meħtieġa għar-ritorn tal-approvazzjoni fir-rigward tal-unitajiet tal-produzzjoni b’saħħithom fi stabbiliment fejn l-infezzjoni hija preżenti sakemm il-veterinarju awtorizzat ikun ikkonferma li l-istruttura u d-daqs ta’ dawk l-unitajiet ta’ produzzjoni u l-ħidmiet imwettqa fihom ikunu tali li l-unitajiet ta’ produzzjoni jipprovdu faċilitajiet separati għal kollox għal ilqugħ, żamma u tmigħ, sabiex il-marda kkonċernata ma tkunx tista’ tinfirex minn unità ta’ produzzjoni għal oħra.
KAPITOLU IV
KRITERJI SABIEX APPROVAZZJONI TA’ STABBILIMENT TIĠI SOSPIŻA JEW IRTIRATA
1.
L-approvazzjoni mogħtija lil stabbiliment għandha tiġi sospiża:
(a)
meta l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu II ma jkunux sodisfatti aktar;
(b)
sakemm tkun saret investigazzjoni xierqa għall-marda,
jekk:
—
ikun hemm suspett li faqqgħet l-influwenza tat-tjur jew il-marda ta’ Newcastle fl-istabbiliment,
—
l-istabbiliment ikun irċieva tjur jew bajd għat-tfaqqis minn stabbiliment bi tfaqqigħa suspettata jew ikkonfermata ta’ influwenza tat-tjur jew marda ta’ Newcastle,
—
ikun sar kuntatt, li jista’ jittrażmetti l-infezzjoni, bejn l-istabbiliment u s-sit ta’ tfaqqigħ tal-influwenza tat-tjur jew tal-marda ta’ Newcastle;
(c)
sakemm isiru t-testijiet il-ġodda, jekk ir-riżultati ta’ sorveljanza mwettqa bi qbil mal-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitoli II u III għall-infezzjoni permezz ta’ Salmonella Pullorum, Salmonella Gallinarum, Salmonella arizonae, Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis jagħtu bidu biex wieħed jissuspetta tfaqqigħa;
(d)
sakemm jintemmu l-miżuri xierqa meħtieġa mill-veterinarju uffiċjali, jekk jinstab li l-istabbiliment ma jkunx f’konformità mar-rekwiżiti tal-punt 1(a), (b) u (c) tal-Kapitolu I.
2.
Approvazzjoni għandha tiġi rtirata jekk:
(a)
jekk ikun ikkonfermat li faqqgħet l-influwenza tat-tjur jew il-marda ta’ Newcastle fl-istabbiliment;
(b)
jekk it-tieni test tat-tip xieraq jikkonferma tfaqqigħa ta’ infezzjoni b’Salmonella Pullorum, Salmonella Gallinarum, Salmonella arizonae, Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis;
(c)
wara t-tieni avviż mogħti mill-veterinarju uffiċjali lill-persuna responsabbli mill-istabbiliment, ma tkunx ittieħdet azzjoni sabiex l-istabbiliment jinġieb f’konformità mar-rekwiżiti, tal-punt 1(a), (b) u (c) tal-Kapitolu I.
3.
Kondizzjonijiet biex tingħata lura approvazzjoni jekk:
(a)
approvazzjoni tkun ġiet irtirata minħabba tfaqqigħa tal-influwenza tat-tjur jew tal-marda ta’ Newcastle, din tista’ tingħata lura fi żmien 21 jum wara t-tindif u d-diżinfettazzjoni jekk ikun sar qtil sanitarju;
(b)
tkun ġiet irtirata approvazzjoni minħabba tfaqqigħa kkawżata minn:
—
Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum, jew Salmonella arizonae, din tista’ tingħata lura wara li jkunu ġew irreġistrati riżultati negattivi f’żewġ testijiet imwettqa b’intervall ta’ mill-inqas 21 jum fuq l-istabbiliment wara l-qtil sanitarju tal-qatgħa infettata u wara diżinfettazzjoni li l-effettività tiegħu tkun ġiet ivverifikata b’testijiet adatti fuq uċuħ niexfa,
—
Mycoplasma gallisepticum jew Mycoplasma meleagridis, tista’ tingħata lura jew wara li jkunu ġew irreġistrati riżultati negattivi f’żewġ testijiet li jkunu saru fuq il-qatgħa kollha b’intervall ta’ tal-inqas 60 jum jew wara li jkunu ġew irreġistrati riżultati negattivi f’żewġ testijiet li jkunu saru b’intervall ta’ tal-inqas 21 jum fl-istabbiliment wara diżinfettazzjoni wara qtil sanitarju tal-qatgħa infettata kollha.”
2.
L-Anness III huwa emendat kif ġej:
(a)
Il-punt 1 jinbidel b’dan li ġej:
“1.
Il-vaċċini użati għat-tilqim tat-tjur jew qatgħat li jipproduċu l-bajd għat-tfaqqis iridu jkollhom awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq maħruġa mill-awtorità kompetenti ta’ kwalunkwe Stat Membru.”
(b)
Il-punt 3 li ġej jiżdied:
“3.
B’relazzjoni għall-vaċċinazzjoni kontra kwalunkwe serotip tas-Salmonella l-kundizzjonijiet li ġejjin għandhom ikunu sodisfatti:
(a)
Programmi ta’ vaċċinazzjoni tas-Salmonella ma jridux jinterfjerixxu mas-sejbien seroloġiku fil-kuntest ta’ investigazzjoni fuq il-post, jew jirriżultaw f’testijiet b’pożittivi foloz;
(b)
ma jridux jintużaw vaċċini ħajjin tas-Salmonella fil-qafas tal-programmi tal-kontroll nazzjonali:
(i)
fi tjur produttiv jew għat-trobbija matul l-istadju ta’ riproduzzjoni jew ta’ meta jbidu sakemm is-sigurtà tal-użu tagħhom ikun ġie ppruvat u jkunu awtorizzati għal din il-fini skont id-Direttiva 2001/82/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (*6)
(ii)
meta l-manifattur ma jipprovdix metodu xieraq biex jiddistingwi batterjoloġikament varjanti tat-tip selvaġġ tas-Salmonella minn razez tal-vaċċin.
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika li l-bajd għat-tfaqqis deskritt hawn fuq:
(a) huwa konformi ma’
(1) jew [id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 8 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE]
(1) (2) jew [id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6(a)(i), (ii) u (b), u l-Artikoli 8 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE];
(3) (b) huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(4) (c) huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni …/…/UE li tikkonċerna garanziji addizzjonali fir-rigward ta’ … (indika l-mard(a)) u skont l-Artikolu 16 jew l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(d) ġejjin minn tjur li:
(1) jew [ma kinux imlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(1) jew [kienu mlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’:
(l-isem u t-tip (ħaj jew inattivat) tar-razza tal-virus tal-marda ta’ Newcastle użata fil-vaċċin(i))
Fi … (data) fl-età ta’ … ġimgħat].
II.2. Attestazzjoni ta’ saħħa pubblika
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika li l-bajd għat-tfaqqis deskritt hawn fuq:
(5) (a) ġej minn qatgħa li kienet ittestjata għal serotipi tas-Salmonella b’sinifikat għas-saħħa pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Data tat-teħid tal-aħħar kampjun tal-qatgħa li minnha r-riżultat tal-ittestjar huwa magħruf: …
Riżultat tal-ittestjar kollu fil-qatgħa:
(1) (6) jew [pożittiv;]
(1) (6) jew [negattiv]
(5) (b) u, la Salmonella Enteritidis u lanqas Salmonella Typhimurium ma nstabu fil-programm ta’ kontroll imsemmi fil-punt II.2(a).
II.3. Informazzjoni sanitarja addizzjonali
(1) II.3.1. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE.
(1) II.3.2. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/563/KE.
(1) (7) II.3.3. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/UE fir-rigward tal-vaċċinazzjoni kontra l-influwenza tat-tjur.
Noti
Parti I:
Kaxxa I.16: Numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u trakkijiet), numru tat-titjira (ajruplan) jew isem (vapur).
Kaxxa I.31: Kategorija: agħżel waħda milli ġejjin: linja pura/nanniet/ġenituri/għewwietaq tal-ftuħ/għas-simna/oħrajn.
Identifikazzjoni: indika d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-qatgħat tal-oriġini u l-isem tal-marka.
(2) Applikabbli biss jekk II.3.1. jew II.3.2. ikun sodisfatt.
(3) Biex tiċċertifika f’każ li jkun intbagħat lejn Stat Membru, li għandu status ta’ mingħajr tilqim approvat mill-UE għall-marda ta’ Newcastle; bħalissa: il-Finlandja u l-Isvezja. Inkella ħassar ir-referenza.
(4) Imla jekk xieraq.
(5) Il-garanzija taħt II.2. tapplika biss għat-tjur li jappartjenu għall-ispeċi Gallus gallus jew għad-dundjani.
(6) Jekk xi wieħed mir-riżultati kienu pożittivi għal Salmonella Infantis, Salmonella Virchow jew Salmonella Hadar matul il-ħajja tal-qatgħa, indika bħala pożittiv.
(7) Applikabbli biss għal Stati Membri li jlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur skont pjan ta’ tilqim approvat mill-UE.
Il-kulur tat-timbru u l-firma jrid ikun differenti minn dak tad-dettalji l-oħra fiċ-ċertifikat.
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, b’dan niċċertifika li l-flieles ta’ jum deskritti hawn fuq:
(a) huma konformi ma’:
(1) jew (i) [id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 9 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE]
(1) (2) jew [id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6(a)(i), (ii) u (b), u l-Artikoli 9 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE];
(1) (3) jew (ii) [jekk ġejjin minn bajd għat-tfaqqis importati skont ir-rekwiżiti tal-Mudell HEP tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 6(a) u l-Artikolu 9(b) u (c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE]
(1) (2) (3) jew [ġejjin minn bajd għat-tfaqqis importati skont ir-rekwiżiti tal-Mudell HEP tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008, mad-dispożizzjoni tal-Artikolu 6(a)(i), (ii) u l-Artikolu 9 (b) u (c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE
(4) (b) huma konformi mal-Artikolu 15(1)(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(5) (c) huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni …/…/UE li tikkonċerna garanziji addizzjonali fir-rigward ta’ …(indika l-mard(a)) u skont l-Artikolu 16 jew l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(1) (d) jew [ma kinux imlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(1) jew [kienu mlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’:
(l-isem u t-tip (ħaj jew inattivat) tar-razza tal-virus tal-marda ta’ Newcastle użata fil-vaċċin(i))
fi … (data)].
(e) ġejjin minn tjur li:
(1) jew [ma kinux imlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(1) jew [kienu mlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’:
(l-isem u t-tip (ħaj jew inattivat) tar-razza tal-virus tal-marda ta’ Newcastle użata fil-vaċċin(i))
fi … (data)].
(6) (f) biex jiddaħħlu f’qatgħat ta’ tjur għat-trobbija jew f’qatgħat ta’ tjur produttivi jiġu minn qatgħat li kienu ttestjati b’riżultati negattivi skont ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/644/KE.
II.2. Attestazzjoni ta’ saħħa pubblika
Jiena l-veterinarju uffiċjali sottoskritt, b’dan niċċertifika li l-flieles ta’ jum deskritti hawn fuq:
(7) (a) ġejjin minn qatgħa li kienet ittestjata għal serotipi tas-Salmonella b’sinifikat għas-saħħa pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Data tat-teħid tal-aħħar kampjun tal-qatgħa li minnha r-riżultat tal-ittestjar huwa magħruf: …
Riżultat tal-ittestjar kollu fil-qatgħa:
(1) (8) jew [pożittiv;]
(1) (8) jew [negattiv]
(7) (b) u, jekk maħsubin għat-trobbija, la Salmonella Enteritidis u lanqas Salmonella Typhimurium ma nstabu fil-programm ta’ kontroll imsemmi fil-punt II.2(a).
(1) (8) (1) (1) II.3.1. Il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/UE fir-rigward tal-miżuri ta’ protezzjoni li jikkonċernaw influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja ta’ sottotip li mhux l-H5N1.
(1) II.3.2. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE.
(1) (9) II.3.3. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/UE fir-rigward tal-vaċċinazzjoni kontra l-influwenza tat-tjur.
Noti
Parti I:
Kaxxa I.6: Nru/i ta’ ċertifikati ta’ akkumpanjament tas-saħħa tal-annimali.
Kaxxa I.16: Numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u trakkijiet), numru tat-titjira (ajruplan) jew isem (vapur).
Kaxxa I.19: Uża l-kodiċijiet HS xierqa: 01.05, 01.06.39.
Kaxxa I.31: Kategorija: agħżel waħda milli ġejjin: linja pura/nanniet/ġenituri/għewwietaq tal-ftuħ/għas-simna/oħrajn.
Età: agħti d-data tat-tfaqqis.
Identifikazzjoni: indika d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-qatgħat tal-oriġini u l-isem tal-marka.
L-għadd ta’ pakketti: agħti l-għadd ta’ kontenituri jew gaġeġ.
Parti II:
(1) Żomm kif xieraq.
(2) Applikabbli biss jekk II.3.1 jew II.3.2. ikunu sodisfatti.
(3) F’dawn il-każijiet fejn flieles ta’ jum jiġu minn bajd importat minn pajjiż terz, il-perjodu ta’ iżolament fl-azjenda tad-destinazzjoni għandu jiġi rispettat kif previst fil-Parti II tal-Anness VIII mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 798/2008. L-awtorità kompetenti tad-destinazzjoni finali tal-flieles ta’ jum għandha tkun mgħarrfa permezz tas-sistema TRACES b’dan ir-rekwiżit.
(4) Biex tiċċertifika f’każ li jkun intbagħat lejn Stat Membru, li għandu status ta’ mingħajr tilqim approvat mill-UE għall-marda ta’ Newcastle; bħalissa: il-Finlandja u l-Isvezja. Inkella ħassar ir-referenza.
(5) Imla jekk xieraq.
(6) Biex tiċċertifika għall-kunsinni lejn il-Finlandja u l-Isvezja. Inkella ħassar ir-referenza.
(7) Din il-garanzija taħt II.2. tapplika biss għat-tjur li jappartjenu għall-ispeċi Gallus gallus jew għad-dundjani.
(8) Jekk xi riżultati kienu pożittivi għas-serotipi ta’ hawn taħt matul il-ħajja tal-qatgħa, indika bħala pożittiv.
Qatgħat ta’ tjur għat-trobbija ta’ Gallus gallus: Salmonella Hadar, Salmonella Virchow u Salmonella Infantis.
Qatgħat ta’ tjur produttiv: Salmonella Enteritidis u Salmonella Typhimurium.
(9) Applikabbli biss għal Stati Membri li jlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur skont pjan ta’ tilqim approvat mill-UE.
Il-kulur tat-timbru u l-firma jrid ikun differenti minn dak tad-dettalji l-oħra taċ-ċertifikat.
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika li t-tjur deskritt hawn fuq:
(a) huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 6, 10 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(1) (b) huma konformi mal-Artikolu 15(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(2) (c) huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni …/…/UE li tikkonċerna garanziji addizzjonali fir-rigward ta’ … (indika l-mard(a)) u skont l-Artikolu 16 jew l-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(3) (d) jew [ma kinux imlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(3) jew [kienu mlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’:
(l-isem u t-tip (ħaj jew inattivat) tar-razza tal-virus tal-marda ta’ Newcastle użata fil-vaċċin(i))
fi … (data) fl-età ta’ … ġimgħat].
(4) (e) li l-flieles għat-trobbija kienu ttestjati b’riżultati negattivi skont ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/644/KE.
(3) (f) li t-tiġieġ li jbidu (tjur produttivi mrobbija bil-ħsieb li jipproduċu bajd għall-konsum) kienu ttestjati b’riżultati negattivi skont ir-regoli stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/235/KE.
II.2. Attestazzjoni ta’ saħħa pubblika
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika li t-tjur deskritt hawn fuq::
(5) (a) ġejjin minn qatgħa li kienet ittestjata għal serotipi tas-Salmonella b’sinifikat għas-saħħa pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Data tat-teħid tal-aħħar kampjun tal-qatgħa li minnha r-riżultat tal-ittestjar huwa magħruf: …
Riżultat tal-ittestjar kollu fil-qatgħa:
(3) (6) jew [pożittiv;]
(3) (6) jew [negattiv]
(5) (b) u, jekk maħsubin għat-trobbija, la Salmonella Enteritidis u lanqas Salmonella Typhimurium ma nstabu fil-programm ta’ kontroll imsemmi fil-punt II.2(a).
II.3. Informazzjoni sanitarja addizzjonali
(1) (7) II.3.1. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/UE fir-rigward tal-vaċċinazzjoni kontra l-influwenza tat-tjur.
Noti
Parti I:
Kaxxa I.16: Numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u trakkijiet), numru tat-titjira (ajruplan) jew isem (vapur).
Kaxxa I.19: Uża l-kodiċijiet HS xierqa: 01.05. 01.06.39.
Kaxxa I.31: Kategorija: agħżel waħda milli ġejjin: linja pura/nanniet/ġenituri/għewwietaq tal-ftuħ/għas-simna/oħrajn.
Identifikazzjoni: indika d-dettalji tal-identifikazzjoni tal-qatgħa tal-oriġini u l-isem tal-marka.
Parti II:
(1) Biex tiċċertifika f’każ li jkun intbagħat lejn Stat Membru, li għandu status ta’ mingħajr tilqim approvat mill-UE għall-marda ta’ Newcastle; bħalissa: il-Finlandja u l-Isvezja. Inkella ħassar ir-referenza.
Tjur, flieles ta’ jum u bajd għat-tfaqqis f’lottijiet ta’ anqas minn 20 (ħlief għal ratiti u bajd għat-tfaqqis tagħhom)
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
II.1. Attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika li:
-{}-(1) (a) jew [it-tjur, il-flieles ta’ jum jew il-bajd għat-tfaqqis deskritti hawn fuq huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.]
(1) (2) jew [il-flieles ta’ jum jew il-bajd għat-tfaqqis deskritti hawn fuq huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(1), l-Artikolu 14(2)(a) sa (d) u t-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 14(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.]
(3) (b) it-tjur, il-flieles ta’ jum jew il-bajd għat-tfaqqis deskritti hawn fuq huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(4) (c) it-tjur, flieles ta’ jum jew bajd għat-tfaqqis deskritti hawn fuq huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni …/…/UE li tikkonċerna garanziji addizzjonali fir-rigward ta’ … (indika l-mard(a)) u skont l-Artikolu 16 jew 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(d) it-tjur:
(1) jew [ma kinux imlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(1) jew [kienu mlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’:
(l-isem u t-tip (ħaj jew inattivat) tar-razza tal-virus tal-marda ta’ Newcastle użata fil-vaċċin(i))
fi … (data) fl-età ta’ … ġimgħat].
(e) il-flieles ta’ jum:

(f) it-tjur li minnu joriġinaw il-flieles ta’ jum:
(1) jew [ma kinux imlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(1) jew [kienu mlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’:
(l-isem u t-tip (ħaj jew inattivat) tar-razza tal-virus tal-marda ta’ Newcastle użata fil-vaċċin(i))
fi … (data) fl-età ta’ … ġimgħat].
(g) it-tjur li minnu joriġinaw il-bajd għat-tfaqqis:
(1) jew [ma kinux imlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(1) jew [kienu mlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’:
(l-isem u t-tip (ħaj jew inattivat) tar-razza tal-virus tal-marda ta’ Newcastle użata fil-vaċċin(i))
fi … (data) fl-età ta’ … ġimgħat].
II.2. Attestazzjoni ta’ saħħa pubblika
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika li:
(5) (8) (a) it-tjur, il-flieles ta’ jum jew il-bajd għat-tfaqqis ġejjin minn qatgħa li kienet ittestjata għal serotipi tas-Salmonella b’sinifikat għas-saħħa pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Data tat-teħid tal-aħħar kampjun tal-qatgħa li minnha r-riżultat tal-ittestjar huwa magħruf: …
Tjur, flieles ta’ jum u bajd għat-tfaqqis f’lottijiet ta’ anqas minn 20 (ħlief għal ratiti u bajd għat-tfaqqis tagħhom)
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
(1) (6) jew [pożittiv;]
(1) (6) jew [negattiv]
(5) (b) u, jekk tjur għat-trobbija, flieles ta’ jum jew bajd għat-tfaqqis maħsubin għat-trobbija, la Salmonella Enteritidis u lanqas Salmonella Typhimurium ma nstabu fil-programm ta’ kontroll imsemmi fil-punt II.2(a).
II.3. Informazzjoni sanitarja addizzjonali
(1) II.3.1. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE.
(1) II.3.2. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/563/KE.
(1) (7) II.3.3. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/UE fir-rigward tal-vaċċinazzjoni kontra l-influwenza tat-tjur.
Noti
Parti I:
Kaxxa I.16: Numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u trakkijiet), numru tat-titjira (ajruplan) jew isem (vapur).
Kaxxa I.19: Uża l-kodiċijiet HS xierqa: 01.05, 01.06.39, 04.07.
Kaxxa I.31: Kategorija: agħżel waħda milli ġejjin: linja pura/nanniet/ġenituri/għewwietaq tal-ftuħ/għas-simna/oħrajn.
Età: agħti d-data tal-ġbir (fil-każ ta’ bajd) jew l-età bejn wieħed u ieħor (fil-każ ta’ tjur).
Parti II:
(1) Żomm kif xieraq.
(2) Applikabbli biss jekk II.3.1.jew II.3.2. ikun sodisfatt.
(3) Biex tiċċertifika f’każ li jkun intbagħat lejn Stat Membru, li għandu status ta’ mingħajr tilqim approvat mill-UE għall-marda ta’ Newcastle; bħalissa: il-Finlandja u l-Isvezja. Inkella ħassar ir-referenza.
(4) Imla jekk xieraq.
(5) Il-garanziji mogħtijin skont il-punt II.2 japplikaw biss għal tjur u flieles ta’ jum jew għal bajd għat-tfaqqis li jappartjenu lill-ispeċi Gallus gallus jew dundjani.
(6) Jekk xi riżultati kienu pożittivi għas-serotipi ta’ hawn taħt matul il-ħajja tal-qatgħa, indika bħala pożittiv.
Qatgħat ta’ tjur għat-trobbija ta’ Gallus gallus: Salmonella Hadar, Salmonella Virchow u Salmonella Infantis.
Qatgħat ta’ tjur produttiv: Salmonella Enteritidis u Salmonella Typhimurium.
(7) Applikabbli biss għal Stati Membri li jlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur skont pjan ta’ tilqim approvat mill-UE.
(8) Fil-każ ta’ produzzjoni primarja ta’ tjur għal użu domestiku privat jew li twassal għal provvista diretta, mill-produttur, ta’ kwantitajiet żgħar ta’ prodotti primarji lill-konsumatur aħħari jew lill-istabbilimenti lokali tal-bejgħ bl-imnut li jfornu direttament il-prodotti primarji lill-konsumatur finali skont l-Artikolu 1(3) tar-Regolament (KE) Nru 2160/2003 għandu jsir test xieraq eżatt qabel ma tintbagħat u għandhom jitniżżlu d-data ta’ dan it-test u r-riżultati tiegħu.
Il-kulur tat-timbru u l-firma għandu jkun differenti minn dak tad-dettalji l-oħra taċ-ċertifikat.
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika li t-tjur deskritt hawn fuq:
(1) (a) jew [huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 11 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE]
(1) (2) jew [huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 11(a), (b), (c) u l-Artikolu 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.]
(3) (b) huma konformi mal-Artikolu 15(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(4) (c) huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni …/…/UE li tikkonċerna garanziji addizzjonali fir-rigward ta’ … (indika l-mard(a)) u skont l-Artikolu 16 jew 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(1) (d) jew [ma kinux imlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(1) jew [kienu mlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’:
(l-isem u t-tip (ħaj jew inattivat) tar-razza tal-virus tal-marda ta’ Newcastle użata fil-vaċċin(i))
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika li t-tjur deskritt hawn fuq:
(6) huma ttestjati għal serotipi tas-Salmonella b’sinifikat għas-saħħa pubblika skont ir-Regolament (KE) Nru 2160/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
Data tat-teħid tal-aħħar kampjun tal-qatgħa li minnha r-riżultat tal-ittestjar huwa magħruf: …
Riżultat tal-ittestjar kollu fil-qatgħa:
(1) (7) jew [pożittiv;]
(1) (7) jew [negattiv]
II.3. Informazzjoni sanitarja addizzjonali
(1) II.3.1. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/415/KE.
(1) II.3.2. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/563/KE.
(1) (8) II.3.3. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/UE fir-rigward tal-vaċċinazzjoni kontra l-influwenza tat-tjur.
Noti
Parti I:
Kaxxa I.16: Numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u trakkijiet), numru tat-titjira (ajruplan) jew isem (vapur).
Kaxxa I.19: Uża l-kodiċijiet HS xierqa: 01.05, 01.06.39.
Kaxxa I.31: Kategorija: agħżel waħda milli ġejjin: linja pura/nanniet/ġenituri/għewwietaq tal-ftuħ/għas-simna/oħrajn.
Identifikazzjoni: indika d-dettalji ta’ identifikazzjoni tal-qatgħat tal-oriġini u l-isem tal-marka.
(2) Applikabbli biss jekk II.3.1.jew II.3.2. ikun sodisfatt.
(3) Biex tiċċertifika f’każ li jkun intbagħat lejn Stat Membru, li għandu status ta’ mingħajr tilqim approvat mill-UE għall-marda ta’ Newcastle; bħalissa: il-Finlandja u l-Isvezja. Inkella ħassar ir-referenza.
(4) Imla jekk xieraq.
(5) Biex tiċċertifika għall-kunsinni lejn il-Finlandja u l-Isvezja. Inkella ħassar ir-referenza.
(6) Il-garanziji taħt II.2. japplikaw biss għat-tjur għall-qatla li jappartjenu għall-ispeċi Gallus gallus jew għad-dundjani.
(7) Jekk xi riżultati kienu pożittivi għas-Salmonella Enteritidis u s-Salmonella Typhimurium matul il-ħajja tal-qatgħa, indika bħala pożittiv.
(8) Applikabbli biss għal Stati Membri li jlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur skont pjan ta’ tilqim approvat mill-UE.
Il-kulur tat-timbru u l-firma għandu jkun differenti minn dak tad-dettalji l-oħra taċ-ċertifikat.
Tjur għall-istokkjar mill-ġdid ta’ provvisti ta’ laħam tal-priża
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta’ referenza taċ-ċertifikat
II.b.
II.1. Attestazzjoni tas-saħħa tal-annimali
Jiena, il-veterinarju uffiċjali sottoskritt, niċċertifika li t-tjur deskritt hawn fuq:
(a) huma konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 12 u 18 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(1) (b) huma konformi mal-Artikolu 15(1)(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(2) (c) huma konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni(jiet) tal-Kummissjoni …/…/UE li tikkonċerna garanziji addizzjonali fir-rigward ta’ … (indika l-mard(a)) u skont l-Artikolu 16 jew 17 tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/158/KE.
(3) (d) jew [ma kinux imlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle;]
(3) jew [kienu mlaqqma kontra l-marda ta’ Newcastle bl-użu ta’:
(l-isem u t-tip (ħaj jew inattivat) tar-razza tal-virus tal-marda ta’ Newcastle użata fil-vaċċin(i))
fi … (data) fl-età ta’ … ġimgħat].
II.2. Informazzjoni sanitarja addizzjonali
(3) II.2.1. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/605/KE.
(3) (4) II.2.2. Din il-kunsinna hija konformi mal-kundizzjonijiet ta’ saħħa tal-annimali stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni …/…/UE fir-rigward tal-vaċċinazzjoni kontra l-influwenza tat-tjur.
Noti
Parti I:
Kaxxa I.16: Numru ta’ reġistrazzjoni (vaguni tal-ferrovija jew kontejner u trakkijiet), numru tat-titjira (ajruplan) jew isem (vapur).
Kaxxa I.19: Uża l-kodiċijiet HS xierqa: 01.05, 01.06.39.
Kaxxa I.31: Kategorija: agħżel waħda milli ġejjin: linja pura/nanniet/ġenituri/għewwietaq tal-ftuħ/għas-simna/oħrajn.
(1) Biex tiċċertifika f’każ li jkun intbagħat lejn Stat Membru, li għandu status ta’ mingħajr tilqim approvat mill-UE għall-marda ta’ Newcastle; bħalissa: il-Finlandja u l-Isvezja. Inkella ħassar ir-referenza.
(2) Imla jekk xieraq.
(3) Żomm kif xieraq.
(4) Applikabbli biss għal Stati Membri li jlaqqmu kontra l-influwenza tat-tjur skont pjan ta’ tilqim approvat mill-UE.
Il-kulur tat-timbru u l-firma għandu jkun differenti minn dak tad-dettalji l-oħra taċ-ċertifikat.
(1)Salmonella Pullorum tfisser Salmonella enterica sottospeċi enterica serovar Gallinarum varjant bijokimiku (bijovar) Pullorum
(2)Salmonella Gallinarum tfisser Salmonella enterica sottospeċi enterica serovar Gallinarum varjant bijokimiku (bijovar) Gallinarum
(3)Salmonella arizonae tfisser Salmonella enterica sottospeċi arizonae serogrupp K (O18) arizonae
(*1) Innota li l-ittestjar seroloġiku fl-ispeċi avjarji ħlief il-pollam jista’ jirriżulta f’proporzjon inaċċettabbli ta’ reazzjonijiet ta’ pożittiv falz.
(*2) Innota li l-kampjuni ambjentali ġeneralment ma jkunux adatti għal sejbien affidabbli ta’ Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum.
(*3) Innota li l-iżolament dirett ta’ tessuti miġbura asettikament fuq agar minimament selettiv, bħall-agar MacConkey, huwa utli wkoll għad-dijanjożi.
(*4)Salmonella Pullorum u Salmonella Gallinarum ma jikbrux faċilment fil-mezz Rappaport Vassiliadis semisolidu mmodifikat (MRSV) li jintuża għall-monitoraġġ ta’ Salmonella spp. żoonotika fl-Unjoni.
(*5) Innota li bħalissa ma hemm l-ebda test li jista’ jiddifferenzja bejn ir-reazzjoni għal infezzjoni tas-Salmonella Pullorum u tas-Salmonella Gallinarum u għal vaċċinazzjoni ta’ dan is-serotip.