5.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 37/8


DEĊIŻJONI TAL-BORD TA’ TMEXXIJA TAL-EUROPOL

Li temenda d-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 dwar it-taxxi applikabbli għas-salarji u l-emolumenti mħallsa lill-membri tal-persunal tal-Europol għall-benefiċċju tal-Europol u li taqbel mal-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-Europol biex jadatta l-ammonti msemmija fl-Anness għaliha

2011/C 37/06

IL-BORD TA’ TMEXXIJA TAL-EUROPOL,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (minn hawn ’il quddiem l-“Europol”) tas-6 ta’ April 2009 fuq il-bażi tal-Artikolu 30(1)(b), l-Artikolu 30(2) u l-Artikolu 34(2)(c) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (1) (minn hawn ’il quddiem id-“Deċiżjoni tal-Europol”) u b’mod partikolari l-Artikolu 57(5), l-Artikolu 62 u l-Artikolu 63 tagħha;

Wara li kkunsidra l-Protokoll imfassal fuq il-bażi tal-Artikolu K.3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 41(3) tal-Konvenzjoni tal-Europol, dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Europol, il-membri tal-organi tiegħu, il-Viċi Diretturi u l-impjegati tal-Europol (2) (minn hawn ’il quddiem il-“Protokoll”), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu;

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tas-16 ta’ Novembru 1999 li taqbel mal-kundizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti mill-Europol dwar it-taxxi applikabbli għas-salarji u l-emolumenti mħallsa lill-membri tal-persunal tal-Europol għall-benefiċċju tal-Europol (3);

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 57(5) tad-Deċiżjoni tal-Europol, ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol (4) u strumenti rilevanti oħrajn għandhom ikomplu japplikaw għal membri tal-persunal li mhumiex reklutati skont l-Artikolu 57(2) tad-Deċiżjoni tal-Europol.

(2)

Sal-2009, l-aġġustament annwali tas-salarji kien qiegħed isir skont l-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol, bl-applikazzjoni ta’ formula maqbula mill-Bord ta’ Tmexxija b’kunsiderazzjoni ta’ żewġ komponenti:

L-iżvilupp tal-għoli tal-ħajja fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Il-bidliet fis-salarji tas-servizz pubbliku fl-Istati Membri tal-UE.

(3)

L-Artikolu 57(5) tad-Deċiżjoni tal-Europol jistabbilixxi li, permezz ta’ deroga mill-Kapitolu 5 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol, ir-rata tal-perċentwal tal-aġġustament annwali tar-rimunerazzjoni deċiża mill-Kunsill skont l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (5) għandha tapplika għall-persunal tal-Europol.

(4)

L-Artikolu 57(5) tad-Deċiżjoni tal-Europol jikkonċerna biss l-elementi tar-rimunerazzjoni tal-persunal imsemmija fil-Kapitolu 5 (Artikoli 43 sa 55) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol u ma jestendix għat-taxxi applikabbli għas-salarji u l-emolumenti mħallsa lill-membri tal-persunal tal-Europol soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol għall-benefiċċju tal-Europol.

(5)

Fid-dawl tal-proċedura emendata prevista fl-Artikolu 57(5) tad-Deċiżjoni tal-Europol dwar l-aġġustament tar-rimunerazzjoni, huwa mixtieq li l-kundizzjonijiet u l-proċedura jiġu adattati għall-applikazzjoni tat-taxxa għas-salarji u l-emolumenti mħallsa mill-Europol lill-persunal tal-Europol soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol, eskluż persunal lokali, skont l-Artikolu 10 tal-Protokoll imsemmi hawn fuq.

(6)

L-aġġustament annwali tar-rimunerazzjoni prevista fl-Artikolu 57(5) tad-Deċiżjoni tal-Europol kien implimentat mill-Europol għall-ewwel darba b’effett retroattiv mill-1 ta’ Lulju 2009 skont iċ-ċifri stabbiliti fir-regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1296/2009 tat-23 ta’ Diċembru 2009 li jaġġusta r-rimunerazzjonijiet u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-ħaddiema l-oħra tal-Unjoni Ewropea u kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi applikati għalihom. Il-metodu ta’ kalkolazzjoni għal dan l-aġġustament annwali għall-membri tal-persunal tal-Europol soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol kien ippreżentat lill-Bord ta’ Tmexxija fil-laqgħa tiegħu tal-24 ta’ Marzu 2010 (kif rifless fl-Anness għal din id-Deċiżjoni).

(7)

It-taxxa applikabbli għall-membri tal-persunal tal-Europol soġġetti għar-Regolamenti tal-Persunal tal-Europol għandha tiġi emendata sabiex tkun tirrifletti l-aġġustament tar-rimunerazzjoni applikata skont l-Artikolu 57(5) tad-Deċiżjoni tal-Europol.

(8)

L-aġġustament tal-valuri msemmija fl-Artikolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 huwa limitat għal adattament tekniku skont il-perċentwal użat għall-aġġustament tar-rimunerazzjoni skont l-Artikolu 57(5) tad-Deċiżjoni tal-Europol.

(9)

Id-Direttur tal-Europol għandu jkun awtorizzat biex jadatta, kull sena, il-valuri msemmija fl-Artikolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

B’effett mill-1 ta’ Lulju 2009:

Il-valur imsemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 għandu jinbidel EUR b’119,16.

Il-valuri fil-munita euro msemmija fit-tabella inkluża fl-Artikolu 4 tal-Anness għad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Europol tas-16 ta’ Novembru 1999 għandhom jinbidlu b’dawn li ġejjin.

8 % għal ammonti bejn EUR 119,16 u EUR 2 099,02

10 % għal ammonti bejn EUR 2 099,03 u EUR 2 891,07

12,5 % għal ammonti bejn EUR 2 891,08 u EUR 3 313,31

15 % għal ammonti bejn EUR 3 313,32 u EUR 3 762,78

17,5 % għal ammonti bejn EUR 3 762,79 u EUR 4 185,06

20 % għal ammonti bejn EUR 4 185,07 u EUR 4 594,36

22,5 % għal ammonti bejn EUR 4 594,37 u EUR 5 016,62

25 % għal ammonti bejn EUR 5 016,63 u EUR 5 425,94

27,5 % għal ammonti bejn EUR 5 425,95 u EUR 5 848,19

30 % għal ammonti bejn EUR 5 848,20 u EUR 6 257,50

32,5 % għal ammonti bejn EUR 6 257,51 u EUR 6 679,76

35 % għal ammonti bejn EUR 6 679,77 u EUR 7 089,72

40 % għal ammonti bejn EUR 7 089,73 u EUR 7 512,00

45 % għal ammonti 'l fuq minn EUR 7 512,01

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija tas-16 ta’ Novembru 1999 hija b’dan emendata kif ġej:

Wara l-Artikolu 3, għandu jiżdied dan l-Artikolu 3a:

“Wara l-aġġustament tar-rimunerazzjoni li tiġi deċiża kull sena mill-Kunsill skont l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal ta’ uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, id-Direttur tal-Europol għandu, għall-ewwel darba b’effett mill-1 ta’ Lulju 2010 u fuq bażi annwali minn hemm ’il quddiem, jadatta l-ammonti msemmija fl-Artikolu 4 tal-Anness għal din id-Deċiżjoni bl-istess perċentwal kif applikat skont l-Artikolu 57(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (6). Il-valuri stabbiliti skont dan l-Artikolu għandhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-adozzjoni tagħha mill-Bord ta’ Tmexxija.

Magħmul fl-Aja l-14 ta’ Ottubru 2010.

Francisco José ARANDA

Għall-Bord ta’ Tmexxija

Il-President


(1)  ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37.

(2)  ĠU C 221, 19.7.1997, p. 2.

(3)  ĠU C 65, 28.2.2001, p. 6.

(4)  Att tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 1998 li jistabbilixxi r-regolamenti tal-persunal applikabbli għall-impjegati tal-Europol (ĠU C 26, 30.1.1999, p. 23).

(5)  Regolament (KEE, Euratom, KESE) Nru 259/68 tal-Kunsill (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.).

(6)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna nru 1.’


ANNESS

Aġġustament tas-salarji u l-benefiċċji bażiċi applikabbli għall-persunal tal-Europol soġġett għar-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Europol skont l-Artikolu 57(5) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009

Skont l-Artikolu 57(5) tad-Deċiżjoni tal-Europol permezz ta’ deroga mill-Kapitolu 5 tar-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Europol, ir-rata perċentwali tal-aġġustament annwali tar-remunerazzjoni, li ġiet deċiża mill-Kunsill skont l-Artikolu 65 tar-Regolament dwar il-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej (1) għandha tkun applikabbli għall-persunal tal-Europol; għaldaqstant, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2009 għall-persunal tal-Europol soġġett għar-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Europol:

(a)

L-Artikolu 45 ESR, it-tabella tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar hija mibdula b’dan li ġej (żieda ta’ 1,85 %):

 

1

2

3

4

5

6

7

8

9

10

11

1

15 867,20

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

14 248,07

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

9 779,37

10 031,95

10 284,54

10 556,55

10 828,56

11 113,50

11 397,15

11 696,39

11 997,54

12 314,90

12 628,98

4

8 516,46

8 743,14

8 966,59

9 202,97

9 439,37

9 688,70

9 934,80

10 197,11

10 459,38

10 734,65

11 009,89

5

7 017,19

7 201,76

7 383,10

7 577,40

7 771,69

7 978,93

8 182,93

8 399,90

8 613,62

8 840,28

9 066,97

6

6 013,37

6 172,00

6 330,69

6 499,08

6 664,22

6 839,08

7 013,95

7 198,53

7 383,10

7 577,40

7 771,69

7

5 012,73

5 145,51

5 275,03

5 414,27

5 553,50

5 699,24

5 844,95

6 000,39

6 152,59

6 314,51

6 476,41

8

4 261,48

4 374,81

4 484,89

4 604,73

4 721,29

4 844,35

4 967,40

5 100,18

5 229,70

5 368,94

5 504,93

9

3 756,32

3 856,69

3 957,10

4 060,69

4 164,33

4 274,42

4 384,53

4 501,10

4 614,48

4 737,50

4 857,31

10

3 257,64

3 345,08

3 429,25

3 519,91

3 607,36

3 704,51

3 801,64

3 902,03

3 999,17

4 106,04

4 209,66

11

3 157,26

3 241,46

3 322,39

3 409,84

3 497,25

3 591,16

3 681,85

3 778,99

3 876,14

3 979,77

4 080,11

12

2 506,40

2 574,35

2 639,12

2 707,14

2 775,15

2 849,61

2 924,09

3 001,81

3 076,29

3 157,26

3 238,21

13

2 153,39

2 211,69

2 266,74

2 328,28

2 386,57

2 451,32

2 512,85

2 580,85

2 645,64

2 716,86

2 784,84

(b)

L-Artikolu 59(3) ESR, l-ammont “EUR 1 049,20” huwa mibdul bi “EUR 1 068,61”;

(c)

L-Artikolu 59(3) ESR, l-ammont “EUR 2 098,39” huwa mibdul bi: “EUR 2 137,21”;

(d)

L-Artikolu 60(1) ESR, l-ammont “EUR 279,80” huwa mibdul bi: “EUR 284,98”;

(e)

L-Artikolu 2(1) ta’ Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 292,50” huwa mibdul bi: “EUR 297,91”;

(f)

L-Artikolu 3(1) ta’ Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 12 717,53” huwa mibdul bi: “EUR 12 952,80”;

(g)

L-Artikolu 3(1) ta’ Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 2 861,45” huwa mibdul bi: “EUR 2 914,39”;

(h)

L-Artikolu 3(2) ta’ Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 17 168,67” huwa mibdul bi: “EUR 17 486,29”;

(i)

L-Artikolu 4(1) ta’ Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 1 271,76” huwa mibdul bi: “EUR 1 295,29”;

(j)

L-Artikolu 4(1) ta’ Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 953,84” huwa mibdul bi: “EUR 971,49”;

(k)

L-Artikolu 4(1) ta’ Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 635,87” huwa mibdul bi: “EUR 647,63”;

(l)

L-Artikolu 4(1) ta’ Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 508,69” huwa mibdul bi: “EUR 518,10”;

(m)

L-Artikolu 5(3) ta’ Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 1 794,70” huwa mibdul bi: “EUR 1 827,90”;

(n)

L-Artikolu 5(3) ta’ Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 2 392,94” huwa mibdul bi: “EUR 2 437,21”;

(o)

L-Artikolu 5(3) ta’ Appendiċi 5 għall-ESR, l-ammont “EUR 2 991,17” huwa mibdul bi: “EUR 3 046,51”.

Il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni stabbilit fl-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1296/2009 għall-Pajjiżi l-Baxxi (109,3), mhuwiex applikat b’mod sħiħ għas-salarji tal-persunal li jibqa’ taħt ir-Regolamenti dwar il-Persunal tal-Europol. Minflok, il-proporzjon biss bejn dan il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni u dak stabbilit għas-sena ta’ qabel (109,1) huwa applikat biex jirrifletti l-evoluzzjoni tal-għoli tal-ħajja fil-Pajjiżi l-Baxxi.

Biex ikun jista’ jiġi stabbilit il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għal Franza u għall-Istati Uniti (Washington), id-differenza bejn il-peżar fl-1 ta’ Lulju 2009 kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (115,8 għal Franza u 87,4 għall-Istati Uniti (Washington) (2) meta mqabbel mal-peżar tal-Pajjiżi l-Baxxi fl-1 ta’ Lulju 2007 (109,1). Għaldaqstant, mill-1 ta’ Lulju 2009, il-koeffiċjent ta’ korrezzjoni huwa għal

il-Pajjiżi l-Baxxi 100,18

Franza 106,14

Stati Uniti (Washington) 80,11.

Ir-riżultat tal-applikazzjoni tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni huwa soġġett għat-tassazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 1 ta’ din id-Deċiżjoni.


(1)  Regolament (KEE, Euratom, KESE) Nru 259/68 tal-Kunsill (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.).

(2)  Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 613/2009 (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 1.) u Regolamenti tal-Kunsill (UE) Nru 768/2010 (ĠU L 228, 31.8.2010, p. 1.).