1.4.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 86/72


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/203/PESK

tal-31 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2010/445/PESK li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea għall-kriżi fil-Ġeorġja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28, l-Artikolu 31(2) u l-Artikolu 33 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Settembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/760/PESK (1) biex jaħtar lis-Sur Pierre MOREL bħala r-Rappreżentant Speċjali tal-Unjoni Ewropea (RSUE) għall-kriżi fil-Ġeorġja sat-28 ta’ Frar 2009.

(2)

Fil-11 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/445/PESK (2) li testendi l-mandat tar-RSUE sal-31 ta’ Awwissu 2011. L-ammont ta’ referenza finanzjarja previst biex tkun koperta n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE sa dik id-data ġie stabbilit għal EUR 700 000. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għandu jiżdied għal EUR 1 004 000 sabiex ikopri ħtiġijiet operattivi addizzjonali.

(3)

Id-Deċiżjoni 2010/445/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni Nru 2010/445/PESK l-ewwel paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-mandat tar-RSUE matul il-perijodu mill-1 ta’ Settembru 2010 sal-31 ta’ Awwissu 2011 għandu jkun ta’ EUR 1 004 000.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Marzu 2011.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

VÖLNER P.


(1)  ĠU L 259, 27.9.2008, p. 16.

(2)  ĠU L 211, 12.8.2010, p. 33.