31.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 85/10 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-30 ta’ Marzu 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2011/44/UE dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 2023)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/198/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 89/662/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1989 dwar spezzjonijiet veterinarji fil-kummerċ intra-Komunitarju bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tagħha,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta’ Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u żootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta’ ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(4) tagħha,
Billi:
(1) |
F’Jannar 2011, fil-Bulgarija, ġie kkonfermat każ tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-ħnieżer selvaġġi u numru ta’ tifqigħat tal-istess marda fil-bhejjem. Għaldaqstant, il-Bulgarija ħadet miżuri fi ħdan il-qafas tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/85/KE tad-29 ta’ Settembru 2003 dwar miżuri tal-Komunità fuq il-kontroll tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer (3). |
(2) |
Barra minn hekk, ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/44/UE tad-19 ta’ Jannar 2011 dwar ċerti miżuri ta’ protezzjoni kontra l-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-Bulgarija (4), billi kien meħtieġ li l-miżuri ta’ kontroll meħuda mill-Bulgarija jissaħħu. Dik id-Deċiżjoni għandha tapplika sal-31 ta’ Marzu 2011. |
(3) |
Fid-19 ta’ Marzu 2011, il-Bulgarija rrappurtat tifqigħa tal-marda tal-ilsien u d-dwiefer fil-bhejjem imrobbija għaċ-ċanga fil-muniċipalità ta’ Sredets, li tinsab fir-reġjun ta’ Burgas, fil-Punent tal-muniċipalità ta’ Malko Tarnovo fejn l-aħħar tifqigħa ġiet irrappurtata fil-31 ta’ Jannar 2011. |
(4) |
Huwa għalhekk neċessarju li jiġu estiżi l-miżuri, kif preskritti fid-Deċiżjoni 2011/44/UE, sat-30 ta’ Ġunju 2011. |
(5) |
Id-Deċiżjoni 2011/44/UE għandha għaldaqstant tiġi emendata skont dan. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Fl-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/44/UE, id-data “31 ta’ Marzu 2011” għandha tiġi sostitwita bid-data “30 ta’ Ġunju 2011”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 395, 30.12.1989, p. 13.
(2) ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.
(3) ĠU L 306, 22.11.2003, p. 1.
(4) ĠU L 19, 22.1.2011, p. 20.