24.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 78/24 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/178/PESK
tat-23 ta' Marzu 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,
Billi:
(1) |
Fit-28 ta’ Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), li timplimenta r-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonjiet Uniti (UNSCR) 1970 (2011). |
(2) |
Fis-17 ta' Marzu 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta l-UNSCR 1973 (2011), li wessgħat il-kamp ta' applikazzjoni tal-miżuri restrittivi imposti mill-UNSCR 1970 (2011) u introduċiet miżuri restrittivi addizzjonali kontra l-Libja. |
(3) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni 2011/137/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ. |
(4) |
Hija meħtieġa aktar azzjoni mill-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2011/137/PESK hija b’dan emendata kif ġej:
1) |
L-Artikolu li ġej huwa miżjud: “Artikolu 3a 1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu titjiriet minn inġenji tal-ajru taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom fl-ispazju tal-ajru tal-Libja, fid-dawl tal-ħtieġa għall-għajnuna fil-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivili. 2. Il-paragrafu 1 m’għandux japplika għal titjiriet li l-uniku skop tagħhom huwa umanitarju, bħall-forniment jew l-iffaċilitar tal-forniment ta' assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, ħaddiema umanitarji u assistenza relatata, jew l-evakwazzjoni ta' ċittadini barranin mil-Libja, u lanqas m'għandu japplika għal titjiriet awtorizzati mill-paragrafu 4 jew 8 tal-UNSCR 1973 (2011), u lanqas għal titjiriet oħra meqjusin mill-Istati Membri, li jaġixxu taħt l-awtorizzazzjoni mogħtija fil-paragrafu 8 tal-UNSCR 1973 (2011), bħala meħtieġa għall-benefiċċju tal-poplu Libjan.”. |
2) |
L-Artikolu 4(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw, f’konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom u b'mod konsistenti mal-liġi internazzjonali, b’mod partikolari l-liġi tal-baħar u ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, bastimenti u inġenji tal-ajru li sejrin jew li ġejjin mil-Libja, fit-territorju tagħhom, inklużi l-portijiet u l-ajruporti tagħhom, u fl-ibħra internazzjonali, jekk huma jkollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija ta' tali bastimenti u inġenji tal-ajru tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.”. |
3) |
L-Artikolu li ġej huwa miżjud: “Artikolu 4a 1. L-Istati Membri għandhom jiċħdu l-permess lil kwalunkwe inġenju tal-ajru reġistrat fil-Libja jew li huwa l-proprjetà ta' jew operat minn ċittadini jew kumpanniji Libjani, li jitlaq minn, jinżel fi jew itir fuq it-territorju tagħhom sakemm it-titjira partikolari ma tkunx ġiet approvata bil-quddiem mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet, jew fil-każ ta' nżul ta' emerġenza. 2. L-Istati Membri għandhom jiċħdu l-permess lil kwalunkwe inġenju tal-ajru li jitlaq minn, jinżel fi jew itir fuq it-territorju tagħhom, jekk ikollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-inġenju tal-ajru fih oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment, jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni, inkluż il-provvediment ta' persunal merċenarju armat, għajr fil-każ ta' nżul ta' emerġenza.”. |
4) |
L-Artikolu 5(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jimpedixxu d-dħul fi, jew it-transitu minn, it-territorji tagħhom ta':
|
5. |
L-Artikolu 6(1) huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. Il-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha, li huma l-proprjetà ta’ jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn:
għandhom jiġu ffriżati.”. |
6) |
Fl-Artikolu 6, huwa miżjud il-paragrafu li ġej: “4a. Fir-rigward ta' persuni u entitajiet elenkati fl-Anness IV ta' din id-Deċiżjoni, jistgħu jsiru wkoll eżenzjonijiet għal fondi u riżorsi ekonomiċi li huma meħtieġa għal skopijiet umanitarji, bħall-forniment jew l-iffaċilitar tal-forniment ta' assistenza, inklużi provvisti mediċi, ikel, il-forniment tal-elettriku, ħaddiema umanitarji u assistenza relatata, jew l-evakwazzjoni ta' ċittadini barranin mil-Libja.”. |
7) |
L-Artikolu li ġej huwa miżjud: “Artikolu 6a L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li ċ-ċittadini tagħhom, il-persuni soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom u d-ditti inkorporati fit-territorji tagħhom jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tagħhom jeżerċitaw viġilanza meta jagħmlu negozju ma' entitajiet inkorporati fil-Libja jew soġġetti għall-ġurisdizzjoni tal-Libja, u kwalunkwe individwu jew entità li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, u entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew huma kkontrollati minnhom, bil-għan li jiġi pprevenut negozju li jista' jikkontribwixxi għall-vjolenza u l-użu tal-forza kontra l-popolazzjoni ċivili.”. |
Artikolu 2
L-Annessi I, II, III u IV tad-Deċiżjoni 2011/137/PESK huma b'dan sostitwiti mit-test imniżżel fl-Annessi I, II, III u IV rispettivament ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MARTONYI J.
ANNESS I
“ANNESS I
Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 5(1)(a)
1. |
AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed Numru tal-passaport: B010574. Data tat-twelid: 01.07.1950. Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
2. |
DIBRI, Abdulqader Yusef Data tat-twelid: 1946. Post tat-twelid: Houn, il-Libja. Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar QADHAFI. Responsabbiltà għas-sigurtà tar-reġim. Passat ta' ordnijiet ta' vjolenza kontra d-dissidenti. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
3. |
DORDA, Abu Zayd Umar Direttur, Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna. Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
4. |
JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Jalo, il-Libja. Ministru tad-Difiża. Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
5. |
MATUQ, Matuq Mohammed Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Khoms. Segretarju għall-Utilitajiet. Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f'soppressjoni tad-dissens u l-vjolenza. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
6. |
QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed Data tat-twelid:1948. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja. Kuġin ta' Muammar QADHAFI. Fis-snin 80, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-assassinju tad-dissidenti u allegatament responsabbli minn diversi mwiet fl-Ewropa. Huwa suspettat ukoll li kien involut fl-akkwist tal-armi. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
7. |
QADHAFI, Aisha Muammar Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Bint Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
8. |
QADHAFI, Hannibal Muammar Numru tal-passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20.9.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
9. |
QADHAFI, Khamis Muammar Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
10. |
QADHAFI, Mohammed Muammar Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
11. |
QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja. Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbiltà li ordna r-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
12. |
QADHAFI, Mutassim Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
13. |
QADHAFI, Saadi Numru tal-passaport: 014797. Data tat-twelid: 25.5.1973. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Kmandant tal-Forzi Speċjali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
14. |
QADHAFI, Saif al-Arab Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
15. |
QADHAFI, Saif al-Islam Numru tal-passaport: B014995. Data tat-twelid: 25.6.1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jħeġġu l-vjolenza kontra d-dimostranti. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
16. |
AL-SENUSSI, Kurunell Abdullah Data tat-twelid: 1949. Post tat-twelid: is-Sudan. Direttur tal-Intelligence Militari. Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta' involviment fil-massakru tal-ħabs ta' Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
17. |
AL QADHAFI, Quren Salih Quren Ambaxxatur Libjan għaċ-Ċad. Telaq miċ-Ċad lejn Sabha. Involut direttament fir-reklutaġġ u l-kordinazzjoni ta' merċenarji għar-reġim. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 |
18. |
AL KUNI, Kurunell Amid Husain Gvernatur ta' Ghat (Nofsinhar tal-Libja). Involut direttament fir-reklutaġġ ta' merċenarji. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011” |
ANNESS II
“ANNESS II
Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitatijiet u korpi msemmija fl-Artikolu 5(1)(b)
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-inklużjoni fil-lista |
1. |
ABDULHAFIZ, Kurunell Mas'ud |
Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Armati |
It-tielet fil-kmand tal-Forzi Armati. Rwol sinifikanti fl- Intelligence Militari. |
28.2.2011 |
2. |
ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed |
Pożizzjoni: Kap ta' Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna Data tat-twelid: 1952 Post tat-twelid: Tripli, il-Libja |
Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju. Sieħeb qrib ta' Muammar GADDAFI. |
28.2.2011 |
3. |
ABU SHAARIYA |
Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna |
Membru prominenti tar-reġim. Ħaten Muammar GADDAFI. |
28.2.2011 |
4. |
ASHKAL, Al-Barrani |
Pożizzjoni: Viċi Direttur, Intelligence Militari |
Membru anzjan tar-reġim. |
28.2.2011 |
5. |
ASHKAL, Omar |
Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati Rivoluzzjonarji Post tat-twelid: Sirte, il-Libja |
Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
28.2.2011 |
6. |
QADHAF AL-DAM, Ahmed Mohammed |
Data tat-twelid: 1952 Post tat-twelid: L-Eġittu |
Kuġin ta' Muammar GADDAFI. Huwa mifhum li ilu mill-1995 jikkmanda battaljun elitista tal-armata responsabbli għas-sigurtà personali ta' Gaddafi u li għandu rwol ewlieni fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. Huwa kien involut fl-ippjanar ta' operazzjonijiet kontra dissidenti Libjani barra mill-pajjiż u kien direttament involut f'attivitajiet terroristiċi. |
28.2.2011 |
7. |
AL-BARASSI, Safia Farkash |
Data tat-twelid: 1952 Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja |
Mart Muammar GADDAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
28.2.2011 |
8. |
SALEH, Bachir |
Data tat-twelid: 1946 Post tat-twelid: Traghen |
Kap tal-Kabinett tal-Mexxej. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
28.2.2011 |
9. |
TOHAMI, Ġeneral, Khaled |
Data tat-twelid: 1946 Post tat-twelid: Genzur |
Direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
28.2.2011 |
10. |
FARKASH, Mohammed Boucharaya |
Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949 Post tat-twelid: Al-Bayda |
Direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
28.2.2011 |
11. |
EL-KASSIM ZOUAI, Mohamed Abou |
|
Segretarju Ġenerali tal-Kungress ġenerali tal-poplu; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
12. |
AL-MAHMOUDI, Baghdadi |
|
Prim Ministru tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
13. |
HIJAZI, Mohamad Mahmoud |
|
Ministru tas-Saħħa u l-Ambjent tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
14. |
ZLITNI, Abdelhaziz |
Data tat-twelid: 1935 |
Ministru tal-Ippjanar u l-Finanzi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
15. |
HOUEJ, Mohamad Ali |
Data tat-twelid: 1949 Post tat-twelid: Al-Azizia (viċin Tripli) |
Ministru tal-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
16. |
AL-GAOUD, Abdelmajid |
|
Ministru tal-Agrikoltura u r-Riżorsi tal-Annimali u dawk Marittimi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi. |
21.3.2011 |
17. |
AL-CHARIF, Ibrahim Zarroug |
|
Ministru tal-Affarijiet Soċjali tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
18. |
FAKHIRI, Abdelkebir Mohamad |
|
Ministru tal-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
19. |
ZIDANE, Mohamad Ali |
|
Ministru tat-Trasport tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
20. |
KOUSSA, Moussa Mohamad |
|
Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
21. |
MANSOUR, Abdallah |
|
Kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Gaddafi, rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u ex-direttur tar-Radju-Televiżjoni; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011” |
ANNESS III
“ANNESS III
Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1)(a)
1. |
QADHAFI, Aisha Muammar Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Bint Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
2. |
QADHAFI, Hannibal Muammar Numru tal-passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20.9.1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
3. |
QADHAFI, Khamis Muammar Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
4. |
QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja. Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbiltà li ordna r-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
5. |
QADHAFI, Mutassim Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
6. |
QADHAFI, Saif al-Islam Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Numru tal-passaport: B014995. Data tat-twelid: 25.6.1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jħeġġu l-vjolenza kontra d-dimostranti. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011. |
7. |
DORDA, Abu Zayd Umar Direttur, Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna. Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011) |
8. |
JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Jalo, il-Libja. Ministru tad-Difiża. Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011) |
9. |
MATUQ, Matuq Mohammed Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Khoms. Segretarju għall-Utilitajiet. Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f'soppressjoni tad-dissens u l-vjolenza. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011) |
10. |
QADHAFI, Mohammed Muammar Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011) |
11. |
QADHAFI, Saadi Pożizzjoni: Kmandat tal-Forzi Speċjali Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Data tat-twelid: 25.5.1973. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Numru tal-passaport: 014797. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011) |
12. |
QADHAFI, Saif al-Arab Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011) |
13. |
AL-SENUSSI, Kurunell Abdullah Data tat-twelid: 1949. Post tat-twelid: is-Sudan. Direttur tal-Intelligence Militari. Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta' involviment fil-massakru tal-ħabs ta' Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 28.2.2011) |
Entitajiet
1. |
Bank Ċentrali tal-Libja Taħt il-kontroll ta' Muammar QADHAFI u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011) |
2. |
Awtorità tal-Investiment Libjan Taħt il-kontroll ta' Muammar QADHAFI u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. magħruf ukoll bħala: Libyan Arab Foreign Investment Company (LAFICO) 1 Fateh Tower Office No. 99, 22nd Floor, Borgaida Street, Tripli, 1103 il-Libja Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011) |
3. |
Bank Barrani Libjan Taħt il-kontroll ta' Muammar QADHAFI u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. Data tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoi tal-UE: 10.3.2011) |
4. |
Portafoll ta' Investiment Libja Afrika Taħt il-kontroll ta' Muammar QADHAFI u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. Jamahiriya Street, LAP Building, PO Box 91330, Tripli, il-LibjaData tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011 (indikazzjoni tal-UE: 10.3.2011) |
5. |
Korporazzjoni taż-Żejt Nazzjonali Libjana Taħt il-kontroll ta' Muammar QADHAFI u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. Bashir Saadwi Street, Tripli, Tarabulus, il-LibjaData tal-indikazzjoni tan-NU: 17.3.2011” |
ANNESS IV
“ANNESS IV
Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikolu 6(1)(b)
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-inklużjoni fil-lista |
1. |
ABDULHAFIZ, Kurunell Mas'ud |
Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Armati |
it-tielet fil-kmand tal-Forzi Armati. Rwol sinifikanti fl-Intelligence Militari. |
28.2.2011 |
2. |
ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed |
Pożizzjoni: Kap ta' Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna Data tat-twelid: 1952 Post tat-twelid: Tripli, il-Libja |
Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju. Sieħeb qrib ta' Muammar GADDAFI. |
28.2.2011 |
3. |
ABU SHAARIYA |
Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna |
Membru prominenti tar-reġim. Ħaten Muammar GADDAFI. |
28.2.2011 |
4. |
ASHKAL, Al-Barrani |
Pożizzjoni: Viċi Direttur, Intelligence Militari |
Membru anzjan tar-reġim. |
28.2.2011 |
5. |
ASHKAL, Omar |
Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati Rivoluzzjonarji Post tat-twelid: Sirte, il-Libja |
Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
28.2.2011 |
6. |
AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed |
Pożizzjoni: Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji B010574 Data tat-twelid: 01.07.1950 |
Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
28.2.2011 |
7. |
DIBRI, Abdulqader Yusef |
Pożizzjoni: Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar GADDAFI. Data tat-twelid: 1946 Post tat-twelid: Houn, il-Libja |
Responsabbiltà għas-sigurtà tar-reġim. Storja ta' vjolenza kontra dissidenti. |
28.2.2011 |
8. |
QADHAF AL-DAM, Ahmed Mohammed |
Data tat-twelid: 1952 Post tat-twelid: L-Eġittu |
Kuġin ta' Muammar GADDAFI. Huwa mifhum li ilu mill-1995 jikkmanda battaljun elitista tal-armata responsabbli għas-sigurtà personali ta' Gaddafi u li għandu rwol ewlieni fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. Huwa kien involut fl-ippjanar ta' operazzjonijiet kontra dissidenti Libjani barra mill-pajjiż u kien direttament involut f'attivitajiet terroristiċi. |
28.2.2011 |
9. |
QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed |
Data tat-twelid: 1948 Post tat-twelid: Sirte, il-Libja |
Kuġin ta' Muammar GADDAFI. Fit-tmeninijiet, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament responsabbli għal diversi mwiet fl-Ewropa. involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament Huwa mifhum ukoll li kien involut fl-akkwist ta' armi. |
28.2.2011 |
10. |
AL-BARASSI, Safia Farkash |
Data tat-twelid: 1952 Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja |
Mart Muammar GADDAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
28.2.2011 |
11. |
SALEH, Bachir |
Data tat-twelid: 1946 Post tat-twelid: Traghen |
Kap tal-Kabinett tal-Mexxej. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
28.2.2011 |
12. |
TOHAMI, Ġeneral, Khaled |
Data tat-twelid: 1946 Post tat-twelid: Genzur |
Direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
28.2.2011 |
13. |
FARKASH, Mohammed Boucharaya |
Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949 Post tat-twelid: Al-Bayda |
Direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. |
28.2.2011 |
14. |
ZARTI, Mustafa |
imwieled fid-29 ta' Marzu 1970, ċittadin Awstrijakk (nru tal-passaport P1362998, validu mis-6 ta' Novembru 2006 sal-5 ta' Novembru 2016) |
Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim u viċi kap eżekuttiv tal-‘Libyan Investment Authority’, membru tal-bord tal-Korporazzjoni Nazzjonali taż-Żejt u viċi president tal-First Energy Bank f'Bahrain. |
10.3.2011 |
15. |
EL-KASSIM ZOUAI, Mohamed Abou |
|
Segretarju Ġenerali tal-Kungress ġenerali tal-poplu; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
16. |
AL-MAHMOUDI, Baghdadi |
|
Prim Ministru tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
17. |
HIJAZI, Mohamad Mahmoud |
|
Ministru tas-Saħħa u l-Ambjent tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
18. |
ZLITNI, Abdelhaziz |
Data tat-twelid: 1935 |
Ministru tal-Ippjanar u l-Finanzi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
19. |
HOUEJ, Mohamad Ali |
Data tat-twelid: 1949 Post tat-twelid: Al-Azizia (viċin Tripli) |
Ministru tal-Industrija, l-Ekonomija u l-Kummerċ tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
20. |
AL-GAOUD, Abdelmajid |
|
Ministru tal-Agrikoltura u r-Riżorsi tal-Annimali u dawk Marittimi tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi. |
21.3.2011 |
21. |
AL-CHARIF, Ibrahim Zarroug |
|
Ministru tal-Affarijiet Soċjali tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
22. |
FAKHIRI, Abdelkebir Mohamad |
|
Ministru tal-Edukazzjoni, l-Edukazzjoni Għolja u r-Riċerka tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
23. |
ZIDANE, Mohamad Ali |
|
Ministru tat-Trasport tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
24. |
KOUSSA, Moussa Mohamad |
|
Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-gvern tal-Kurunell Gaddafi; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
25. |
MANSOUR, Abdallah |
|
Kollaboratur mill-qrib tal-Kurunell Gaddafi, rwol ewlieni fis-servizzi tas-sigurtà u ex-direttur tar-Radju-Televiżjoni; involut fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
Entitajiet
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|||||||||||
1. |
Libyan Housing and Infrastructure Board (HIB) |
|
Taħt il-kontroll ta' Mouammar Gaddafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
10.3.2011 |
|||||||||||
2. |
Fonds de développement économique et social (FDES) |
Qaser Bin Ghasher road Salaheddine Cross - BP: 93599 Libya-Tripoli Telefon: +218 21 490 8893 – Fax: +218 21 491 8893 – Email: info@esdf.ly |
Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih. |
21.3.2011 |
|||||||||||
3. |
Libyan Arab African Investment Company - LAAICO |
Sit: http://www.laaico.com Soċjetà maħluqa fl-1981
|
Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih. |
21.3.2011 |
|||||||||||
4. |
Fondation Qadhafi pour les associations caritatives et le développement |
|
Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih. |
21.3.2011 |
|||||||||||
5. |
Fondation Waatassimou |
Ibbażata fi Tripli |
Taħt il-kontroll tar-reġim ta' Mouammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għalih. |
21.3.2011 |
|||||||||||
6. |
Office général de la radio et de la télévision libyenne |
Dettalji: tel: 00 218 21 444 59 26; 00 21 444 59 00; fax: 00 218 21 340 21 07 http://www.ljbc.net; Email: info@ljbc.net |
Tixwix pubbliku għall-mibegħda u l-vjolenza bil-parteċipazzjoni f'kampanji ta' misinformazzjoni dwar il-vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
|||||||||||
7. |
Corps des gardes révolutionnaires |
|
Involuta fi vjolenza kontra d-dimostranti. |
21.3.2011 |
|||||||||||
8. |
National Commercial Bank |
|
In-National Commercial Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Il-bank ġie stabbilit fl-1970 u hu bbażat f'AlBayda, il-Libja. Għandu lokazzjonijiet fi Tripli u AlBayda, u jopera wkoll fergħat fil-Libja. Huwa 100 % proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim. |
21.3.2011 |
|||||||||||
9. |
Gumhouria Bank |
|
Il-Gumhouria Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Il-bank inħoloq fl-2008 permezz tal-inkorporazzjoni tal-banek Ummah u Gumhouria. Huwa 100 % proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim. |
21.3.2011 |
|||||||||||
10. |
Sahara Bank |
|
Is-Sahara Bank huwa bank kummerċjali fil-Libja. Huwa 81 % proprjetà tal-gvern u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim. |
21.3.2011 |
|||||||||||
11. |
Azzawia (Azawiya) Raffinar |
|
Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
23.3.2011 |
|||||||||||
12. |
Ras Lanuf Oil and Gas Processing Company (RASCO) |
|
Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
23.3.2011 |
|||||||||||
13. |
Brega |
|
Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
23.3.2011 |
|||||||||||
14. |
Sirte Oil Company |
|
Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
23.3.2011 |
|||||||||||
15. |
Waha Oil Company |
|
Taħt il-kontroll ta' Muammar Gaddafi u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
23.3.2011” |