|
11.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 64/29 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL 2011/156/PESK
tal-10 ta' Marzu 2011
li timplimenta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni 2011/137/PESK tat-28 ta’ Frar 2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja (1), u b'mod partikolari l-Artikoli 8(2) tagħha, flimkien mal-Artikolu 31(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Fit-28 ta' Frar 2011, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2011/137/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja. |
|
(2) |
Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni fil-Libja, persuni u entitajiet oħra għandhom jiġu inklużi fil-lista ta' persuni u entitajiet suġġetti għal miżuri restrittivi kif elenkati fl-Anness IV għal dik id-Deċiżjoni, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni u l-entitajiet imsemmijin fl-Anness għal din id-Deċiżjoni għandhom jiġu inklużi fl-Anness IV għad-Deċiżjoni 2011/137/PESK.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MARTONYI J.
ANNESS
Persuni u entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 1
Persuni
|
|
Isem |
Informazzjoni dwar l-identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
|
1. |
Is-Sur Mustafa Zarti |
twieled fid-29 ta' Marzu 1970, ċittadin Awstrijak (Nru tal-passaport P1362998, validu mis-6 ta' Novembru 2006 sal-5 ta' Novembru 2016) |
Assoċjat mill-qrib mar-reġim u l-viċi kap eżekuttiv tal-“LibyanInvestiment Authority”, membru tal-bord tan-National Oil Corporation, kap tal-kumpannija taż-żejt “Tamoil” u viċi president tal-First Energy Bank fil-Baħrejn. |
Entitajiet
|
|
Isem |
Informazzjoni ta' identifikazzjoni |
Raġunijiet |
Data tal-elenkar |
||||
|
1. |
Central Bank of Libya (CBL) |
|
Taħt il-kontroll ta' Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
|||||
|
2. |
Libya Africa Investment Portfolio |
Jamahiriya Street, LAP Building, PO Box 91330, Tripoli, Libya |
Taħt il-kontroll ta' Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
|||||
|
3. |
Libyan Foreign Bank |
|
Taħt il-kontroll ta' Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
|||||
|
4. |
Libyan Housing and Infrastructure Board (HIB) |
Tajora, Tripli, Libja Numru ta' leġislazzjoni: 60/2006 mill-Kumitat Ġenerali tal-Poplu Libjan Tel: +218 21 369 1840, Fax: +218 21 369 6447 http://www.hib.org.ly |
Taħt il-kontroll ta' Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
|||||
|
5. |
Libyan Investment Authority (LIA, magħrufa wkoll bħala Libyan Arab Foreign Investment Company (LAFICO)) |
|
Taħt il-kontroll ta' Muammar Qadhafi u l-familja tiegħu, u sors potenzjali ta' finanzjament għar-reġim tiegħu. |
(1) Data tal-Adozzjoni