8.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 61/21


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/146/PESK

tas-7 ta’ Marzu 2011

li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/145/PESK li ġġedded miżuri b’appoġġ għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li kienet il-Jugoslavja (ICTY)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-8 ta’ Marzu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/145/PESK (1).

(2)

Il-miżuri previsti fid-Deċiżjoni 2010/145/PESK għandhom jiġġeddu għal perijodu ta’ 12-il xahar ieħor,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Artikolu 4(1) tad-Deċiżjoni 2010/145/PESK huwa sostitwit b’li ġej:

“1.   Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha. Hija għandha tiskadi fis-16 ta’ Marzu 2012.”

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

CZOMBA S.


(1)  ĠU L 58, 9.3.2010, p. 8.