|
4.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 59/63 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-1 ta’ Marzu 2011
li temenda d-Deċiżjoni 2007/76/KE li timplementa r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet għall-protezzjoni tal-konsumatur fir-rigward tal-assistenza reċiproka
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1165)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/141/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Ottubru 2004 dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur (“ir-Regolament dwar kooperazzjoni fil-protezzjoni tal-konsumaturi”) (1) u b’mod partikolari l-Artikoli 6(4), 7(3), 8(7), 9(4), 10(3), 12(6), u 13(5), u 15(6) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-22 ta’ Diċembru 2006, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2007/76/KE li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-protezzjoni tal-liġijiet għall-ħarsien tal-konsumatur fir-rigward tal-assistenza reċiproka (2). |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2007/76/KE ġiet emendata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/282/KE (3) biex jiġu stabbiliti l-prinċipji li jiggvernaw in-notifika tal-miżuri ta’ infurzar, l-informazzjoni tiġi fornuta fin-notifiki wara n-notifika ta’ avviż u l-koordinazzjoni tas-sorveljanza tas-suq u tal-attivitajiet ta’ infurzar. |
|
(3) |
Ir-rekwiżiti stipulati fid-Deċiżjoni 2007/76/KE fir-rigward tat-tħassir ta’ xi informazzjoni fil-bażi tad-dejta stabbiliti fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u fir-rigward ta’ notifiki regolari, iridu jiġu riveduti fuq il-bażi tal-esperjenza miksuba bl-operazzjoni tan-netwerk tal-kooperazzjoni tal-infurzar. |
|
(4) |
Huwa xieraq ukoll li jiġu ċċarati r-regolamenti li jiggvernaw l-obbligi tal-awtorità kompetenti li tikkoordina, il-parteċipazzjoni f’attivitajiet ikkoordinati ta’ infurzar, u l-informazzjoni minima li għandha tiġi pprovduta fil-qafas ta’ dan it-tip ta’ attivitajiet. |
|
(5) |
Huwa neċessarju li tiġi allinjata d-Deċiżjoni 2007/76/KE mal-opinjoni 6/2007 (4) tal-Partit tax-Xogħol dwar il-Ħarsien tal-Individwi fir-rigward tal-Iproċessar tad-Dejta Personali stabbilita mill-Artikolu 29 tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u l-opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Ħarsien tad-Dejta (6). |
|
(6) |
Id-Deċiżjoni 2007/76/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 19(1) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/76/KE huwa emendat skont l-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 364, 9.12.2004, p. 1.
(2) ĠU L 32, 6.2.2007, p. 192.
(4) Opinjoni 6/2007 dwar il-kwistjonijiet tal-ħarsien tad-dejta relatati mas-Sistema ta’ Protezzjoni tal-Konsumatur (CPCS) 01910/2007/EN, WP 139, adottata fil-21 ta’ Settembru 2007.
(5) ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31.
(6) Opinjoni tal-EDPS Ref. 2010-0692.
ANNESS
L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/76/KE hu emendat kif ġej:
|
1. |
Il-Punt 2.1.3 huwa sostitwit b’dan li ġej:
|
|
2. |
Fil-punt 2.1.5 jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “Awtorità kompetenti għandha, eżatt kif tiskopri li rikjesta għal assistenza reċiproka skont l-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 fiha dejta żbaljata li ma tkunx tista’ titranġa permezz ta’ metodi oħra, titlob lill-Kummissjoni biex tneħħi l-informazzjoni mill-bażi tad-dejta eżatt kif dan ikun teknikament possibbli u, f’kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn sebat ijiem wara li tkun irċeviet ir-rikjesta għat-tħassir. L-informazzjoi kollha oħra relatata mar-rikjesti għall-assistenza reċiproka skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 għandha titneħħa mil-bażi tad-dejta ħames snin wara l-għeluq tal-każ.” |
|
3. |
Fil-punt 2.2.2 jiżdied il-paragrafu li ġej: “Twissijiet fondati għandhom jitneħħew mil-bażi tad-dejta ħames snin wara li jinħarġu.” |
|
4. |
Fil-Kapitolu 4, it-tabella hi sostitwita minn dan li ġej: “4. KAPITOLU 4 – AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI SKAMBJATA U L-ĦARSIEN TAD-DEJTA”. |
|
5. |
Jiddaħħlu l-punti 4.3 u 4.4 li ġejjin: “4.3. L-aċċess tal-Kummissjoni għad-dejta L-aċċess tal-Kummissjoni għad-dejta għandu jkun limitat għal dak li hu rekwiżit skont ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004. Dan jinkludi l-aċċess għall-avviżi skont l-Artikolu 7(1), għan-notifikazzjonijiet skont l-Artikolu 7(2) u l-Artikolu 8(6), u għall-informazzjoni relatata mal-koordinazzjoni tas-sorveljanza tas-suq u l-attivitajiet tar-rinfurzar skont l-Artikolu 9 u skont il-kondizzjonijiet tal-Artikolu 15(5) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004. 4.4. Dejta sensittiva L-ipproċessar minn awtoritajiet kompetenti ta’ dejta personali marbuta ma’ razza, etniċità, opinjonijiet politiċi, reliġjon, sħubija fi trade-union, saħħa jew mal-ħajja sesswali għandu jkun ipprojbit, sakemm it-twettiq tal-obbligi skont ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 ma jkunx possibbli mod ieħor u l-ipproċessar ta’ dan it-tip ta’ dejta huwa permess skont id-Direttiva 95/46/KE. L-użu minn awtoritajiet kompetenti ta’ dejta personali marbuta ma’ offiżi, offiżi suspetti u miżuri ta’ sigurtà għandhom ikunu limitati għal skopijiet speċifiċi ta’ assistenza reċiproka kif iddefinit fir-Regolament (KE) Nru 2006/2004.” |
|
6. |
Il-Kapitolu 6 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “6. Il-KAPITOLU 6 – IL-KOORDINAZZJONI TA’ ATTIVITAJIET TAS-SORVELJANZA TAS-SUQ U TAL-INFURZAR 6.1. Meta jiġi applikat l-Artikolu 9(2) tar-regolament (KE) Nru 2006/2004, l-awtoritajiet li qablu biex jikkordinaw l-attivitajiet ta’ infurzar tagħhom jistgħu jiddeċiedu dwar il-passi neċessarji kollha biex tkun żgurata l-koordinazzjoni adegwata u għandhom iwettquhom mill-aħjar li jistgħu. 6.2. Awtorità kompetenti tista’ tirrifjuta li taċċetta stedina biex tipparteċipa f’attivitajiet ikkoordinati ta’ infurzar, wara konsultazzjoni mal-awtorità li tistieden jekk:
Jekk awtorità kompetenti tiddeċiedi li tirrifjuta stedina biex tipparteċipa f’attivitajiet ikoordinati ta’ infurzar għandha tiddikjara r-raġunijiet tad-deċiżjoni tagħha. Dan il-punt għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tal-Artikoli 6 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004. 6.3. Sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati jistgħu jiddeċiedu li waħda minnhom tikkoordina l-azzjoni ta’ infurzar. L-awtoritajiet kompetenti, filwaqt li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi ta’ kull każ, normalment għandhom jaħtru bħala awtorità ta’ koordinazzjoni l-awtorità ta’ fejn il-kummerċjant ikollu l-kwartieri tiegħu jew iċ-ċentru prinċipali tal-attivitajiet tiegħu, jew fejn jinsab l-akbar numru ta’ konsumaturi affettwati. 6.4. Il-Kummissjoni għandha tiffaċilita l-koordinazzjoni tal-attivitajiet skont l-Artikoli 9(1) u 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004 jekk tkun mistiedna. 6.5. L-awtorità kompetenti nnominata bħala l-awtorità li tikkoordina skont 6.3. għandha tal-anqas tkun responsabbli għal dan li ġej:
l-obbligi tal-awtorità li tikkoordina ma għandhomx jaffettwaw ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni li huma responsabbli għalihom l-awtoritajiet kompetenti l-oħra li jipparteċipaw skont ir-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u r-regolamenti implimentati tiegħu. 6.6. Barra mir-rekwiżiti tal-informazzjoni għall-assistenza reċiproka skont l-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament (KE) Nru 2006/2004, meta awtorità kompetenti tiddeċiedi li tistieden awtoritajiet oħrajn biex jikkoordinaw l-attivitajiet ta’ infurzar, għandha tipprovdi tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:
|