3.3.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 58/53


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2011/137/PESK

tat-28 ta' Frar 2011

dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Billi:

(1)

Fit-23 ta' Frar 2011, l-Unjoni Ewropea esprimiet it-tħassib serju tagħha fir-rigward tas-sitwazzjoni li qiegħda tiżviluppa fil-Libja. L-UE kkundannat bil-qawwa l-vjolenza u l-użu tal-forza kontra l-popolazzjoni ċivili u ddeplorat ir-ripressjoni kontra d-dimostranti paċifiċi.

(2)

L-UE tenniet l-appell tagħha għat-tmiem immedjat tal-użu tal-forza u għal passi biex jiġu indirizzati t-talbiet leġittimi tal-popolazzjoni.

(3)

Fis-26 ta' Frar 2011, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (“il-Kunsill tas-Sigurtà”) adotta r-Riżoluzzjoni 1970 (“UNSCR 1970 (2011)”) li introduċiet miżuri restrittivi kontra l-Libja u kontra persuni u entitajiet involuti f'abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż b'involviment f'attakki, li jiksru l-liġi internazzjonali, fuq popolazzjonijiet u faċilitajiet ċivili.

(4)

Fid-dawl tas-serjetà tas-sitwazzjoni fil-Libja, l-UE tqis li huwa meħtieġ li jiġu imposti miżuri restrittivi addizzjonali.

(5)

Barra minn hekk, hija meħtieġa aktar azzjoni tal-Unjoni sabiex jiġu implimentati ċerti miżuri,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-provvista diretta jew indiretta, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip, inklużi armi u munizzjoni, vetturi u tagħmir militari, tagħmir paramilitari u partijiet ta’ rikambju għal dawn imsemmija qabel, kif ukoll tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, lil-Libja minn ċittadini tal-Istati Membri jew li tibda jew tgħaddi mit-territorji tal-Istati Membri jew bl-użu ta’ bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, għandhom jiġu pprojbiti kemm jekk joriġinaw fit-territorji tagħhom u kemm jekk le.

2.   Għandu jkun ipprojbit:

(a)

il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza teknika, taħriġ jew assistenza oħra, inkluż il-forniment ta' persunal merċenarju armat, relatat ma' attivitajiet militari jew mal-forniment, il-manteniment u l-użu ta' oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Libja;

(b)

il-forniment, dirett jew indirett, ta’ assistenza finanzjarja relatata ma' attivitajiet militari jew mal-forniment, il-manteniment u l-użu ta' oġġetti msemmija fil-paragrafu 1, lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Libja;

(c)

il-parteċipazzjoni, konxjentement u intenzjonalment, f’attivitajiet, li l-objettiv jew l-effett tagħhom hu li jevitaw il-projbizzjonijiet imsemmijin fil-punti (a) jew (b).

Artikolu 2

1.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għal:

(a)

il-provvista, il-bejgħ jew it-trasferiment ta’ tagħmir militari li ma joqtolx, jew ta’ tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna, maħsub biss għal użu umanitarju jew protettiv;

(b)

forniment, bejgħ jew trasferiment ieħor ta' armi u materjal relatat;

(c)

il-forniment ta' assistenza teknika, taħriġ jew assistenza oħra, inkluż il-persunal, relatat ma' tali tagħmir;

(d)

il-forniment ta’ assistenza finanzjarja relatata ma’ tali tagħmir;

kif approvat bil-quddiem, fejn adatt, mill-Kumitat stabbilit skont il-paragrafu 24 tal-UNSCR 1970 (2011) (“il-Kumitat”):

2.   L-Artikolu 1 ma għandux japplika għall-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u elmi militari, esportati temporanjament lejn il-Libja minn persunal tan-NU, persunal tal-Unjoni Ewropea jew tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-midja u ħaddiema umanitarji u dawk għall-iżvilupp u persunal assoċjat għall-użu personali tagħhom biss.

Artikolu 3

L-akkwist minn ċittadini tal-Istati Membri, jew bl-użu ta' bastimenti jew inġenji tal-ajru li jtajru l-bandiera tagħhom, tal-oġġetti msemmija fl-Artikolu 1(1) mil-Libja għandu jiġi pprojbit, kemm jekk joriġina kif ukoll jekk ma joriġinax fit-territorju tal-Libja.

Artikolu 4

1.   L-Istati Membri għandhom jispezzjonaw, f’konformità mal-awtoritajiet u l-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, u b'konsistenza mal-liġi internazzjonali, b’mod partikolari l-liġi tal-baħar u ftehimiet internazzjonali rilevanti dwar l-avjazzjoni ċivili, il-merkanzija kollha lejn u mil-Libja, fit-territorju tagħhom, inklużi portijiet u ajruporti, jekk huma jkollhom informazzjoni li tipprovdi raġunijiet ġustifikati biex wieħed jemmen li l-merkanzija tinkludi oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom huma pprojbiti skont din id-Deċiżjoni.

2.   L-Istati Membri għandhom, malli jiskopruhom, jissekwestraw u jiddisponu minn (bħal billi jinqerdu, isiru inoperabbli, jinħażnu jew jiġu ttrasferiti għal qirda lejn Stat għajr dawk l-Istati ta' oriġini jew destinazzjoni ) oġġetti li l-forniment, il-bejgħ, it-trasferiment jew l-esportazzjoni tagħhom hija pprojbita taħt din id-Deċiżjoni.

3.   L-Istati Membri għandhom jikkooperaw, f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tagħhom, mal-ispezzjonijiet u d-disponimenti li jsiru skont il-paragrafi 1 u 2.

4.   L-inġenji tal-ajru u l-bastimenti li jittrasportaw merkanzija lejn u mil-Libja għandhom ikunu soġġetti għar-rekwiżit ta' informazzjoni addizzjonali ta' qabel il-wasla jew it-tluq tal-merkanzija kollha li tiddaħħal fi Stat Membru jew toħroġ minnu.

Artikolu 5

1.   L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jipprevjenu d-dħul fi, jew it-transitu minn, it-territorji tagħhom ta':

(a)

persuni elenkati fl-Anness I tal-UNSCR 1970 (2011), u persuni addizzjonali indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011), kif elenkat fl-Anness I;

(b)

persuni mhux koperti mill-Anness I involuti fi jew kompliċi fl-ordni, fil-kontroll jew fid-direzzjoni b'mod ieħor, tat-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż b'involviment fi jew b'kompliċità fl-ippjanar, il-kmand, l-ordni jew it-twettiq ta' attakki, bi ksur tal-liġi internazzjonali, inkluż il-bombardament mill-ajru, fuq popolazzjonijiet jew faċilitajiet ċivili, jew b'aġir għal jew f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, kif elenkat fl-Anness II.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux jobbliga lil Stat Membru jiċħad liċ-ċittadini tiegħu stess dħul fit-territorju tiegħu.

3.   Il-paragrafu 1(a) ma għandux japplika jekk il-Kumitat jiddetermina li:

(a)

l-ivvjaġġar ikun ġustifikat għal raġunijiet ta' ħtieġa umanitarja, inkluż l-obbligu reliġjuż; jew

(b)

eżenzjoni tkun tiffaċilita l-objettivi ta' paċi u rikonċiljazzjoni nazzjonali fil-Libja u l-istabbiltà fir-reġjun.

4.   Il-paragrafu 1(a) ma għandux japplika meta:

(a)

id-dħul jew it-transitu huwa meħtieġ biex jitwettaq proċess ġudizzjarju; jew

(b)

Stat Membru jiddetermina fuq bażi ta' każ b'każ li tali dħul jew transitu huwa meħtieġ biex jiffaċilita l-paċi u l-istabbiltà fil-Libja u l-Istat Membru jinnotifika sussegwentement lill-Kumitat fi żmien tmienja u erbgħin siegħa wara li tkun saret tali determinazzjoni.

5.   Il-paragrafu 1(b) għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-każijiet fejn Stat Membru jkun marbut b’obbligu ta’ dritt internazzjonali, jiġifieri:

(a)

bħala pajjiż ospitanti għal organizzazzjoni intergovernattiva internazzjonali;

(b)

bħala pajjiż ospitanti għal konferenza internazzjonali msejħa min-NU, jew taħt l-awspiċju tagħha;

(c)

taħt ftehim multilaterali li jikkonferixxi privileġġi u immunitajiet; jew

(d)

taħt it-Trattat ta’ Konċiljazzjoni tal-1929 (il-Patt tal-Lateran) konkluż mis-Santa Sede (l-Istat tal-Belt tal-Vatikan) u l-Italja.

6.   Il-paragrafu 5 għandu jiġi kkunsidrat bħala li japplika anki f’każijiet fejn Stat Membru jkun pajjiż ospitanti għall-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE).

7.   Il-Kunsill għandu jkun debitament informat fil-każijiet kollha fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni skont il-paragrafi 5 jew 6.

8.   L-Istati Membri jistgħu jagħtu eżenzjonijiet mill-miżuri imposti taħt il-paragrafu 1(b) fejn l-ivvjaġġar ikun ġustifikat minħabba ħtieġa umanitarja urġenti, jew għal attendenza f’laqgħat intergovernattivi, inklużi dawk promossi mill-Unjoni, jew ospitati minn Stat Membru li jkollu l-Presidenza kurrenti tal-OSKE, fejn isir djalogu politiku li jippromwovi direttament id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-istat tad-dritt fil-Libja.

9.   Stat Membru li jixtieq jagħti l-eżenzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 8 għandu jinnotifika lill-Kunsill bil-miktub. L-eżenzjoni għandha tiġi kkunsidrata bħala mogħtija bil-kondizzjoni li ma ssir l-ebda oġġezzjoni bil-miktub minn wieħed, jew iżjed, mill-Membri tal-Kunsill, fi żmien jumejn ta’ ħidma minn meta tiġi rċevuta n-notifika tal-eżenzjoni proposta. Fil-każ li wieħed jew iżjed mill-membri tal-Kunsill jagħmlu oġġezzjoni, il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, jista’ jiddeċiedi li jagħti l-eżenzjoni proposta.

10.   F’każijiet fejn, skont il-paragrafi 5, 6, u 8, Stat Membru jawtorizza d-dħul fit-territorju tiegħu, jew it-transitu minnu, ta’ persuni elenkati fl-Anness, l-awtorizzazzjoni għandha tkun limitata għall-iskop li għalih tingħata u għall-persuni kkonċernati minnha.

Artikolu 6

1.   Il-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi kollha, li huma l-proprjetà ta’ jew ikkontrollati, direttament jew indirettament, minn:

(a)

persuni jew entitajiet elenkati fl-Anness II għall-UNSCR 1970 (2011), u persuni u entitajiet addizzjonali indikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat f'konformità mal-paragrafu 22 tal-UNSCR 1970 (2011), jew minn individwi jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, kif elenkat fl-Anness III;

(b)

persuni jew entitajiet mhux koperti mill-Anness III involuti fi jew kompliċi fl-ordni, fil-kontroll, jew fid-direzzjoni b'mod ieħor, tat-twettiq ta' abbużi serji tad-drittijiet tal-bniedem kontra persuni fil-Libja, inkluż b'involviment fi jew b'kompliċità fl-ippjanar, il-kmand, l-ordni jew it-twettiq ta' attakki, bi ksur tal-liġi internazzjonali, inkluż il-bombardament mill-ajru, fuq popolazzjonijiet jew faċilitajiet ċivili, jew minn individwi jew entitajiet li jaġixxu f'isimhom jew taħt id-direzzjoni tagħhom, jew minn entitajiet li huma l-proprjetà tagħhom jew ikkontrollati minnhom, kif elenkat fl-Anness IV;

għandhom jiġu ffriżati.

2.   L-ebda fond, assi finanzjarji jew riżorsi ekonomiċi oħra ma għandhom isiru disponibbli, direttament jew indirettament, lil jew għall-benefiċċju ta', persuni fiżiċi jew ġuridiċi jew entitajiet imsemmijin fil-paragrafu 1.

3.   Jistgħu jsiru eżenzjonijiet għal fondi, assi finanzjarji u riżorsi ekonomiċi li huma:

(a)

meħtieġa għal spejjeż bażiċi, inkluż ħlas għal oġġetti tal-ikel, kera jew ipoteka, mediċini u kura medika, taxxi, poloz ta’ assigurazzjoni, u ħlasijiet għall-użu ta’ servizzi pubbliċi;

(b)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji professjonali raġonevoli u għar-rimbors ta' spejjeż li jkunu konnessi mal-provvediment ta' servizzi legali f'konformità mal-liġijiet nazzjonali; jew

(c)

maħsuba esklużivament għall-ħlas ta' onorarji jew kontijiet għal servizz, skont il-liġijiet nazzjonali, għal servizzi ta' rutina fiż-żamma jew il-manteniment ta' fondi ffriżati, assistenza finanzjarja oħra u riżorsi ekonomiċi;

wara n-notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat, fejn adatt, dwar l-intenzjoni li jawtorizza l-aċċess għal tali fondi, assi jew riżorsi ekonomiċi oħra u fin-nuqqas ta' deċiżjoni negattiva mill-Kumitat fi żmien ħamest ijiem ta' xogħol minn tali notifika.

4.   Jistgħu wkoll isiru eżenzjonijiet għal fondi jew riżorsi ekonomiċi li jkunu:

(a)

meħtieġa għal spejjeż straordinarji, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat, fejn adatt, u approvazzjoni mill-Kumitat; jew

(b)

is-suġġett ta' garanzija jew sentenza ġuridika, amministrattiva jew arbitrali, li f'dak il-każ il-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra u r-riżorsi ekonomiċi jistgħu jintużaw biex jissodisfaw dik il-garanzija jew dik is-sentenza bil-kondizzjoni li l-garanzija jew is-sentenza kienet imdaħħla qabel id-data tal-adozzjoni tal-UNSCR 1970 (2011), u mhix għall-benefiċċju ta' persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1, wara notifika mill-Istat Membru kkonċernat lill-Kumitat, fejn adatt;

5.   Il-paragrafu 1 ma għandux jipprevjeni lil persuna jew entità indikata milli tagħmel ħlas dovut taħt kuntratt li tkun daħlet fih qabel l-elenkar ta' tali persuna jew entità, bil-kondizzjoni li l-Istat Membru rilevanti jkun iddetermina li l-ħlas ma jkunx riċevut direttament jew indirettament minn persuna jew entità msemmija fil-paragrafu 1 u wara notifika mill-Istat Membri rilevanti lill-Kumitat, fejn adatt, dwar l-intenzjoni li jsiru jew jiġu riċevuti tali ħlasijiet jew biex tiġi awtorizzata t-tneħħija tal-iffriżar tal-fondi, l-assi finanzjarji l-oħra jew ir-riżorsi ekonomiċi għal dan il-għan, 10 ijiem ta' xogħol qabel tali awtorizzazzjoni.

6.   Il-Paragrafu 2 ma għandux japplika għaż-żieda ma’ kontijiet iffriżati ta’:

(a)

interessi jew qligħ ieħor dovut fuq dawk il-kontijiet; jew

(b)

ħlasijiet dovuti skont kuntratti, ftehimiet jew obbligi li nħolqu qabel id-data li fiha dawk il-kontijiet saru soġġetti għall-miżuri restrittivi;

bil-kondizzjoni li kwalunkwe imgħax, qligħ ieħor u ħlasijiet bħal dawn jibqgħu jkunu soġġetti għall-paragrafu 1.

Artikolu 7

L-ebda pretensjoni, inkluż għal kumpens jew kwalunkwe pretensjoni oħra ta’ dan it-tip, bħal pretensjoni ta’ tpaċija jew pretensjoni koperta minn garanzija, f’rabta ma’ kwalunkwe kuntratt jew transazzjoni li t-twettiq tagħhom kien affettwat, direttament jew indirettament, kompletament jew parzjalment, minħabba miżuri deċiżi skont il-UNSCR 1970 (2011), inklużi miżuri tal-Unjoni jew kwalunkwe Stat Membru f’konformità ma’, kif rikjest minn jew bi kwalunkwe konnessjoni mal-implimentazzjoni tad-deċiżjonijiet rilevanti tal-Kunsill tas-Sigurtà jew miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni, ma għandhom jingħataw lill-persuni jew l-entitajiet indikati elenkati fl-Annessi I, II, III jew IV, jew lil kwalunkwe persuna jew entità fil-Libja, inkluż il-Gvern tal-Libja, jew kwalunkwe persuna jew entità li tressaq pretensjoni permezz ta’ jew għall-benefiċċju ta’ kwalunkwe tali persuna jew entità.

Artikolu 8

1.   Il-Kunsill għandu jimplimenta modifiki għall-Annessi I u III abbażi tad-determinazzjonijiet li jsiru mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat.

2.   Il-Kunsill, filwaqt li jaġixxi fuq proposta mill-Istati Membri jew mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, għandu jistabbilixxi l-listi fl-Annessi II u IV u jadotta modifiki għalihom.

Artikolu 9

1.   Fejn il-Kunsill tas-Sigurtà jew il-Kumitat jelenka persuna jew entità, il-Kunsill għandu jinkludi tali persuna jew entità fl-Annessi I jew III.

2.   Meta l-Kunsill jiddeċiedi li jissoġġetta persuna jew entità għall-miżuri msemmija fl-Artikoli 5(1)(b) u 6(1)(b), huwa għandu jemenda l-Annessi II u IV kif meħtieġ.

3.   Il-Kunsill għandu jikkomunika d-deċiżjoni tiegħu lill-persuna jew l-entità msemmija fil-paragrafi 1 u 2, inklużi r-raġunijiet għall-elenkar, jew direttament, jekk l-indirizz ikun magħruf, jew permezz tal-pubblikazzjoni ta' notifika, u jipprovdi lil tali persuna jew entità opportunità li tippreżenta osservazzjonijiet.

4.   Fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet, jew fejn tiġi ppreżentata evidenza sostanzjali ġdida, il-Kunsill għandu jerġa’ jeżamina d-deċiżjoni tiegħu u jinforma lill-persuna jew entità kif meħtieġ.

Artikolu 10

1.   L-Annessi I, II, III u IV għandhom jinkludu r-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni u l-entitajiet elenkati kkonċernati, kif ipprovduti mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Annessi I u III.

2.   L-Annessi I, II, III u IV għandhom jinkludu wkoll, fejn disponibbli, l-informazzjoni meħtieġa għall-identifikazzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati, kif ipprovduta mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat fir-rigward tal-Annessi I u III. Fir-rigward tal-persuni, tali informazzjoni tista’ tinkludi l-ismijiet, inklużi l-psewdonimi, id-data u l-post ta’ twelid, iċ-ċittadinanza, in-numri tal-passaport u tal-karta tal-identità, is-sess, l-indirizz jekk magħruf, u l-funzjoni jew il-professjoni. Fir-rigward tal-entitajiet, tali informazzjoni tista tinkludi l-ismijiet, il-post u d-data tar-reġistrazzjoni, in-numru tar-reġistrazzjoni u l-post tan-negozju. L-Annessi I u III għandhom jinkludu wkoll id-data tal-indikazzjoni mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat.

Artikolu 11

Sabiex jiġi massimizzat l-impatt tal-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni, l-Unjoni għandha tħeġġeġ lil Stati terzi biex jadottaw miżuri restrittivi simili.

Artikolu 12

1.   Din id-Deċiżjoni għandha tiġi riveduta, emendata jew imħassra kif adatt, b'mod partikolari fid-dawl tad-deċiżjonijiet rilevanti mill-Kunsill tas-Sigurtà.

2.   Il-miżuri msemmija fl-Artikoli 5(1)(b) u 6(1)(b) għandhom jiġu riveduti f'intervalli regolari u minn tal-inqas kull 12-il xahar. Huma ma għandhomx jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jekk il-Kunsill jiddetermina, f'konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 8(2), li l-kondizzjonijiet għall-applikazzjoni tagħhom ma għadhomx sodisfatti.

Artikolu 13

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Frar 2011.

Għall-Kunsill

Il-President

MARTONYI J.


ANNESS I

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 5(1)(a)

1.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Numru tal-passaport: B010574. Data tat-twelid: 01/07/1950.

Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

2.

DIBRI, Abdulqader Yusef

Data tat-twelid: 1946. Post tat-twelid: Houn, il-Libja.

Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar QADHAFI. Responsabbiltà għas-sigurtà tar-reġim. Passat ta' ordnijiet ta' vjolenza kontra d-dissidenti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

3.

DORDA, Abu Zayd Umar

Direttur, Organizzazzjoni tas-Sigurtà Esterna. Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

4.

JABIR, Maġġur Ġeneral Abu Bakr Yunis

Data tat-twelid: 1952. Post tat-twelid: Jalo, il-Libja.

Ministru tad-Difiża. Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

5.

MATUQ, Matuq Mohammed

Data tat-twelid: 1956. Post tat-twelid: Khoms.

Segretarju għall-Utilitajiet. Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat kien involut f'suppressjoni tad-dissens u l-vjolenza.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

6.

QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed

Data tat-twelid:1948. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Kuġin ta' Muammar QADHAFI. Fis-snin 80, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-assassinju tad-dissidenti u allegatament responsabbli minn diversi mwiet fl-Ewropa. Huwa suspettat ukoll li kien involut fl-akkwist tal-armi.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

7.

QADHAFI, Aisha Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Bint Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

8.

QADHAFI, Hannibal Muammar

Numru tal-passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20/09/1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

9.

QADHAFI, Khamis Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

10.

QADHAFI, Mohammed Muammar

Data tat-twelid: 1970. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

11.

QADHAFI Muammar Mohammed Abu Minyar

Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbiltà għall-ordni tar-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

12.

QADHAFI, Mutassim

Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

13.

QADHAFI, Saadi

Numru tal-passaport: 014797. Data tat-twelid: 25/05/1973. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Kmandant tal-Forzi Speċjali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

14.

QADHAFI, Saif al-Arab

Data tat-twelid: 1982. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

15.

QADHAFI, Saif al-Islam

Numru tal-passaport: B014995. Data tat-twelid: 25/06/1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jħeġġu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

16.

AL-SENUSSI, Kurunell Abdullah

Data tat-twelid: 1949. Post tat-twelid: is-Sudan.

Direttur tal-Intelligence Militari. Involviment tal-Intelligence Militari fis-suppressjoni tad-dimostrazzjonijiet. Passat li jinkludi suspett ta' involviment fil-massakru tal-ħabs ta' Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.


ANNESS II

Lista ta' persuni msemmija fl-Artikolu 5(1)(b)

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

1.

ABDULHAFIZ, Kurunell Mas’ud

Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Armati

it-tielet fil-kmand tal-Forzi Armati. Rwol sinifikanti fl- Intelligence Militari.

28.2.2011

2.

ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed

Pożizzjoni: Kap ta' Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju. Sieħeb qrib ta' Muammar QADHAFI.

28.2.2011

3.

ABU SHAARIYA

Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Membru prominenti tar-reġim. Ħaten Muammar QADHAFI.

28.2.2011

4.

ASHKAL, Al-Barrani

 

Membru anzjan tar-reġim.

28.2.2011

5.

ASHKAL, Omar

Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati Rivoluzzjonarji

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

6.

QADHAF AL-DAM, Ahmed Mohammed

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: L-Eġittu

Kuġin ta' Muammar QADHAFI. Huwa mifhum li ilu mill-1995 jikkmanda battaljun elitista tal-armata responsabbli għas-sigurtà personali ta' Qadhafi u li għandu rwol ewlieni fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. Huwa kien involut fl-ippjanar ta' operazzjonijiet kontra dissidenti Libjani barra mill-pajjiż u kien direttament involut f'attivitajiet terroristiċi.

28.2.2011

7.

AL-BARASSI, Safia Farkash

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja

Mart Muammar QADHAFI.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

8.

SALEH, Bachir

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Traghen

Kap tal-Kabinett tal-Mexxej.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

9.

Il-Ġeneral TOHAMI, Khaled

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Genzur

Direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

10.

FARKASH, Mohammed Boucharaya

Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949

Post tat-twelid: Al-Bayda

Direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà Esterna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011


ANNESS III

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 6(1)(a)

1.

QADHAFI, Aisha Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Bint Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

2.

QADHAFI, Hannibal Muammar

Numru tal-passaport: B/002210. Data tat-twelid: 20/09/1975. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

3.

QADHAFI, Khamis Muammar

Data tat-twelid: 1978. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

4.

QADHAFI, Muammar Mohammed Abu Minyar

Data tat-twelid: 1942. Post tat-twelid: Sirte, il-Libja.

Mexxej tar-Rivoluzzjoni, Kmandant Suprem tal-Forzi Armati. Responsabbiltà li ordna r-ripressjoni tad-dimostrazzjonijiet, abbużi tad-drittijiet tal-bniedem.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

5.

QADHAFI, Mutassim

Data tat-twelid: 1976. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali. Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.

6.

QADHAFI, Saif al-Islam

Direttur, Fondazzjoni Qadhafi. Numru tal-passaport: B014995. Data tat-twelid: 25/06/1972. Post tat-twelid: Tripli, il-Libja.

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Dikjarazzjonijiet pubbliċi xewwiexa li jħeġġu l-vjolenza kontra d-dimostranti.

Data tal-indikazzjoni tan-NU: 26.2.2011.


ANNESS IV

Lista ta' persuni u entitajiet imsemmija fl-Artikoli 6(1)(b)

 

Isem

Informazzjoni ta' identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-inklużjoni fil-lista

1.

ABDULHAFIZ, Kurunell Mas’ud

Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Armati

it-tielet fil-kmand tal-Forzi Armati. Rwol sinifikanti fl- Intelligence Militari.

28.2.2011

2.

ABDUSSALAM, Abdussalam Mohammed

Pożizzjoni: Kap ta' Kontra t-Terroriżmu, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Membru prominenti tal-Kumitat Rivoluzzjonarju. Sieħeb qrib ta' Muammar QADHAFI.

28.2.2011

3.

ABU SHAARIYA

Pożizzjoni: Viċi Kap, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Membru prominenti tar-reġim. Ħaten Muammar QADHAFI.

28.2.2011

4.

ASHKAL, Al-Barrani

Pożizzjoni: Viċi Direttur, Intelligence Militari

Membru anzjan tar-reġim.

28.2.2011

5.

ASHKAL, Omar

Pożizzjoni: Kap, Moviment tal-Kumitati Rivoluzzjonarji

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

6.

AL-BAGHDADI, Dr Abdulqader Mohammed

Pożizzjoni: Kap tal-Uffiċċju ta' Kollegament tal-Kumitati Rivoluzzjonarji,

Nru tal-passaport: B010574

Data tat-twelid: 01/07/1950

Kumitati Rivoluzzjonarji involuti fi vjolenza kontra d-dimostranti.

28.2.2011

7.

DIBRI, Abdulqader Yusef

Pożizzjoni: Kap tas-sigurtà personali ta' Muammar QADHAFI.

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Houn, il-Libja

Responsabbiltà għas-sigurtà tar-reġim. Storja ta' vjolenza kontra dissidenti.

28.2.2011

8.

DORDA, Abu Zayd Umar

Pożizzjoni: Direttur, Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna

Fidil għar-reġim. Kap tal-aġenzija tal-intelligence esterna.

28.2.2011

9.

JABIR, Ġeneral Maġġur Abu Bakr Yunis

Pożizzjoni: Ministru tad-Difiża.

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Jalo, il-Libja

Responsabbiltà ġenerali għall-azzjonijiet tal-forzi armati.

28.2.2011

10.

MATUQ, Matuq Mohammed

Pożizzjoni: Segretarju għall-Utilitajiet

Data tat-twelid: 1956

Post tat-twelid: Khoms

Membru anzjan tar-reġim. Involviment mal-Kumitati Rivoluzzjonarji. Fil-passat, storja ta' involviment fis-soppressjoni tad-dissidenti u vjolenza.

28.2.2011

11.

QADHAF AL-DAM, Ahmed Mohammed

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: L-Eġittu

Kuġin ta' Muammar QADHAFI. Huwa mifhum li ilu mill-1995 jikkmanda battaljun elitista tal-armata responsabbli għas-sigurtà personali ta' Qadhafi u li għandu rwol ewlieni fl-Organizzazzjoni għas-Sigurtà Esterna. Huwa kien involut fl-ippjanar ta' operazzjonijiet kontra dissidenti Libjani barra mill-pajjiż u kien direttament involut f'attivitajiet terroristiċi.

28.2.2011

12.

QADHAF AL-DAM, Sayyid Mohammed

Data tat-twelid: 1948

Post tat-twelid: Sirte, il-Libja

Kuġin ta' Muammar QADHAFI. Fit-tmeninijiet, Sayyid kien involut fil-kampanja tal-qtil ta' dissidenti u allegatament responsabbli għal diversi mwiet fl-Ewropa. tal-armi.

28.2.2011

13.

QADHAFI, Mohammed Muammar

Pożizzjoni: Chairman tal-Kumpannija Ġenerali tal-Posta u t-Telekomunikazzjoni

Data tat-twelid: 1970

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar- reġim.

28.2.2011

14.

QADHAFI, Saadi

Pożizzjoni: Kmandant tal-Forzi Speċjali

Nru tal-passaport 014797

Data tat-twelid: 25/05/1973

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim. Kmand tal-unitajiet militari involuti fir-ripressjoni tad-dimostranti.

28.2.2011

15.

QADHAFI, Saif al-Arab

Data tat-twelid: 1982

Post tat-twelid: Tripli, il-Libja

Iben Muammar QADHAFI. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

16.

AL-SENUSSI, Kurunell Abdullah (Al-Megrahi)

Pożizzjoni: Direttur tal-Intelligence Militari

Data tat-twelid: 1949

Post tat-twelid: Sudan

Involviment tal-Intelligence Militari fis-soppressjoni tad-dimostrazzjoni. Fil-passat, issuspettat bl-involviment fil-massakru tal-ħabs Abu Selim. Ikkundannat in absentia għall-bumbardament ta' titjira tal-UTA. Ħaten Muammar QADHAFI.

28.2.2011

17.

AL-BARASSI, Safia Farkash

Data tat-twelid: 1952

Post tat-twelid: Al Bayda, il-Libja

Mart Muammar QADHAFI.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

18.

SALEH, Bachir

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Traghen

Kap tal-Kabinett tal-Mexxej.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

19.

Il-Ġeneral TOHAMI, Khaled

Data tat-twelid: 1946

Post tat-twelid: Genzur

Direttur tal-Uffiċċju għas-Sigurtà Interna.

Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011

20.

FARKASH, Mohammed Boucharaya

Data tat-twelid: 1 ta' Lulju 1949

Post tat-twelid: Al-Bayda

Direttur tal-intelligence fl-Uffiċċju għas-Sigurtà

Esterna. Assoċjazzjoni mill-qrib mar-reġim.

28.2.2011