|
2.3.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 57/43 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-1 ta’ Marzu 2011
li ġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE li titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimetilfumarat ma jitqegħdux fis-suq jew ikunu disponibbli fih
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 1174)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2011/135/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2001/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Diċembru 2001 dwar is-sigurtà ġenerali tal-prodotti (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/251/KE (2) titlob lill-Istati Membri jiżguraw li prodotti li fihom il-bijoċidju dimetilfumarat (DMF) ma jitqegħdux fis-suq u lanqas ma jkunu disponibbli. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni 2009/251/KE ġiet adottata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/95/KE, li tillimita l-validità tad-Deċiżjoni għal perjodu ta’ mhux iżjed minn sena, iżda tippermetti li tiġi kkonfermata għal perjodi addizzjonali li l-ebda wieħed minnhom ma għandu jkun ta’ iktar minn sena. |
|
(3) |
Il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE ġiet estiża bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/153/UE (3) għal perjodu addizzjonali ta’ sena. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba s’issa u n-nuqqas ta’ miżura permanenti li tindirizza l-prodotti tal-konsumatur li fihom id-DMF, jeħtieġ li tiġġedded il-validità tad-Deċiżjoni 2009/251/KE għal 12-il xahar oħra. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni 2009/251/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15 tad-Direttiva Nru 2001/95/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 2009/251/KE huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 4
Perjodu tal-applikazzjoni
Din id-Deċiżjoni tapplika sal-15 ta’ Marzu 2012.”
Artikolu 2
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Deċiżjoni sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2011 u għandhom jippubblikaw dawk il-miżuri. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2011.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni