|
25.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 51/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-21 ta' Frar 2011
dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru
(2011/126/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 100(2), flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
|
(1) |
Fil-5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju. |
|
(2) |
Il-Kummissjoni nnegozjat, f’isem il-Komunità Ewropea, Ftehim mal-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru f’konformità mal-mekkaniżmi u d-direttivi fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Kummissjoni tiftaħ negozjati ma' pajjiżi terzi dwar il-bdil ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali eżistenti bi Ftehim Komunitarju. |
|
(3) |
Il-Ftehim ġie ffirmat f’isem il-Komunità fit-30 ta' Novembru 2009 suġġett għall-konklużjoni possibbli tiegħu f’data aktar ’il quddiem, f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/144/KE (1). |
|
(4) |
Konsegwentement għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea. |
|
(5) |
Il-Ftehim għandu jiġi approvat, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Afrika tal-Punent dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru (“il-Ftehim”) huwa b'dan approvat f’isem l-Unjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu, f’isem l-Unjoni, jagħti n-notifika prevista fl-Artikolu 9(1) tal-Ftehim u jagħmel in-notifika li ġejja:
“Konsegwentement għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, l-Unjoni Ewropea ssostitwixxiet u ssuċċediet lill-Komunità Ewropea u minn dik id-data teżerċita d-drittijiet kollha u tassumi l-obbligi kollha tal-Komunità Ewropea. Għalhekk, ir-referenzi magħmula għall-‘Komunità Ewropea’ fit-test tal-Ftehim għandhom, fejn ikun il-każ, jinqraw bħala referenzi għall-‘Unjoni Ewropea’.”
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MARTONYI J.