16.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 42/27


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-15 ta’ Frar 2011

dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet ta’ ċerti aġenziji tal-pagamenti fl-Italja li jikkonċernaw l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għas-sena finanzjarja 2008

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 754)

(It-test bit-Taljan biss huwa awtentiku)

(2011/103/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 tal-21 ta’ Ġunju 2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (1), u b’mod partikulari l-Artikoli 30 u 33 tiegħu,

Wara li kkonsultat il-Kumitat tal-Fond,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2009/373/KE (2), 2010/59/UE (3) u 2010/721/EU (4) għas-sena finanzjarja 2008, approvaw il-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti kollha ħlief l-aġenzija tal-pagamamenti Ġermaniża “Bayern”, l-aġenzija tal-pagamenti Griega “OPEKEPE”, l-aġenzija tal-pagamenti Taljana “ODARC” u l-aġenzija tal-pagamenti Taljana “ARBEA”.

(2)

Wara t-trasmissjoni ta’ tagħrif ġdid u wara li saru aktar verifiki, il-Kummissjoni issa tista’ tiddeċiedi fir-rigward tal-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), dwar l-integralità, l-eżattezza u l-veraċità tal-kontijiet imressqin mill-aġenzija tal-pagamenti Taljana “ARBEA”.

(3)

Skont l-Artikolu 30(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, din id-Deċiżjoni ma tippreġudikax deċiżjonijiet meħuda sussegwentement mill-Kummissjoni li jeskludu mill-finanzjament tal-UE nfiq li ma jiġix effettwat skont ir-regoli tal-UE,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti Taljan “ARBEA”, dwar l-infiq iffinanzjat mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fir-rigward tas-sena finanzjarja 2008, huma b’dan approvati.

L-ammonti li jistgħu jiġu rkuprati minn, jew imħallsa lil, kull Stat Membru taħt kull programm ta’ żvilupp rurali skont din id-Deċiżjoni, inklużi dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-Artikolu 33(8) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, huma stipulati fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

Dacian CIOLOŞ

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 1.

(2)  ĠU L 116, 9.5.2009, p. 21.

(3)  ĠU L 34, 5.2.2010, p. 26.

(4)  ĠU L 312, 27.11.2010, p. 23.


ANNESS

APPROVAZZJONI L-INFIQ LI MA KIENX GĦADU APPROVAT MILL-PROGRAMM GĦALL-IŻVILUPP RURALI U MIŻURI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2008

Ammont li jrid jiġi rkuprat lill-Istat Membru jew imħallas lilu għal kull programm

(EUR)

CCI

Infiq għall-2008

Korrezzjonijiet

Total

Ammonti li ma jistgħux jerġgħu jintużaw

Ammonti approvati u aċċettati għas-SF 2008

Pagamenti interim rimborżati lill-Istat Membru għas-sena finanzjarja

ammont li jrid jiġi rkuprat (–) jew imħallas (+) lill-Istat Membru fid-dikjarazzjoni li jmiss

IT: 2007IT06RPO0017

i

ii

iii = i + ii

iv

v = iii – iv

vi

vii = v – vi

113

13 960,24

0,00

13 960,24

0,00

13 960,24

13 960,24

0,00

211

120 914,76

0,00

120 914,76

0,00

120 914,76

120 914,76

0,00

214

16 824 475,27

0,00

16 824 475,27

0,00

16 824 475,27

16 944 398,00

– 119 922,73

221

1 194 719,75

0,00

1 194 719,75

0,00

1 194 719,75

1 194 719,72

0,03

Total

18 154 070,02

0,00

18 154 070,02

0,00

18 154 070,02

18 273 992,72

– 119 922,70