12.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 38/42 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-11 ta’ Frar 2011
rigward l-approvazzjoni tal-kontijiet ippreżentati mir-Rumanija għan-nefqa ffinanzjata taħt il-programm speċjali tal-adeżjoni għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (Sapard) fl-2007
(notifikata bid-dokument numru C(2011) 759)
(It-test Rumen biss huwa awtentiku)
(2011/96/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 tal-21 ta’ Ġunju 1999 dwar l-għajnuna mill-Komunità għal miżuri ta’ qabel l-Adeżjoni għal żvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti tal-Ewropa Ċentrali u ta’ Lvant matul il-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2222/2000 tas-7 ta’ Ġunju 2000 li jniżżel regoli finanzjarji għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1268/1999 dwar l-appoġġ tal-Komunità għal miżuri qabel l-adeżjoni għall-iżvilupp agrikolu u rurali fil-pajjiżi applikanti tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant fil-perjodu ta’ qabel l-adeżjoni (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim ta’ Finanzjament Multiannwali konkluż mar-Rumanija fit-2 ta’ Frar 2001 u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tat-Taqsima A għall-Anness tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 248/2007 tat-8 ta’ Marzu 2007 dwar miżuri li jikkonċernaw il-Ftehim ta’ Finanzjament Multiannwali u l-Ftehim ta’ Finanzjament Annwali li saru taħt il-programm Sapard u t-tranżizzjoni minn Sapard għall-iżvilupp rurali (3), flimkien mal-Ftehimiet ta’ Finanzjament Multiannwali kif imsemmi fl-Anness II, il-punt 1 ta’ dak ir-Regolament, u b’mod partikolari l-Artikolu 11 tat-Taqsima A għall-Anness tiegħu,
Wara li kkonsultat il-Kumitat dwar il-Fondi Agrikoli,
Billi:
(1) |
Il-Kummissjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, ikkonkludiet ftehimiet ta’ finanzjament multiannwali (MAFAs) li jistipulaw il-qafas tekniku, legali u amministrattiv għall-eżekuzzjoni tal-Programm Speċjali tal-Adeżjoni għall-Agrikoltura u għall-Iżvilupp Rurali (Sapard) mar-Rumanija. |
(2) |
L-Artikolu 11 tat-Taqsima A tal-Anness għall-MAFAs jipprovdi għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet mill-Kummissjoni. Dik id-dispożizzjoni tibqa’ tapplika għar-Rumanija, skont ir-Regolament (KE) Nru 248/2007. |
(3) |
Il-limiti taż-żmien, għas-sottomissjoni lill-Kummissjoni tad-dokumenti meħtieġa, mogħtija lill-pajjiżi li jirċievu finanzjament skadew. |
(4) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008)5524 tat-30 ta’ Settembru 2008 approvat il-kontijiet tal-Bulgarija u l-Kroazja. Madankollu, minħabba li l-analiżi tat-tagħrif supplementari mitlub lir-Rumanija kienet għadha għaddejja, id-deċiżjoni rigward il-kontijiet ta’ dan il-pajjiż ma setgħetx tiġi adottata f’dan l-istadju. |
(5) |
Sadanittant it-tagħrif supplementari ġie sottomess. Il-kontrolli li twettqu jippermettu lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni dwar il-kompletezza, l-akkuratezza u l-veraċità tal-kontijiet sottomessi mill-aġenzija Sapard. |
(6) |
Din id-Deċiżjoni hija adottata abbażi tat-tagħrif tal-kontabilità. Ma tippreġudikax il-possibbiltà li l-Kummissjoni sussegwentement tiddeċiedi li teskludi mill-finanzjamanet tal-UE nefqa mhux imġarrba skont ir-Regolament (KE) Nru 2222/2000, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kontijiet tal-Aġenzija Sapard, li tinsab fit-territorju tar-Rumanija, li jirrigwardaw nefqa ffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea fl-2007 huma ddikjarati hawnhekk.
Artikolu 2
In-nefqa u l-finanzjament riċevut mill-UE għas-sena finanzjarja 2007, kif iddikjarat fil-31 ta’ Diċembru 2007, u l-assi miżmuma minn dan il-Pajjiż Benefiċjarju f’isem l-UE fil-31 ta’ Diċembru 2007, li se jiġu approvati skont din id-Deċiżjoni, huma stipulati fl-Anness.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Frar 2011.
Għall-Kummissjoni
Dacian CIOLOŞ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 161, 26.6.1999, p. 87.
(2) ĠU L 253, 7.10.2000, p. 5.
ANNESS
Approvazzjoni tal-kontijiet tal-Agenzija Sapard Rumena
Sena finanzjarja 2007
Nefqa u finanzjament riċevut mill-UE għas-sena finanzjarja 2007 kif iddikjarat fil-31 ta' Diċembru 2007
(l-Ammonti kollha f’euro) |
|||||||
Pajjiż Benefiċjarju |
Dikjarazzjoni D2 Kontribuzzjoni tal-UE Sena finanzjarja 2007 |
Kontribuzzjoni tal-UE approvata b'din id-deċiżjoni |
Kontribuzzjoni tal-UE mhux approvata b'din id-deċiżjoni |
Total b + c |
Aġġustamenti (1) |
Finanzjament riċevut mill-UE (D1) |
Differenza li trid tiġi rkuprata jew imħallsa Sena finanzjarja 2007 (2) |
|
a |
b |
c |
d |
e |
f |
g = d - e - f |
Ir-Rumanija |
260 601 503,20 |
260 601 503,20 |
0,00 |
260 601 503,20 |
39 204,26 |
260 464 956,44 |
97 342,50 (3) |
Assi miżmuma mill-Pajjiżi Benefiċjarji f'isem l-UE fil-31 ta' Diċembru 2007
(l-Ammonti kollha f’euro) |
||||
Pajjiż Benefiċjarju |
KONT F'EURO bilanċ approvat b'din id-deċiżjoni |
KONT F'EURO bilanċ mhux approvat b'din id-deċiżjoni |
DEBITURI Approvati b'din id-deċiżjoni |
DEBITURI mhux approvati b'din id-deċiżjoni |
|
h |
|
i |
|
Ir-Rumanija |
815 476,50 |
0,00 |
2 735 476,31 (4) |
0,00 |
(1) Dan l-ammont jirrappreżenta l-aġġustamenti li saru mill-awtorijiet Rumeni fin-nefqa ddikjarata lill-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2007 matul il-perjodi sussegwenti, minħabba l-ammonti rkuprati għall-miżura 3.3.
(2) Dan l-ammont jirrappreżenta d-differenza matematika bejn l-ammont approvat u dak irrimborsat għas-sena finanzjarja 2007, mingħajr ma jqis l-avvanzi mħallsa fis-snin ta' qabel. Is-servizzi tal-Kummissjoni ma jintrabtux li jirkupraw jew iħallsu kwalunkwe ammont fid-data ta' din id-deċiżjoni.
(3) Id-differenza ta' (EUR –97 342,50) hija r-riżultat matematiku ta' (EUR 97 452,16) li jirrappreżentaw in-nefqa ddikjarata iżda mhux irrimborsata mill-Kummissjoni wara l-evalwazzjoni tar-rapporti tal-prestazzjoni l-ġdida għall-miżura 3.3, ta' (EUR – 92,69) li jirrappreżentaw korrezzjonijiet li saru mill-awtoritajiet Rumeni fl-2007 għal D1 2006, ta' (EUR – 18,36) minħabba l-użu skorett tar-rata ta' skambju għal tliet irkupri kif spjegat mis-CB, u ta' (EUR 1,39) biex jinġiebu sal-eqreb ċifra.
(4) L-ammonti ma jqisux l-imgħax dovut fuq id-debiti.