11.2.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 37/25


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-10 ta' Frar 2011

li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces

(notifikata bid-dokument numru C(2011) 701)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2011/93/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/425/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar l-iċċekkjar veterinarju u zootekniku applikabbli għall-kummerċ intra-Komunitarju ta' ċerti annimali ħajjin u prodotti bil-ħsieb tat-tlestija tas-suq intern (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20(1) u (3) tiegħu,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 91/496/KEE tal-15 ta' Lulju 1991 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta' kontrolli veterinarji fuq annimali li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi u li temenda d-Direttivi 89/662/KEE, 90/425/KEE u 90/675/KEE (2), u b’mod partikolari t-tieni sentenza tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tagħha,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 97/78/KE tat-18 ta' Diċembru 1997 li tistabbilixxi l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni tal-verifiki veterinarji fuq prodotti li jidħlu fil-Komunità minn pajjiżi terzi (3), u partikularment l-Artikolu 6(2) tagħha,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE tat-28 ta' Settembru 2009 tfassil ta' lista approvata ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera, li tistabbilixxi ċerti regoli dwar l-ispezzjonijiet imwettqa mill-esperti veterinarji tal-Kummissjoni u tistabbilixxi l-unitajiet veterinarji fi TRACES (4), tistabbilixxi lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera approvati f’konformità mad-Direttivi 91/496/KEE u 97/78/KE. Din il-lista hija stipulata fl-Anness I ta' dik id-Deċiżjoni.

(2)

Wara komunikazzjoni mid-Danimarka, iċ-Ċentru ta' spezzjoni 2 fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Hirtshals għandu jitħassar mil-listi għal dak il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Barra minn hekk, il-kategoriji ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali li attwalment jistgħu jiġu vverifikati fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta' Billund għandhom jitħassru mill-annotazzjonijiet għal dak il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera.

(3)

Wara spezzjoni sodisfaċenti mis-servizzi ta' spezzjoni tal-Kummissjoni, l-Uffiċċju tal-Ikel u l-Veterinarju, għandu jiżdied post addizzjonali ta' spezzjoni fuq il-fruntiera f’Kalundborg fid-Danimarka mal-annotazzjonijiet ma' dak l-Istat Membru fil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(4)

Wara komunikazzjoni mill-Ġermanja, iċ-ċentru ta' spezzjoni “Frigo Altenwerder” fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Hamburg għandu jiġi sostitwit biċ-Ċentru ta' spezzjoni “Altenwerder Kirchtal”, b’kategoriji addizzjonali ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali li jistgħu jiġu vverfikati f’dak iċ-Ċentru ta' spezzjoni. Dak iċ-Ċentru ġdid ta' spezzjoni għandu jiġi inkluż fl-annotazzjonijiet għal dak il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera stabbilit fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(5)

Wara komunikazzjoni mill-Greċja, l-approvazzjoni tal-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera ferrovjarja ta' Neos Kafkassos għandu jitħassar mil-lista stabbilita fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Barra minn hekk, ċerti kategoriji ta' annimali ħajjin li attwalment jistgħu jiġu vverifikati fit-triq tal-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera ta' Neos Kafkassos għandhom jitħassru fl-annotazzjonijiet għal dak il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera f’dik il-lista.

(6)

Spanja kkomunikat li ġie installat Ċentru addizzjonali ta' spezzjoni fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta' Barċellona. Wara dik il-komunikazzjoni, il-lista ta' postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera għal dak l-Istat Membru għandha tiġi emendata.

(7)

Franza kkomunikat li l-approvazzjoni tal-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Boulogne għandu jitħassar mil-lista ta' postijiet ta' spezzjoni għal dak l-Istat Membru.

(8)

Wara komunikazzjoni mil-Latvja, is-sospensjoni attwali ta' approvazzjoni ta' Ċentru wieħed ta' spezzjoni fil-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Riga (Riga port) m’għandux japplika aktar. Għaldaqstant l-annotazzjoni għal dak il-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera għandha tiġi emendata skont dan.

(9)

Wara komunikazzjoni mir-Renju Unit, ċerti kategoriji ta' prodotti ta' oriġini mill-annimali li jistgħu jiġu kkontrollati attwalment fil-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport internazzjonali ta' Belfast u fl-ajruport ta' Nottingham East Midlands għandhom jitħassru fl-annotazzjonijiet għal dawk il-postijiet ta' spezzjoni fuq il-fruntiera stabbiliti fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2009/821/KE. Barra minn hekk, l-annotazzjoni għall-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta' Manston għandu jitħassar mil-lista ta' annotazzjonijiet għal dak l-Istat Membru stabbilit f’dak l-Anness.

(10)

L-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE jistabbilixxi l-lista ta' unitajiet ċentrali, unitajiet reġjonali u unitajiet lokali fis-sistema veterinarja kompjuterizzata integrata (Traces).

(11)

Wara komunikazzjonijiet mill-Belġju, il-Ġermanja, l-Irlanda, l-Italja u l-Portugall, għandhom isiru ċerti bidliet fil-lista ta' unitajiet ċentrali, reġjonali u lokali fi Traces għal dawk l-Istati Membri stipulati fl-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE.

(12)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2009/821/KE għandha tiġi emendata skont dan.

(13)

Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2011.

Għall-Kummissjoni

John DALLI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 29.

(2)  ĠU L 268, 24.9.1991, p. 56.

(3)  ĠU L 24, 30.1.1998, p. 9.

(4)  ĠU L 296, 12.11.2009, p. 1.


ANNESS

L-Annessi I u II tad-Deċiżjoni 2009/821/KE huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness I huwa emendat kif ġej:

(a)

Il-parti li tikkonċerna d-Danimarka hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-port ta' Hirtshals hija sostitwita b'dan li ġej:

“Hirtshals

DK HIR 1

P

 

HC-T(FR)(1)(2)”

 

(ii)

l-annotazzjoni għall-ajruport f'Billund hija sostitwita b'dan li ġej:

“Billund

DK BLL 4

A

 

 

U, E, O”

(iii)

l-annotazzjoni li ġejja għal post ġdid ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fil-port ta' Kalundborg hija miżjuda:

“Kalundborg

DK KAL 1

P

 

NHC-NT(6)”

 

(b)

Fil-parti li tikkonċerna l-Ġermanja, l-annotazzjoni għall-port ta' Hamburg Hafen hija sostitwita b'dan li ġej:

“Hamburg Hafen

DE HAM 1

P

Burchardkai

HC, NHC-NT, NHC-T(FR)

 

Altenwerder Kirchtal

HC, NHC-NT, NHC-T(FR)

 

Reiherdamm

HC, NHC-T(FR), NHC-NT”

 

(c)

Il-parti li tikkonċerna l-Greċja hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għal-Linja Neos Kafkassos hija mħassra;

(ii)

l-annotazzjoni għat-Triq Neos Kafkassos hija sostitwita b' dan li ġej:

“Neos Kafkassos

GR NKF 3

R

 

HC, NHC-NT”

 

(d)

Fil-parti li tikkonċerna lil Spanja, l-annotazzjoni għall-ajruport f'Barċellona hija sostitwita b'dan li ġej:

“Barċellona

ES BCN 4

A

Iberia

HC(2), NHC-T(CH)(2), NHC-NT(2)

O

Flightcare

HC(2), NHC(2)

O

WFS

HC(2)”

 

(e)

Fil-parti li tikkonċerna lil Franza, l-annotazzjoni-annotazzjoni għall-port ta' Boulogne titħassra;

(f)

Fil-parti li tikkonċerna lil-Latvja, l-annotazzjoni għall-port ta' Riga (Riga port) hija sostitwita b'dan li ġej:

“Riga (Riga port)

LV RIX 1a

P

 

HC(2), NHC(2)

 

Kravu terminãls

HC-T(FR)(2), HC-NT(2)”

 

(g)

Il-parti li tikkonċerna r-Renju Unit hija emendata kif ġej:

(i)

id-daħla għall-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport f'Belfast International hija sostitwita b'dan li ġej:

“Belfast

GB BEL 4

A

 

NHC-NT(2), NHC-T(CH)(2)”

 

(ii)

l-annotazzjoni għall-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta' Manston hija mħassra;

(iii)

l-annotazzjoni għall-post ta' spezzjoni fuq il-fruntiera fl-ajruport ta' Nottingham East Midlands hija sostitwita b'dan li ġej:

“Il-Midlands tal-Lvant

GB EMA 4

A

 

HC-T(CH)(1)(2), HC-NT(1)(2), NHC-NT(2)”

 

(2)

L-Anness II għandu jiġi emendat kif ġej:

(a)

il-parti li tikkonċerna l-Belġju hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-unità reġjonali “BE200001 REGIO VLAANDEREN/RÉGION FLAMANDE” hija sostitwita b'dan li ġej:

“BE20001

REGIO VLAANDEREN/RÉGION FLAMANDE”

(ii)

l-annotazzjoni għall-unità reġjonali “BE200002 REGIO BRUSSEL/RÉGION BRUXELLES” hija sostitwita b'dan li ġej:

“BE20002

REGIO BRUSSEL/RÉGION BRUXELLES”

(iii)

l-annotazzjoni għall-unità reġjonali “BE200003 RÉGION WALLONNE/REGIO WALLONIË” hija sostitwita b'dan li ġej:

“BE20003

RÉGION WALLONNE/REGIO WALLONIË”

(b)

il-parti li tikkonċerna l-Ġermanja hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE03809 BAD NEUSTADT” hija sostitwita b'dan li ġej:

“DE03809

RHÖN-GRABFELD”

(ii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE12509 HÖCHSTADT” hija sostitwita b'dan li ġej:

“DE12509

ERLANGEN-HÖCHSTADT”

(iii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE18609 HASSFURT” hija sostitwita b'dan li ġej:

“DE18609

HASSBERGE”

(iv)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE21809 KARLSTADT” hija sostitwita b'dan li ġej:

“DE21809

MAIN-SPESSART”

(v)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE23609 LANDSBERG A.D. LECH” hija sostitwita b'dan li ġej:

“DE23609

LANDSBERG AM LECH”

(vi)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE24109 LAUF A.D. PREGNITZ” hija sostitwita b'dan li ġej:

“DE24109

NÜRNBERGER LAND”

(vii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE29309 NEUBURG A.D. DONAU” hija sostitwita b'dan li ġej:

“DE29309

NEUBURG-SCHROBENHAUSEN”

(viii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE30009 NEUSTADT A.D. AISCH” hija sostitwita b'dan li ġej:

“DE30009

NEUSTADT A.D. AISCH - BAD WINDSHEIM”

(ix)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE33809 PFARRKIRCHEN ROTTAL/INN” hija sostitwita b'dan li ġej:

“DE33809

ROTTAL/INN”

(x)

l-annotazzjonijiet għall-unitajiet lokali “DE45209 WEILHEIM I. OB” u “DE45509 WEISSENBURG” huma sostitwiti b'dan li ġej:

“DE45209

WEILHEIM-SCHONGAU;

DE45509

WEISSENBURG-GUNZENHAUSEN”

(xi)

l-annotazzjoni tal-unità lokali li ġejja hija miżjuda mal-annotazzjonijiet għall-unità reġjonali DE00009 BAYERN:

“DE23209

KRONACH”

(xii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE09515 DESSAU-ROSSLAU, STADT” hija sostitwita b'dan li ġej:

“DE09515

DESSAU-ROßLAU, STADT”;

(xiii)

l-annotazzjoni għall-unità lokali “DE39115 SALZLAND” hija sostitwita b'dan li ġej:

“DE39115

SALZLANDKREIS”

(ċ)

fil-parti li tikkonċerna lill-Irlanda, l-annotazzjoni għall-unità lokali “IE12100 TIPPERARY SOUTH” huma sostitwiti b'dan li ġej:

“IE12100

TIPPERARY”

(d)

il-parti li tikkonċerna lill-Italja hija emendata kif ġej:

(i)

l-annotazzjonijiet għall-unità reġjonali “IT00018 CALABRIA” u għall-unitajiet lokali f'dik l-unità reġjonali huma sostitwiti b'dan li ġej:

IT00018 CALABRIA

IT00718

A.S.P. CATANZARO;

IT00418

A.S.P. COSENZA;

IT00518

A.S.P. CROTONE;

IT01118

A.S.P. REGGIO CALABRIA;

IT00818

A.S.P. VIBO VALENTIA”

(ii)

l-annotazzjonijiet li ġejjin għall-unità reġjonali “IT00003 LOMBARDIA” huma mħassra:

“IT01403

CHIARI”

“IT00203

GALLARATE”

“IT03403

LEGNANO”

“IT01903

LENO”

“IT04003

MONTICHIARI”

“IT02203

OSTIGLIA”

“IT01703

SALÒ”

“IT01303

TREVIGLIO”

“IT02003

VIADANA”

(e)

fil-parti li tikkonċerna lill-Portugall, l-annotazzjoni għall-unità lokali “PT05300 LOURES” hija sostitwita b'dan li ġej:

“PT05300

LISBOA”