7.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 324/37 |
DEĊIŻJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-1 ta’ Diċembru 2011
dwar l-approvazzjoni tal-volum ta’ ħruġ ta’ muniti fl-2012
(BĊE/2011/21)
(2011/816/UE)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 128(2),
Billi:
(1) |
Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) għandu d-dritt esklussiv mill-1 ta’ Jannar 1999 biex japprova l-volum ta’ muniti maħruġin mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro. |
(2) |
L-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro ppreżentaw lill-BĊE għall-approvazzjoni tiegħu l-estimi tagħhom tal-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2012, flimkien ma’ noti li jispjegaw il-metodoloġija tat-tbassir, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Approvazzjoni tal-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2012
Il-BĊE qiegħed japprova l-volum ta’ muniti euro li għandhom jinħarġu fl-2012 mill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro kif deskritt fit-tabella li ġejja:
(miljuni f’EUR) |
|
|
Ħruġ ta’ muniti ddestinati għaċ-ċirkolazzjoni u l-ħruġ ta’ muniti għall-kollezzjonisti (mhux iddestinati għaċ-ċirkolazzjoni) fl-2012 |
Il-Belġju |
196,0 |
Il-Ġermanja |
668,0 |
L-Estonja |
12,7 |
L-Irlanda |
31,2 |
Il-Greċja |
25,4 |
Spanja |
250,0 |
Franza |
310,0 |
L-Italja |
128,4 |
Ċipru |
13,1 |
Il-Lussemburgu |
35,0 |
Malta |
10,5 |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
63,8 |
L-Awstrija |
264,0 |
Il-Portugall |
28,5 |
Is-Slovenja |
26,0 |
Is-Slovakkja |
32,2 |
Il-Finlandja |
60,0 |
Artikolu 2
Dispożizzjoni finali
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro.
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-1 ta’ Diċembru 2011.
Il-President tal-BĊE
Mario DRAGHI