|
27.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 250/255 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2011
dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2009
(2011/616/UE)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (05894/2011 — C7-0051/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b’mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (3), u b’mod partikulari l-Artikolu 4b tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ Qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0124/2011), |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2009; |
|
2. |
Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t’hawn taħt; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-direttur tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Jerzy BUZEK
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(1) ĠU C 342, 16.12.2010, p. 30.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.
RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-10 ta’ Mejju 2011
li tinkludi l-osservazzjonijiet li jagħmlu parti integrali mid-Deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2009
IL-PARLAMENT EWROPEW,
|
— |
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali definittivi tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2009, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta (1), |
|
— |
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 (05894/2011 — C7-0051/2011), |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 276 tat-Trattat KE, u l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 185 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1361/2008 tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007 dwar l-istabbiliment ta’ Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta’ ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 4b tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta SESAR adottat mill-Bord Eżekuttiv tiegħu fit-28 ta’ Lulju 2009 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “Regolament Finanzjarju SESAR”), |
|
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju ta’ Qafas għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (4), u b'mod partikolari l-Artikolu 94 tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 77 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, |
|
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A7-0124/2011), |
|
A. |
billi l-Qorti Ewropea tal-Awdituri ddikjarat li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2009 huma affidabbli, u li l-operazzjonijiet li sottostanti huma legali u regolari, |
|
B. |
billi l-Impriża Konġunta SESAR twaqqfet fi Frar 2007 bil-għan li tħaddem il-programm Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku fl-Ajru Uniku Ewropew (SESAR), |
|
C. |
billi l-Impriża Konġunta tinsab fil-fażi tagħha ta’ tnedija u kienet għadha ma stabbilixxietx bis-sħiħ il-kontrolli interni tagħha u s-sistemi tagħha ta’ informazzjoni finanzjarja sa tmiem l-2009, |
|
D. |
billi l-Impriża Konġunta hija s-sid tal-assi kollha tanġibbli u mhux tanġibbli maħluqa minnha jew li jiġu trasferiti lilha għall-fażi ta’ żvilupp tal-proġett SESAR, b'konformità mal-ftehim speċifiku milħuq mal-membri tagħha, |
|
E. |
billi f'April 2010 il-Qorti tal-Awdituri ppreżentat l-Opinjoni Nru 2/2010 dwar ir-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta SESAR, |
1.
Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li l-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-2009 huma affidabbli u t-tranżazzjonjiet sottostanti, jekk jitqiesu komplessivament, huma legali u regolari;
2.
Jinnota li l-Impriża Konġunta rċeviet EUR 55 000 000 miljun f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 27 689 788 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet mill-baġit tal-Unjoni għall-2009;
Implimentazzjoni tal-baġit
|
3. |
Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għall-2009 kien jinkludi EUR 325 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u EUR 157 000 000 f'approprjazzjonijiet għall-ħlasijiet; jagħraf ukoll li r-rati ta’ użu tal-approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-ħlasijiet kienu ta’ 97,1 % u 43,2 % rispettivament; |
|
4. |
Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta għadha fil-perjodu tal-bidu meta jitqies li r-Regolament (KE) Nru 1361/2008, li jimmodifika l-att bażiku tal-Impriża Konġunta SESAR (KE) Nru 219/2007, ġie adottat biss fis-16 ta’ Diċembru 2008; |
|
5. |
Jinnota li d-depożiti tal-bank fl-aħħar tas-sena, li jammontaw għal EUR 86 800 000, jirrappreżentaw ksur tal-prinċipju baġitarju tal-ekwilibrju; |
|
6. |
Iqis li hu importanti li jiġu stabbiliti l-kundizzjonijiet skont liema, jekk il-bilanċ tal-kont tar-riżultat ekonomiku jkun pożittiv, għandu jiddaħħal fil-baġit tal-Impriża Konġunta dis-sena finanzjarja ta’ wara sabiex tiġi speċifikata l-applikazzjoni ta’ din id-deroga mill-prinċipju baġitarju ġenerali ta’ ekwilibriju; |
|
7. |
Hu mħasseb li sistema ta’ ġestjoni integrata, tippermetti l-allokazzjoni ta’ spejjeż għal pakketti ta’ xogħol speċifiċi u l-identifikazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament tal-ispejjeż operattivi, kienu għadhom ma daħlux fit-test sa Diċembru 2009; |
|
8. |
Jitlob li mal-baġit ta’ kull sena jiġi mehmuż rapport speċjali dwar il-bilanċ mhux minfuq trasferit minn snin preċedenti, li jispjega għalfejn dawn l-approprjazzjonijiet imsemmija ma ntużawx, u kif u meta se jintużaw; |
Kontribut tal-Membri
|
9. |
Jitlob lill-Impriża Konġunta tarmonizza l-preżentazzjoni tal- kontribuzzjonijiet tal-membri fil-kontijiet taħt il-gwida tal-Kummissjoni; |
|
10. |
Jitlob lill-Impriża Konġunta tiżviluppa iktar, fir-Regoli ta’ Implimentazzjoni tagħha, l-Artikoli 97 u 98 tar-Regoli Finanzjarji SESAR b'dispożizzjonijiet dwar sħubija u kofinanzjament, partikolarment:
|
Sistemi ta’ kontroll intern
|
11. |
Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta tlesti l-implimentazzjoni tas-sistemi tagħha ta’ kontroll intern u ta’ informazzjoni finanzjarja; |
|
12. |
Jilqa' s-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri li ttieħdu passi importanti fl-2009 għall-ħolqien ta’ sistemi ta’ kontroll iżda jesprimi tħassib li għodda integrata għall-ġestjoni tal-informazzjoni finanzjarja, baġitarja u operattiva kienet għadha ma daħlitx fis-seħħ sal-aħħar tas-sena; jinnota t-tweġiba tal-Impriża Konġunta li s-sistemi finanzjarji kienu daħlu fis-seħħ sa' Mejju 2010; |
|
13. |
Jitlob lill-Impriża Konġunta tinkludi fir-Regoli Finanzjarji tagħha, referenza speċifika għas-setgħat tas-Servizz ta’ Verifika Interna (IAS) bħala l-Awditur Intern tagħha, abbażi tad-dispożizzjoni stabbilita fir-Regolament Finanzjarju ta’ Qafas għall-entitajiet tal-Komunità; |
|
14. |
Iqis li, b'mod partikolari li r-rwol talIAS bħala l-Awditur Intern għandu jkun li jagħti parir lill-Impriża Konġunta dwar kif għandha tittratta r-riskji, billi joħroġ opinjonijiet indipendenti dwar il-kwalità tas-sistemi ta’ amministrazzjoni u ta’ kontroll u billi toħroġ rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet u għall-promozzjoni ta’ amministrazzjoni finanzjarja soda; iqis li huwa essenzjali li l-Impriża Konġunta tippreżenta rapport lill-awtorità tal-kwittanza, li jkun imħejji mid-direttur tagħha u li jiġbor fil-qosor l-għadd u t-tip ta’ verifiki interni li jkunu saru mill-Awditur Intern, ir-rakkomandazzjonijiet li jkunu saru u l-azzjonijiet li jkunu ttieħdu rigward dawn ir-rakkomandazzjonijiet; |
|
15. |
Huwa tal-fehma li, minħabba d-daqs tal-baġit tagħha u l-kumplessità tal-kompiti tagħha, l-Impriża Konġunta għandha tistabbilixxi kumitat ta’ verifika, li jirrapporta direttament lill-Bord Amministrattiv; |
Regolament Finanzjarju
|
16. |
Jagħraf li wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1361/2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 219/2007, il-Bord Amministrattiv adotta r-Regoli Finanzjarji SESAR il-ġodda fit-28 ta’ Lulju 2009; iqis li dawn ir-regoli huma fil-biċċa l-kbira bbażati fuq il-prinċipji tar-Regolament Finanzjarju ta’ Qafas minkejja li hu tal-opinjoni li jista' jsir iktar titjib rigward:
|
(1) ĠU C 342, 16.12.2010, p. 30.
(2) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.