27.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 250/87


DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

tal-10 ta’ Mejju 2011

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III — Il-Kummissjoni

(2011/557/UE, Euratom)

IL-PARLAMENT EWROPEW,

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (1),

wara li kkunsidra l-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009 (SEC(2010) 963 – C7-0211/2010) (2),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2008 (COM(2010) 650), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw dak ir-rapport ((SEC(2010) 1437 u SEC(2010) 1438),

wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-2 ta’ Ġunju 2010 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2009” (COM(2010) 281),

wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl-2009 (COM(2010) 447), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja dan ir-rapport (SEC(2010) 994),

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar it-tweġibiet tal-Istati Membri għar-rapport annwali tal-2009 tal-Qorti tal-Awdituri (COM(2011)0104),

wara li kkunsidra r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit fir-rigward tas-sena finanzjarja 2009, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet (3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabilità tal-kontijiet, kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet ta’ bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (4),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009(05891/2011 — C7-0053/2011),

wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-15 ta’ Frar 2011 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2009 (05893/2011 — C7-0054/2011),

wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), kif emendat bir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006 (6) u (KE) Nru 1525/2007 (7), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (8), u b'mod speċjali l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0134/2011),

A.

billi skont l-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-kontijiet li jirrelataw għall-implimentazzjoni tal-baġit u tistabbilixxi dikjarazzjoni finanzjarja tal-attivi u l-passivi tal-Unjoni,

1.

Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009;

2.

Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni li hija parti integrali mid-Deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2009, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi;

3.

Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din id-Deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura l-pubblikazzjoni tagħhom f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

Il-President

Jerzy BUZEK

Is-Segretarju Ġenerali

Klaus WELLE


(1)  ĠU L 69, 13.3.2009.

(2)  ĠU C 308, 12.11.2010, p. 1.

(3)  ĠU C 303, 9.11.2010, p. 1.

(4)  ĠU C 308, 12.11.2010, p. 129.

(5)  ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)  ĠU L 390, 30.12.2006, p. 1.

(7)  ĠU L 343, 27.12.2007, p. 9.

(8)  ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.