18.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 158/5 |
ATT TAL-KUNSILL
tat-23 ta' Ottubru 2009
li jaħtar Deputat Direttur tal-Europol
2010/C 158/04
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA:
Wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar l-istabbiliment ta' Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Konvenzjoni tal-Europol) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 29(2) tagħha,
Filwaqt li jaġixxi bħala l-awtorità bis-setgħa li taħtar Deputat Direttur tal-Europol,
Wara li ngħata kont tal-Bord ta’ Ġestjoni,
billi:
(1) |
Wara t-talba għal riżenja ta' Deputat Direttur tal-Europol, li ngħatat mill-Kunsill (2), huwa meħtieġ li jinħatar Deputat Direttur. |
(2) |
Ir-Regolamenti tal-Persunal applikabbli għall-impjegati tal-Europol (3), u b'mod partikolari l-Appendiċi 8 tagħhom, jistabbilixxu dispożizzjonijiet speċjali dwar il-proċedura għall-għażla tad-Direttur jew ta' Deputat Direttur tal-Europol. |
(3) |
Il-Bord Amministrattiv ippreżenta lill-Kunsill b'lista qasira ta' applikanti adatti għall-ħatra, flimkien mal-inkartament sħiħ ta' kull wieħed minn dawk l-applikanti, kif ukoll il-lista sħiħa tal-applikanti. |
(4) |
Abbażi tal-informazzjoni rilevanti kollha fornuta mill-Bord Amministrattiv, il-Kunsill jixtieq jaħtar lill-applikant li, skont il-Kunsill, jissodisfa l-ħtiġiet kollha tal-pożizzjoni vakanti ta' Deputat Direttur, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Is-Sur Antonius DRIESSEN hu b'dan maħtur Deputat Direttur tal-Europol mill-1 ta' Novembru 2009 sal-31 ta' Ottubru 2013.
Artikolu 2
Dan l-Att għandu jkollu effett mill-jum tal-adozzjoni tiegħu.
Din għandha tkun ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-23 ta’ Ottubru 2009.
Għall-Kunsill
Il-President
T. BILLSTRÖM
(1) ĠU C 316 tas-27.11.1995, p. 2.
(2) Dok. 11637/09.
(3) Ara l-Att tal-Kunsill tat-3 ta' Diċembru 1998 li jistabbilixxi r-regolamenti tal-persunal applikabbli għall-impjegati ta' l-Europol (ĠU C 26 tat-30.1.1999, p. 23).