30.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 345/20


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) Nru 1263/2010

tal-20 ta’ Diċembru 2010

dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont il-Protokoll li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Protokoll ġdid (minn hawn ‘il quddiem “il-Protokoll”) li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-’ sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Seychelles (1) (minn hawn ‘il quddiem “il-Ftehim”) ġie inizjalat fit-3 ta’ Ġunju 2010. Il-Protokoll jipprovdi lill-bastimenti tal-UE b’opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet li fihom ir-Repubblika tas-Seychelles teżerċita s-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni fir-rigward tas-sajd.

(2)

Fl-20 ta’ Diċembru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/814/UE (2) dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll.

(3)

Il-metodu li bih jiġu allokati l-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri għandu jiġi ddefinit għat-tul ta’ żmien tal-Protokoll.

(4)

Skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd tal-Komunità barra mill-ilmijiet tal-Komunità u l-aċċess ta’ bastimenti ta’ pajjiżi terzi għall-ilmijiet tal-Komunità (3), f’każ li jkun jidher li l-opportunitajiet tas-sajd allokati lill-Unjoni skont il-Protokoll ma ġewx użati bis-sħiħ, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kkonċernati. Nuqqas ta’ tweġiba sa skadenza li tiġi ffissata mill-Kunsill jitqies bħala konferma li l-bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat mhux qed jagħmlu użu sħiħ mill-opportunitajiet tas-sajd tagħhom fil-perijodu speċifikat. L-iskadenza għandha tiġi ffissata.

(5)

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u għandu japplika mit-18 ta’ Jannar 2011,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   L-opportunitajiet tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll tal-Ftehim għandhom jiġu allokati fost l-Istati Membri kif ġej:

(a)

Sajd b’bastimenti bil-purse seine għat-tonn

Spanja

22 bastiment

Franza

23 bastiment

Italja

3 bastimenti

(b)

Sajd b’bastimenti bil-konz tal-wiċċ

Spanja

2 bastimenti

Franza

5 bastimenti

Portugall

5 bastimenti

2.   Mingħajr preġudizzju għall-Ftehim u l-Protokoll, ir-Regolament (KE) Nru 1006/2008 għandu japplika.

3.   Jekk l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd mill-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 ma jkoprux l-opportunitajiet kollha tas-sajd stabbiliti fil-Protokoll, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd minn kwalunkwe Stat Membru ieħor skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1006/2008.

L-iskadenza msemmija fl-Artikolu 10(1) ta’ dak ir-Rgolament għandu jkun iffissat għal għaxart ijiem ta’ xogħol.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika mit-18 ta’ Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SCHAUVLIEGE


(1)   ĠU L 290, 20.10.2006, p. 2.

(2)   ĠU L 345, 30.12.2010, p. 1.

(3)   ĠU L 286, 29.10.2008, p. 33.