23.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/11


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1250/2010

tat-22 ta’ Diċembru 2010

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra persuni li qed jaġixxu bi ksur għall-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti konta persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jelenka l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi koperti bl-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi skont ir-Regolament.

(2)

Fl-1 ta’ Diċembru 2010, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti żied erba' individwi fil-lista tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li għalihom għandu japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi, u emenda d-dejta ta' xi annotazzjonijiet oħra. Għalhekk, l-Anness I għandu jiġi emendat kif xieraq.

(3)

Sabiex jiġi ggarantit li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ minnufih,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 huwa sostitwit bl-Anness li jinsab ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f'isem il-President,

David O'SULLIVAN

Direttur Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni


(1)  ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.


ANNESS

“ANNESS I

Lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 2

A.   Persuni fiżiċi

(1)

Frank Kakolele Bwambale (magħruf ukoll bħala (a) Frank Kakorere, (b) Frank Kakorere Bwambale). Tagħrif ieħor: Telaq mill-CNDP f’Jannar 2008. Residenti f’Kinshasa, ir-RD tal-Kongo minn Diċembru 2008. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(2)

Jérôme Kakwavu Bukande (magħruf ukoll bħala (a) Jérôme Kakwavu, (b) Commandant Jérôme). Titolu: Ġeneral. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: Ġie arrestat f'Ġunju 2010, u issa qed jinżamm fil-ħabs ċentrali ta' Kinshasa. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(3)

Gaston Iyamuremye (magħruf ukoll bħala: (a) Rumuli, (b) Byiringiro Victor Rumuli, (c) Victor Rumuri, (d) Michel Byiringiro). Data tat-twelid: 1948. Post tat-twelid: (a) Distrett ta' Musanze (Provinċja fit-Tramuntana), ir-Rwanda, (b) Ruhengeri, ir-Rwanda. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: It-tieni Viċi President tal-FDLR. Tagħrif ieħor: (a) Il-post attwali: Kibua, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo, (b) Alternattiva għall-post attwali: Aru, ir-RD tal-Kongo. (c) Skont diversi sorsi, inkluż il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK, Gaston Iyamuremye huwa t-tieni viċi president tal-FDLR u huwa kkunsidrat bħala membru ewlieni fit-tmexxija militari u politika tal-FDLR (d) Gaston Iyamuremye mexxa l-uffiċċju ta' Ignace Murwanashyaka (President tal-FDLR) fil-Kibua, ir-RD tal-Kongo sa Diċembru 2009. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): [data tal-pubblikazzjoni].

(4)

Germain Katanga. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: Mogħti mill-Gvern tar-RD tal-Kongo lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) fit-18.10.2007. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(5)

Thomas Lubanga. Post tat-twelid: Ituri, ir-RD tal-Kongo. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: Trasferit lill-QKI mill-awtoritajiet Kongoliżi fis-17.3.2006. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(6)

Khawa Panga Mandro (magħruf ukoll bħala (a) Kawa Panga, (b) Kawa Panga Mandro, (c) Kawa Mandro, (d) Yves Andoul Karim, (e) Chief Kahwa, (f) Kawa, (g) Mandro Panga Kahwa, (h) Yves Khawa Panga Mandro). Data tat-twelid: 20.8.1973. Post tat-twelid: Bunia, ir-RD tal-Kongo. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: Arrestat mill-awtoritajiet Kongoliżi f’Ottubru 2005, meħlus mill-Qorti tal-Appell f’Kisangani, u sussegwentement trasferit lill-awtoritajiet ġudizzjarji f’Kinshasa fuq akkużi ġodda. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(7)

Callixte Mbarushimana. Data tat-twelid: 24.7.1963. Post tat-twelid: Ndusu/Ruhengeri, Provinċja fit-Tramuntana, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: Il-post attwali: Pariġi jew Thiais, Franza. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009.

(8)

Iruta Douglas Mpamo (magħruf ukoll bħala (a) Mpano, (b) Douglas Iruta Mpamo). Indirizz: Bld Kanyamuhanga 52, Goma, ir-RD tal-Kongo. Data tat-twelid: (a) 28.12.1965, (b) 29.12.1965. Post tat-twelid: (a) Bashali, Masisi, ir-RD tal-Kongo (b’referenza għad-data tat-twelid (a)), (b) Goma, ir-RD tal-Kongo (b’referenza għad-data tat-twelid (b)). Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: Ibbażat f’Goma, ir-RD tal-Kongo, u Gisenyi, ir-Rwanda. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(9)

Sylvestre Mudacumura (magħruf ukoll bħala (a) Radja, (b) Mupenzi Bernard, (c) General Major Mupenzi, (d) General Mudacumura). Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: Għadu jservi bħala kmandant militari tal-FDLR-FOCA, minn Novembru 2009. Ibbażat f'Kibua, fit-territorju Masisi, ir-RD tal-Kongo. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(10)

Leodomir Mugaragu (magħruf ukoll bħala: (a) Manzi Leon, (b) Leo Manzi). Data tat-twelid: (a) 1954, (b) 1953. Post tat-Twelid: (a) Kigali, ir-Rwanda, (b) Rushashi (Provinċja fit-Tramuntana), ir-Rwanda. Titolu: Brigadier Ġenerali. Funzjoni: Kap Kmandant tal-FDLR/FOCA. Tagħrif ieħor: (a) Skont rappurtar minn sorsi miftuħa kif ukoll rappurtar uffiċjali, Leodomir Mugaragu huwa l-Kap Kmandant tal-Forces Combattantes Abucunguzi/Combatant Force for the Liberation of Rwanda (FOCA), il-fergħa armata tal-FDLR, (b) Skont ir-rappurtar uffiċjali, Mugaragu huwa uffiċjal anzjan għall-ippjanar tal-operazzjonijiet militari tal-FDLR fir-RDK tal-Lvant. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): [data tal-pubblikazzjoni].

(11)

Leopold Mujyambere (magħruf ukoll bħala (a) Musenyeri, (b) Achille, (c) Frere Petrus Ibrahim. Titolu: Kurunell. Data tat-twelid: (a) 17.3.1962, (b) 1966 (estimu). Post tat-twelid: Kigali, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: Il-post attwali: Mwenga, in-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RD tal-Kongo. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009.

(12)

Ignace Murwanashyaka (magħruf ukoll bħala Ignace). Titolu: Dr. Data tat-twelid: 14.5.1963. Post tat-twelid: (a) Butera, ir-Rwanda; (b) Ngoma, Butare, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: Residenti fil-Ġermanja. Għadu rrikonoxxut bħala l-President tal-fergħa politika tal-FDLR-FOCA u bħala l-kmandant suprem tal-forzi armati tal-FDLR, minn Novembru 2009. Ġie arrestat mill-Pulizija Federali Ġermaniża fis-17 ta' Novembru 2009. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(13)

Straton Musoni (magħruf ukoll bħala I.O. Musoni). Data tat-twelid: (a) 6.4.1961, (b) 4.6.1961. Post tat-twelid: Mugambazi, Kigali, ir-Rwanda. Tagħrif ieħor: (a) Il-passaport Rwandiż skada fl-10.9.2004, (b) Residenti f'Neuffen, il-Ġermanja, (c) Għadu rrikonoxxut bħala l-ewwel Viċi President tal-fergħa politika tal-FDLR-FOCA u bħala l-President tal-kmand għoli militari, minn Novembru 2009, (d) Arrestat mill-Pulizija Federali Ġermaniża fis-17 ta' Novembru 2009. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.

(14)

Jules Mutebutsi (magħruf ukoll bħala (a) Jules Mutebusi, (b) Jules Mutebuzi, (c) Colonel Mutebutsi). Post tat-twelid: In-Nofsinhar ta’ Kivu, ir-RD tal-Kongo. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: Arrestat mill-awtoritajiet Rwandiżi f'Diċembru 2007. Aktarx li attwalment jinsab ‘miżmum’. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(15)

Mathieu Chui Ngudjolo (magħruf ukoll bħala Cui Ngudjolo). Tagħrif ieħor: Magħruf bħala ‘Colonel’ jew ‘General’. Mogħti mill-Gvern tar-RD tal-Kongo lill-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI) fis-7 ta’ Frar 2008. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(16)

Floribert Ngabu Njabu (magħruf ukoll bħala (a) Floribert Njabu, (b) Floribert Ndjabu, (c) Floribert Ngabu, (d) Ndjabu). Tagħrif ieħor: Arrestat u miżmum taħt arrest domiċiljari f’Kinshasa minn Marzu 2005. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(17)

Laurent Nkunda (magħruf wkoll bħala (a) Laurent Nkunda Bwatare, (b) Laurent Nkundabatware, (c) Laurent Nkunda Mahoro Batware, (d) Laurent Nkunda Batware, (e) General Nkunda, (f) Nkunda Mihigo Laurent). Data tat-twelid: (a) 6.2.1967, (b) 2.2.1967. Post tat-twelid: It-Tramuntana ta’ Kivu/Rutshuru, ir-RD tal-Kongo (b’referenza għad-data tat-twelid (a)). Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (a) Magħruf bħala ‘Chairman’ u ‘Papa Six’, (b) Arrestat f'territorju Rwandiż f'Jannar 2009 u sussegwentament ġie ssostitwit bħala kmandant tal-CNDP fit-Tramuntana ta' Kivu. Għadu jżomm ċertu kontroll fuq il-CNDP u n-netwerk internazzjonali tiegħu, minn Novembru 2009. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(18)

Félicien Nsanzubukire (magħruf ukoll bħala Fred Irakeza) Data tat-twelid: 1967. Post tat-Twelid: Murama, Kinyinya, Rubungo, Kigali, ir-Rwanda. Tagħrif ieħor: (a) Il-post attwali: iż-żona ta' Uvira-Sange, fit-Territorju Uvira, Provinċja fin-Nofsinhar ta' Kivu, ir-RD tal-Kongo (b) Skont diversi sorsi, Félicien Nsanzubukire huwa l-ewwel mexxej tal-battaljun tal-FDLR. Félicien Nsanzubukire kien membru tal-FDLR sa mill-1994 mill-anqas, u ilu jopera fir-RDK tal-Lvant minn Ottubru 1998. Il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK jirraporta li Félicien Nsanzubukire kien issorvelja u kkoordina t-traffikar tal-munizzjon u tal-armi mill-anqas bejn Novembru 2008 u April 2009 mir-Repubblika Unita tat-Tanzanija, permezz tal-Lag Tanganyika, sal-unitajiet tal-FDLR bbażati fiż-żoni ta' Uvira u Fizi, fin-Nofsinhar ta' Kivu. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): [data tal-pubblikazzjoni].

(19)

Pacifique Ntawunguka (magħruf ukoll bħala (a) Colonel Omega, (b) Nzeri, (c) Israel, (d) Pacifique Ntawungula). Titolu: Kurunell. Data tat-twelid: (a) 1.1.1964, (b) 1964 (estimu). Post tat-twelid: Gaseke, Provinċja ta’ Gisenyi, ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: (a) Il-post attwali: Peti, il-fruntiera Walikale – Masisis, ir-RD tal-Kongo, (b) Irċieva taħriġ militari fl-Eġittu. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009.

(20)

James Nyakuni. Nazzjonalità: Ugandiża. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(21)

Stanislas Nzeyimana (magħruf bħala (a) Deogratias Bigaruka Izabayo, (b) Bigaruka, (c) Bigurura, (d) Izabayo Deo (e) Jules Mateso Mlamba). Data tat-twelid: (a) 1.1.1966, (b) 1967 (estimu), (c) 28.8.1966. Post tat-twelid: Mugusa (Butare), ir-Rwanda. Nazzjonalità: Rwandiża. Tagħrif ieħor: (a) Irrikonoxxut bħala Major General Stanislas Nzeyimana, Deputat Kmandant tal-FDLR, minn Novembru 2009, (b) Il-post attwali: Kalonge, Masisi, fit-Tramuntana ta' Kivu, ir-RD tal-Kongo jew Kibua, ir-RD tal-Kongo. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 21.3.2009.

(22)

Dieudonné Ozia Mazio (magħruf ukoll bħala (a) Ozia Mazio, (b) Omari, (c) Mr Omari). Data tat-twelid: 6.6.1949. Post tat-twelid: Ariwara, ir-RD tal-Kongo. Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: Miet f’Ariwara fit-23 ta’ Settembru 2008. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(23)

Bosco Taganda (magħruf ukoll bħala (a) Bosco Ntaganda, (b) Bosco Ntagenda, (c) General Taganda). Nazzjonalità: Kongoliża. Tagħrif ieħor: (a) Magħruf bħala ‘Terminator’ u ‘Major’, (b) Ibbażat f'Bunagana u Rutshuru, (c) Kap militari de facto tal-CNDP, wara li ġie arrestat il-Ġeneral Laurent Nkunda f'Jannar 2009. L-eks Kap Kmandant tal-CNDP. Ibbażat f’Bunagana u Rutshuru. (c) Minn meta ġie maħtur bħala Kap tal-militar de facto tal-CNDP f'Jannar 2009, hu ġie mħarreġ fil-ġestjoni tal-integrazzjoni fil-FARDC u ngħata wkoll il-pożizzjoni ta' Deputat Kmandant Operattiv fl-operazzjoni Kimia II, minkejja li dan ġie miċħud b'mod uffiċjali mill-FARDC. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(24)

Innocent Zimurinda. Titolu: Logutenent Kurunell. Data tat-twelid: (a) 1.9.1972, (b) 1975. Post tat-twelid: Ngungu, fit-Territorju Masisi, Provinċja fit-Tramuntana ta' Kivu, ir-RD tal-Kongo. Tagħrif ieħor (a) Il-post attwali: It-Territorju Masisi, Provinċja fit-Tramuntana ta' Kivu, ir-RD tal-Kongo, (b) Skont rappurtar minn sorsi miftuħa kif ukoll rappurtar uffiċjali, il-Logutenent Kurunell Innocent Zimurinda kien uffiċjal fil-Congrès National pour la Défense du Peuple (CNDP) li ġie integrat fil-Forces Armées de la République Démocratique du Congo (FARDC) fil-bidu tal-2009. Skont diversi sorsi, hu kien ta ordnijiet li rriżultaw fil-massakru ta' aktar minn 100 refuġjat Rwandiż matul operazzjoni militari f'April 2009 fiż-żona ta' Shalio u pparteċipa f'operazzjoni tal-CNDP f'Novembru 2008 li rriżultat fil-massakru ta' 89 ċittadin fir-reġjun ta' Kiwanji. F'Marzu 2010, 51 grupp għad-drittijiet tal-bniedem li jaħdmu fir-RDK tal-Lvant tellgħu lment onlajn fejn allegaw li hu kien responsabbli minn diversi abbużi fuq id-drittijiet tal-bniedem bejn Frar 2007 u Awwissu 2007, li kienu jinvolvu l-omiċidju ta' bosta ċittadini u l-istupru ta' ammont kbir ta' nisa u bniet. Skont il-Grupp ta' Esperti tal-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti fir-RDK, hu jinsab direttament responsabbli għar-reklutaġġ tat-tfal u biex jinżammu t-tfal fi ħdan truppi taħt il-kmand tiegħu, filwaqt li fid-29 ta' Awwissu 2009, hu rrifjuta li jirrilaxxa tlitt itfal minn taħt il-kmand tiegħu f'Kalehe. Skont id-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għat-Tfal u l-Kunflitti Armati fil-21 ta' Mejju 2010, huwa kien involut fl-eżekuzzjoni arbitrarja ta' suldati tfal, inkluż matul l-operazzjoni Kimia II, u ċaħad l-aċċess għall-Missjoni tan-NU fir-RDK (MONUC) meta din riedet tivverifika l-preżenza ta' minuri fost it-truppi. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): [data tal-pubblikazzjoni].

B.   Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi

(1)

Butembo Airlines (magħrufa bħala BAL). Indirizz: Butembo, ir-RD tal-Kongo. Tagħrif ieħor: Minn Diċembru 2008, BAL ma baqgħetx illiċenzjata biex topera inġenji tal-ajru fir-RD tal-Kongo. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.

(2)

Congocom Trading House. Indirizz: Butembo, ir-RD tal-Kongo. Nru tat-Telefon: +253 (0) 99 983 784. Tagħrif ieħor: kumpanija tan-negozju fid-deheb f’Butembo. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.

(3)

Compagnie Aérienne des Grands Lacs (CAGL), (magħrufa wkoll bħala Great Lakes Business Company (GLBC)). Indirizz: (a) CAGL: Avenue President Mobutu, Goma, (CAGL għandha wkoll uffiċċju f'Gisenyi, ir-Rwanda); (b) GLBC: PO Box 315, Goma, ir-RD tal-Kongo (GLBC għandha wkoll uffiċċju f’Gisenyi, ir-Rwanda). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.

(4)

Machanga Ltd. Indirizz: Kampala, Uganda. Tagħrif ieħor: Kumpanija li tesporta d-deheb f’Kampala (Diretturi: Is-Sur Rajendra Kumar Vaya u s-Sur Hirendra M. Vaya). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.

(5)

Tous Pour la Paix et le Développement (magħrufa wkoll bħala TPD). Indirizz: Goma, it-Tramuntana ta' Kivu, ir-RD tal-Kongo. Tagħrif ieħor: TPD hija organizzazzjoni mhux governattiva. Minn Diċembru 2008, TPD kienet għadha teżisti u kellha l-uffiċċji tagħha f'diversi bliet fit-territorji Masisi u Rutshuru, iżda l-attivitajiet kummerċjali tagħha kienu kważi waqfu għal kollox. Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 10.11.2005.

(6)

Uganda Commercial Impex (UCI) Ltd. Indirizz: (a) Kajoka Street, Kisemente, Kampala, Uganda, (b) PO Box 22709, Kampala, Uganda. Tagħrif ieħor: Kumpanija li tesporta d-deheb f’Kampala (Diretturi: Is-Sur Kunal Lodhia u s-Sur J.V. Lodhia). Data tal-ħatra msemmija fl-Artikolu 5(1)(b): 13.4.2007.”