21.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 336/17


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1228/2010

tal-15 ta' Diċembru 2010

li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat tal-Unjoni Ewropea;

Wara li kkunsidrat Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffi u nomenklatura dwar statistika u t-Tariffa Doganali Komuni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa n-Nomeklatura Maqgħuda (“NM”) biex jissodisfa r-rekwiżiti tat-Tariffa Doganali Komuni, l-istatistiki tal-kummerċ estern tal-Unjoni, u politiki oħra tal-Unjoni li jirrigwardaw l-importazzjoni u l-esportazzjoni tal-oġġetti.

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1186/2009 tas-16 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' eżenzjonijiet mid-dazju doganali (2) japplika għall-każijiet fejn it-tassazzjoni mhix iġġustifikata.

(3)

F’ċerti ċirkostanzi, tiġi kkunsidrata n-natura speċjali ta' xi wħud mill-movimenti tal-oġġetti msemmija fir-Regolament (KE) Nru 1186/2009, jidher xieraq li jitnaqqas l-oneru amministrattiv meta wieħed jiddikjara tali movimenti, billi jiġi assenjat lilhom kodiċi NM speċifiku. Huwa l-każ, b’mod partikolari, meta l-klassifikazzjoni ta' kull tip ta' oġġetti f’moviment għall-fini tal-mili tad-dikjarazzjoni doganali timplika xogħol u spiża sproporzjonata għall-interessi inkwistjoni.

(4)

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 113/2010 tad-9 ta' Frar 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma' pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward tal-kopertura kummerċjali, id-definizzjoni tad-dejta, il-kompilazzjoni tal-istatistika dwar il-kummerċ skont il-karatteristiċi tan-negozju u skont il-munita tal-fatturat, u movimenti jew oġġetti speċifiċi (3) u (KE) Nru 1982/2004 tat-18 ta' Novembru 2004 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità rigward il-kummerċ ta' merkanzija bejn l-Istati Membri u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1901/2000 u (KEE) Nru 3590/92 (4) jippermettu lill-Istati Membri li jużaw sistema ta' kodifikazzjoni għal ċerti oġġetti fl-istatistiċi esterni u interni tal-UE.

(5)

Dawk ir-regolamenti jipprovdu għal kodiċijiet ta' oġġetti speċifika li għandu jiġi użat f’kundizzjonijiet speċjali. Għal raġunijiet ta' trasparenza kif ukoll għal finijiet ta' informazzjoni, tali kodiċijiet għandhom jissemmew fin-NM.

(6)

Għal dawn ir-raġunijiet, huwa xieraq li l-Kapitolu 99 jiddaħħal inserit fin-NM.

(7)

L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 2658/87 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2011.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni, f’isem il-President,

Algirdas ŠEMETA

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)   ĠU L 324, 10.12.2009, p. 23.

(3)   ĠU L 37, 10.2.2010, p. 1.

(4)   ĠU L 343, 19.11.2004 p. 3.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (KEE) Nru 2658/87 huwa emendat kif ġej:

(1)

Fis-Sommarju, it-Tieni Parti, Taqsima XXI, Kapitolu 99, il-frażi “(Irriżervat għal użi speċjali determinati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Komunità)” hija ssostitwita bis-segwenti: “Kodiċi Speċjali tan-Nomenklatura Magħquda”.

(2)

Fit-Tieni Parti, Taqsima XXI, bejn l-aħħar tal-Kapitolu 98 u t-“Tielet Parti”, qed jiddaħħal il-“Kapitolu 99” li ġej:

KAPITOLU 99

KODIĊI SPEĊJALI TAN-NOMENKLATURA MAGĦQUDA

Subkapitolu I

Kodiċijiet ta’ Nomenklatura Magħquda għal ċerti movimenti speċifiċi ta’ oġġetti

(importazzjoni jew esportazzjoni)

Noti addizzjonali:

1.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan is-subkapitolu japplikaw biss għal movimenti ta’ oġġetti li jissemmew fih.

Tali oġġetti għandhom jiġu ddikjarati fis-subintestatura rilevanti jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti tagħhom u ta’ kwalunkwe regolament li japplika. Id-deskrizzjoni ta’ tali oġġetti għandhom tkun preċiża biżżejjed biex dawn ikunu jistgħu jiġu identifikati.

Madanakollu, l-Istati Membri, jistgħu jagħżlu li ma japplikawx id-dispożizzjonijiet ta’ dan is-subkapitolu sa fejn ikollhom x’jaqsmu ma’ dazji jew imposti oħra tal-importazzjoni.

2.

Id-dispożizzjonijiet ta’ dan is-subkapitolu ma japplikawx għall-kummerċ ta’ oġġetti bejn l-Istati Membri.

3.

L-oġġetti importati u esportati hekk kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1186/2009 u li għalihom il-benefiċċju tal-eżenzjoni mid-dazju tal-importazzjoni jew tal-esportazzjoni ikun ġie rrifjutat huma esklużi minn dan is-subkapitolu.

Il-movimenti li fihom oġġetti li huma suġġetti għal kwalunkwe projbizzjoni jew restrizzjoni huma esklużi wkoll minn dan is-subkapitolu.

Kodiċi tan-NM

Deskrizzjoni

Nota:

1

2

3

 

Ċerti oġġetti, kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1186/2009 (Importazzjoni u Esportazzjoni):

 

9905 00 00

Proprjetà personali ta’ persuni fiżiċi li jittrasferixxu l-post tar-residenza normali tagħhom

 (1)

9919 00 00

L-oġġetti li ġejjin, għajr dawk imsemmija aktar ‘il fuq:

 

Bjankerija u oġġetti tad-dar li jappartjenu lil persuna li qed titrasferixxi l-post normali ta’ residenza tagħha fil-każ taż-żwieġ tagħha; proprjetà personali akkwistati permezz ta’ wirt.

 (1)

Tibdiliet tal-iskola, materjal edukattiv u affarijiet domestiċi relatati

 (1)

Twiebet li jkun fihom iġsma, urni funerarji li fihom l-irmied ta’ persuni deċeduti u oġġetti funerarji ornamentali

 (1)

Oġġetti għal organizzazjonijiet tal-karità jew filantropiċi u oġġetti għall-benefiċċju ta’ vittmi ta’ diżastri

 (1)

Subkapitolu II

Kodiċijiet ta’ Nomenklatura Magħquda għal ċerti movimenti speċifiċi ta’ merkanzija

Noti addizzjonali:

1.

Ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (UE) Nru 113/2010 tad-9 ta’ Frar 2010 li jimplimenta r-Regolament (KE) 471/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar statistika Komunitarja relatata mal-kummerċ estern ma’ pajjiżi li mhumiex membri, fir-rigward ta’ kopertura kummerċjali, id-definizzjoni tad-dejta, il-kompilazzjoni tal-istatistika dwar il-kummerċ skont il-karatteristiċi tan-negozju u skont il-munita tal-fatturat, u movimenti jew oġġetti speċifiċi (2) u r-Regolament (KE) Nru 1982/2004 tat-18 ta’ Novembru 2004 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità rigward il-kummerċ ta’ merkanzija bejn l-Istati Membri u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1901/2000 u (KEE) Nru 3590/92 (3) jippermettu lill-Istati Membri li jużaw sistema ta’ kodifikazzjoni għal ċerti oġġetti fl-istatistiċi esterni u interni tal-UE.

2.

Il-kodiċijiet stipulati f’dan is-subkapitolu huma suġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) 113/2010 u r-Regolament (KE) Nru 1982/2004.

Kodiċi

Deskrizzjoni

1

2

9930

Oġġetti konsenjati lil bastimenti u ajruplani:

9930 24 00

oġġetti min-NM kapitoli 1 sa 24

9930 27 00

oġġetti min-NM kapitolu 27

9930 99 00

oġġetti klassifikati band’oħra

9931

Oġġetti konsenjati għall-ekwipaġġ ta’ installazzjonijiet lil hinn mill-kosta jew għat-tħaddim ta’ magni, makkinarji u tagħmir ieħor tal-installazzjoni lil hinn mill-kosta:

9931 24 00

oġġetti min-NM kapitoli 1 sa 24

9931 27 00

oġġetti miln-NM kapitolu 27

9931 99 00

oġġetti klassifikati band’oħra

9950 00 00

Kodiċi użat biss fil-kummerċ tal-oġġetti bejn l-Istati Membri għal tranżazzjonijiet individwali li l-valur tagħhom huwa inqas minn EUR 200 u għall-irrapurtar ta’ prodotti residwi f’xi każi.”


(1)  Fl-istadju tal-importazzjoni, l-inklużjoni taħt din is-subintestatura u l-eżenzjoni mid-dazji tal-importazzjoni għandha tiġi suġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1186/2009.

(2)   ĠU L 37, 10.2.2010, p. 1.

(3)   ĠU L 343, 19.11.2004, p. 3.