|
21.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 336/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1227/2010
tal-20 ta' Diċembru 2010
li jemenda r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2008 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' kriterji tal-kwalità u rappurtar tal-kwalità għall-istatistiċi ta' bilanċ tal-pagamenti
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Jannar 2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 jistabbilixxi qafas komuni għall-produzzjoni sistematika tal-istatistika tal-Komunità li tikkonċerna l-bilanċ tal-pagamenti, il-kummerċ internazzjonali f’servizzi u l-investiment dirett barrani. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1055/2008 (2) jistabbilixxi kriterji tal-kwalità komuni u l-perjodiċità tar-rapporti tal-kwalità għall-istatistiċi ta' bilanċ tal-pagamenti. |
|
(3) |
Il-kriterji tal-kwalità komuni u l-perjodiċità tar-rapporti tal-kwalità għall-istatistiċi ta' bilanċ tal-pagamenti għandhom bżonn ikunu adattati sabiex jirriflettu l-kriterji ta' kwalità stabbiliti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament u tal-Kunsill (3) dwar l-istatistika Ewropea. |
|
(4) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1055/2008 għalhekk għandu jiġi emendat skont dan. |
|
(5) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Bilanċ tal-Pagamenti, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1055/2008 huwa emendat kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 2 jinbidel b'dan li ġej: “L-Istati Membri għandhom jipprovdu r-rapporti tagħhom tal-kwalità sa mhux aktar tard il-31 ta' Mejju ta' kull sena.” |
|
2. |
L-Anness jinbidel bl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
ANNESS
1. Introduzzjoni
Ir-rapport tal-kwalità għandu jinkludi kemm indikaturi kwantitattivi kif ukoll kwalitattivi tal-kwalità. Il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipprovdi r-riżultati tal-indikaturi kwantitattivi għal kull Stat Membru, ikkalkulati fuq il-bażi tad-dejta pprovduta. L-Istati Membri għandhom jinterpretaw u jikkummentaw dwarhom fid-dawl tal-metodoloġija tal-ġabra tagħhom.
2. L-iskeda
|
— |
Kull sena, sa tmiem l-ewwel kwart tas-sena, il-Kummissjoni (il-Eurostat) għandha tipprovdi lill-Istati Membri b’abbozzi ta' dokumenti għar-rapporti tal-kwalità, ibbażati fuq dejta li ntbagħtet is-sena preċedenti, li diġà jinkludu, parzjalment, il-biċċa l-kbira tal-indikaturi kwantitattivi u informazzjoni oħra disponibbli lill-Kummissjoni (lil-Eurostat). |
|
— |
Kull sena, fi żmien xahrejn minn meta jasal ir-rapport ta' kwalità mimli minn qabel u mhux aktar tard mill-31 ta' Mejju, l-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni (Eurostat) bir-rapport ta' kwalità lest. |
3. Il-kriterji ta' kwalità
Ir-rapport ta' kwalità għandhu jkun fih indikaturi kwantitattivi u kwalitattivi li jkopru l-kriterji kollha ta' kwalità definiti fl-Artikolu 12(1) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.