3.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 317/9 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1119/2010
tat-2 ta' Diċembru 2010
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv għall-għalf għall-baqar u għaż-żwiemel u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1520/2007 (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Prosol SpA)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta' addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta' din it-tip ta' awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10 ta' dan ir-Regolament jipprevedi l-valutazzjoni mill-ġdid ta' addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
(2) |
Il-preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 ġiet awtorizzata bħala addittiv għall-għalf għal għaxar snin għall-użu fuq il-ħnieżer bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) 896/2009 (3). Skont id-Direttiva 70/524/KEE, l-addittiv kien awtorizzat mingħajr limitu ta' żmien għall-użu fuq il-ħnienes miftuma bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1200/2005 (4), fuq l-ifrat għas-simna bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 492/2006 (5) u fuq il-baqar tal-ħalib bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1520/2007 (6). Dan l-addittiv wara ddaħħal fir-Reġistru Komunitarju tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, skont l-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
Skont l-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 flimkien mal-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-valutazzjoni mill-ġdid ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 bħala addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib u, skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, għal użu ġdid fuq iż-żwiemel, bit-talba li l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(4) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-22 ta' Ġunju 2010 (7), rigward l-użu ta' addittiv fl-għalf għall-baqar tal-ħalib li, skont il-kondizzjonijiet proposti ta' użu, is-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-saħħa tal-konsumatur jew fuq l-ambjent, u li l-addittiv għandu potenzjal li jżid il-produzzjoni tal-ħalib fil-baqar tal-ħalib. L-Awtorità tikkunsidra li ma hemmx bżonn għal rekwiżiti speċifiċi ta' monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta' analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità stabbilit permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
L-Awtorità kkonkludiet fl-opinjoni tagħha tat-22 ta' Ġunju 2010 (8) rigward l-użu bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel li l-użu ta' din il-preparazzjoni tista' ttejjeb id-diġestibbiltà evidenti tal-fibra tal-ispeċi fil-mira. |
(6) |
L-evalwazzjoni tas-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Konsegwentement, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma' dan ir-Regolament. |
(7) |
Bħala konsegwenza tal-għoti ta' awtorizzazzjoni ġdida skont ir-Regolament (KE) 1831/2003, id-dispożizzjonijiet dwar is-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 fir-Regolament (KE) Nru 1520/2007 għandhom jitħassru. |
(8) |
Billi l-modifiki dwar il-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni mhumiex relatati mar-raġunijiet ta' sigurtà, huwa xieraq li jiġi stabbilit perjodu transitorju għar-rimi ta' ħażniet eżistenti tat-taħlit minn qabel u tal-għalf kompost. |
(9) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li taqa' taħt il-kategorija “addittivi żootekniċi” u mal-grupp funzjonali “stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana”, hija awtorizzata bħala addittiv fl-għalf tal-annimali suġġetta għall-kondizzjonijiet stipulati f'dak l-Anness.
Artikolu 2
Fir-Regolament (KE) Nru 1520/2007, l-Artikolu 1 u l-Anness I jitħassru.
Artikolu 3
Taħlit minn qabel u għalf kompost li fihom is-Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 ittikkettjati skont id-Direttiva 70/524/KEE jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u użati sakemm il-ħażniet jiġu eżawriti.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1.
(3) ĠU L 256, 29.9.2009, p. 6.
(4) ĠU L 195, 27.7.2005, p. 6.
(6) ĠU L 335, 20.12.2007, p. 17.
(7) Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(7):1662.
(8) Ġurnal tal-EFSA 2010; 8(7):1659.
ANNESS
Numru ta' identifikazzjoni tal-addittiv |
Isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formola kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta' annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||
CFU/kg ta' prodott tal-għalf komplet b'kontenut ta' umdità ta' 12 % |
|||||||||||||
Kategorija ta' addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzanti għall-batterja li tinsab fil-musrana |
|||||||||||||
4b1710 |
Prosol S.p.A. |
Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Preparazzjoni ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL Sc 39885 li fiha minimu ta' 1 × 109 CFU/g Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: Ċelloli vijabbli ta' Saccharomyces cerevisiae MUCL 39885 Metodi analitiċi (1) Enumerazzjoni: il-metodu pour plate bl-użu ta' agar magħmul minn glukożju, estratt tal-ħmira u kloramfenikol Identifikazzjoni: metodu tar-reazzjoni katina tal-polimerasi (PCR) |
Baqar tal-ħalib |
— |
2 × 109 |
— |
|
It-23 ta' Diċembru 2020 |
||||
Żwiemel |
3 × 109 |
(1) Id-dettalji dwar il-metodi analitiċi huma disponibbli fuq is-sit ta' hawn taħt tal-Laboratorju ta' Referenza tal-Komunità: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives