3.12.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 317/3


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1117/2010

tat-2 ta' Diċembru 2010

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-aċidu ċitriku, l-aċidu sorbiku, t-timol u l-vanillina bħala addittiv tal-għalf għall-majjalini miftuma (detentur tal-awtorizzazzjoni Vetagro SpA)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-additivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprovdi għall-awtorizzazzjoni tal-addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u għar-raġunijiet u l-proċeduri biex tingħata tali awtorizzazzjoni.

(2)

F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġiet ippreżentata applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni stabbilita fl-Anness ta' dan ir-Regolament. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata bil-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta' preparazzjoni tal-aċidu ċitriku, l-aċidu sorbiku, t-timol u l-vanillina bħala addittiv tal-għalf għall-majjalini miftuma, biex ikunu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “additives żootekniċi”.

(4)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà tal-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-25 ta' Mejju 2010 (2) li l-preparazzjoni sabbilita fl-Anness, skont il-kondizzjonijiet tal-użu proposti, m'għandhiex effett fuq is-saħħa tal-annimali, is-saħħa umana jew l-ambjent, u li dan l-addittiv għandu potenzjal fiż-żieda fir-rata tat-tkabbir u jtejjeb l-għalf biex jikseb il-proporzjon tal-speċi fil-mira. L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn għal ħtiġijiet speċifiċi ta' sorveljanża ta' wara t-tqegħid fis-suq. Hija vverifikat ukoll ir-rapport fuq il-metodu tal-analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-ikel ippreżentat mil-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma sodisfatti. Bl-istess mod, l-użu ta' din il-preparazzjoni għandu jkun awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.

(6)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina tal-Ikel u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi” u l-grupp funzjonali “addittivi żootekniċi oħra”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutriżżjoni tal-annimali soġġetta għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  EFSA Journal (2010); 8(6):1633.


ANNESS

Numru tal-identifikazzjoni tal-addittiv

Isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, l-formula kimika, deskrizzjoni, l-metodu analitiku

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem tal-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg/kg tal-għalf komplet b'kontenut niedi ta' 12 %

Il-kategorija tal-additivi żootekniċi. Grupp funzjonarju: Addittivi żootekniċi oħra (titjib tal-parametri żootekniċi)

4d 3

Vetagro S.p.A.

Preparazzjoni tal-aċidu ċitriku, l-aċidu sorbiku, t-timol u l-vanillina

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta' żibeċ żgħar ħafna protetti li fihom l-aċidu ċitriku, l-aċidu sorbiku, t-timol u l-vanillina b'minimu ta':

 

Aċidu ċitriku: 25 g/100 g

 

Timol: 1,7 g/100 g

 

Aċidu sorbiku: 16,7 g/100 g

 

Vanillina: 1 g/100 g

 

Karatterisitiċi tas-sustanzi attivi

 

Aċidu ċitriku C6H8O7 (purità ≥ 99,5 %)

2-idrossi-1,2,3-aċidu propanetrikarbossliku, numru tal-CAS 77-92-9 anidrus

 

Aċidu sorbiku C6H8O2 (purity ≥ 99,5 %)

2,4-aċidu essaadijenojku, numru tal-CAS 110-44-1

 

Timol (purità ≥ 98 %)

5-metil-2-(1-metiletil)fenol, numru tal-CAS 89-83-8)

 

Vanillina (purità ≥ 99,5 %)

4-idrossi-3-metossibenżaldeid, in-numru tal-CAS 121-33-5)

 

Metodi analitiċi  (1)

Determinazzjoni tal-aċidu sorbiku u timol fl-għalf: Metodu tal-kromatografija likwida ta' prestazzjoni għolja tal-fażi maqluba b'tagħmir ta' detenzjoni tar-raġġ ultravjola/dijod (RP-HPLC-UV/DAD). Determinazzjoni tal-aċidu ċitriku fl-addittiv jew il-pretaħlitiet: (RP-HPLC-UV/DAD). Determinazzjoni tal-aċidu ċitriku fl-għalf: Determinazzjoni enżimatika tal-kontenut ċitriku – il-metodu spettrometriku tal-NADH (forma mnaqqsa tan-nikotinamid adenina dinukleotid)

Majjalini (miftuma)

1 000

1.

Għall-majjalini (miftuma) sa 35 kg.

2.

Għas-sigurtà: Għandu jintlibes nuċċali tal-protezzjoni tan-nifs u jintlibsu l-ingwanti waqt l-esperiment

It-23 ta’ Diċembru 2020


(1)  Dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta' Referenza: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives