27.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 312/7 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1098/2010
tas-26 ta’ Novembru 2010
li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet tal-oriġini protetti u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Dresdner Christstollen/Dresdner Stollen/Dresdner Weihnachtsstollen (IĠP)]
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006 tal-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (1), u b'mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(4) tiegħu,
Billi:
(1) |
Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006, it-talba mressqa mill-Ġermanja biex id-denominazzjoni “Dresdner Christstollen/Dresdner Stollen/Dresdner Weihnachtsstollen” tiddaħħal fir-reġistru ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2). |
(2) |
Ma kien hemm ebda oġġeżżjoni mibgħuta lill-Kummissjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 510/2006; din id-denominazzjoni għandha għalhekk tiddaħħal fir-reġistru, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Id-denominazzjoni li tidher fl-Anness għal dan ir-Regolament b'dan qed tiġi rreġistrata.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament se jidħol fis-seħħ għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12.
(2) ĠU C 46, 24.2.2010, p. 17.
ANNESS
Oġġetti tal-ikel imniżżlin fl-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 510/2006:
Il-Klassi 2.4. Prodotti tal-furnar, kejkijiet, ħlewwiet jew gallettini
IL-ĠERMANJA
Dresdner Christstollen/Dresdner Stollen/Dresdner Weihnachtsstollen (IĠP)