27.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 312/1


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1097/2010

tas-26 ta’ Novembru 2010

li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika fir-rigward tal-iskambju ta' dejta kunfidenzjali bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-banek ċentrali

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2186/93 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 177/2008 jistabbilixxi qafas komuni ġdid għar-reġistri kummerċjali esklużivament għall-finijiet tal-istatistika sabiex jinżamm l-iżvilupp tar-reġistri kummerċjali f'qafas armonizzat.

(2)

Skambju ta' dejta kunfidenzjali bejn il-Kummissjoni u l-banek nazzjonali ċentrali, u bejn il-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew, esklużivament għal finijiet tal-istatistika, għandu jgħin jiżgura l-kwalità tal-informazzjoni dwar il-grupp tal-impriżi multinazzjonali fl-Unjoni Ewropea. Għalhekk jeħtieġ li jiġu stabbiliti l-format, il-miżuri ta' sigurtà u kunfidenzjalità u l-proċedura għat-trażmissjoni ta' din id-dejta kunfidenzjali lill-banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew, biex jiġi żgurat li d-dejta trażmessa tintuża esklużivament għall-finijiet tal-istatistika.

(3)

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta' Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (2), id-dejta li l-membri tal-ESCB irċevew mill-awtoritajiet tal-ESS għandha tintuża esklużivament għal finijiet ta' statistika. Il-membri tal-ESCB għandhom jiżguraw ukoll it-tħaris fiżiku u loġiku tal-informazzjoni kunfidenzjali statistika pprovduta mill-awtoritajiet tal-ESS. L-ECB għandu jippubblika rapporti kunfidenzjali annwali dwar il-miżuri adottati biex tiġi mħarsa l-kunfidenzjalità ta' din l-informazzjoni statistika.

(4)

Biex tiġi żgurata l-konsistenza, is-settijiet ta' dejta trażmessi skont dan ir-Regolament għandhom jużaw l-istess konvenzjonijiet ta' tismija, struttura, u definizzjoni tal-oqsma kif imsemmi fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 192/2009 tal-11 ta' Marzu 2009 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 177/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għar-reġistri kummerċjali għall-finijiet tal-istatistika, fir-rigward tal-iskambju ta' dejta kunfidenzjali bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-Istati Membri (3).

(5)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-format

1.   Il-format stabbilit fil-parti A tal-Anness għandu jintuża għad-dejta trażmessa skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament (KE) Nru 177/2008.

2.   Id-dejta u l-metadejta għandha tiġi trażmessa skont l-istandards tas-Sistema tal-Istatistika Ewropea u bl-istruttura ddefinita fl-aktar verżjoni reċenti tal-Manwal ta' Rakkomandazzjonijiet tar-Reġistri Kummerċjali tal-Eurostat disponibbli mill-Kummissjoni (Eurostat).

Artikolu 2

Il-miżuri ta' kunfidenzjalità

Il-karatteristiċi speċifikati fil-parti B tal-Anness, inklużi l-indikaturi ta' kunfidenzjalità, jistgħu jiġu trażmessi, għal finijiet tal-istatistika biss, mill-Kummissjoni (Eurostat) lill-banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew, kemm-il darba t-trażmissjoni tkun awtorizzata b'mod espliċitu mill-awtorità nazzjonali xierqa u li, fil-każ ta' dejta trażmessa lil bank ċentrali nazzjonali, tal-inqas unità waħda ta' grupp ta' impriżi multinazzjonali tkun tinsab fit-territorju tal-Istat Membru ta' dak il-bank ċentrali nazzjonali.

Artikolu 3

Il-miżuri ta' sigurtà

1.   Kull trażmissjoni ta' dejta kunfidenzjali skont dan ir-Regolament lill-membri tal-ESCB għandha sseħħ biss wara li l-membri tal-ESCB, ġewwa l-oqsma ta' kompetenza rispettivi tagħhom, ikunu ħadu l-miżuri meħtieġa bi qbil mal-Artikolu 8a u 8b tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 biex jiżguraw:

il-ħarsien ta' din id-dejta, b'mod partikolari l-ħażna tad-dejta li ġiet indikata bħala kunfidenzjali f'żona ta' sigurtà b'aċċess ristrett u kkontrollat;

li d-dejta tintuża esklużivament għal finijiet ta' statitsika;

li l-informazzjoni dwar il-miżuri ġiet inkluża fir-rapport annwali kunfidenzjali msemmi fl-Artikolu 8b tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jew il-banek ċentrali nazzjonali jew il-Bank Ċentrali Ewropew infurmaw lill-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali xierqa bil-miżuri b'mezzi oħra.

2.   Id-dejta għandha tiġi trażmessa f'forma kodifikata.

Artikolu 4

Il-proċedura ta' trażmissjoni

3.   Id-dejta u l-metadejta trażmessa skont dan ir-Regolament għandha tiġi skambjata f'forma elettronika.

4.   Id-dejta u l-metadejta għandha tiġi trażmessa permezz tas-sigurtà użata mill-Kummissjoni (Eurostat) għat-trażmissjoni ta' dejta kunfidenzjali, jew permezz ta' aċċess remot li jkun sikur.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2010.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)  ĠU L 61, 5.3.2008, p. 6.

(2)  ĠU L 318,27.11.1998, p. 8.

(3)  ĠU L 67, 12.3.2009, p. 14.


ANNESS

A.   L-istruttura u l-format għat-trażmissjoni tad-dejta

Il-settijiet ta' dejta li ġejjin li fihom informazzjoni kunfidenzjali huma inklużi fil-proċess ta' ġestjoni tal-kwalità tad-dejta tar-reġistru tal-Unjoni tal-gruppi ta' impriżi multinazzjonali u l-unitajiet kostitwenti tagħhom (minn issa 'l quddiem jissejjaħ “Reġistru Gruppi-Euro”):

Sett ta' dejta bir-riżultat tal-proċess ta' aggregazzjoni;

Settijiet ta' dejta b'informazzjoni dwar l-unitajiet legali;

Settijiet ta' dejta bl-informazzjoni dwar il-kontroll u s-siedja tal-unitajiet;

Settijiet ta' dejta b'informazzjoni dwar l-impriżi;

Settijiet ta' dejta b'informazzjoni dwar gruppi ta' impriżi globali;

Settijiet ta' dejta b'informazzjoni dwar gruppi ta' impriżi maqtugħa (truncated).

Sett ta' dejta bir-riżultati dwar il-gruppi ta' impriżi globali u maqtugħa jiġi ġġenerat fi tmiem kull ċiklu ta' ġestjoni tal-kwalità tad-dejta tar-Reġistru Euro-Gruppi.

Il-format applikabbli ta' dawn is-settijiet ta' dejta huwa dak stipulat fir-Regolament (KE) Nru 192/2009 għat-trażmissjonijiet bejn il-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali xierqa.

Biex tiżgura li Stat Membru jirċievi reġistri ta' dejta konsistenti, il-Kummissjoni (Eurostat) għandha tapplika konvenzjonijiet identiċi ta' tismija, struttura u definizzjoni tal-oqsma għas-settijiet ta' dejta trażmessi lill-awtoritajiet nazzjonali xierqa u għas-settijiet ta' dejta trażmessi lill-banek ċentrali nazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew.

Biex titjieb il-kwalità tal-informazzjoni dwar il-grupp ta' impriżi multinazzjonali fl-Unjoni Ewropea, u suġġett għall-awtorizzazzjonijiet meħtieġa l-awtorità nazzjonali xierqa għandha teżaminal-korrezzjonijiet u l-kompletazzjonijiet fis-settijiet tad-dejta li tista' tirċievi mill-banek ċentrali u tintegrahom, fejn meħtieġ, fid-dejta li hija tittrażmetti lill-Kummissjoni (Eurostat) skont l-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 177/2008.

Dejta li tkun immarkata bħala kunfidenzjali mill-banek ċentrali nazzjonali jew il-Bank Ċentrali Ewropew għandha tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali mill-Kummissjoni (Eurostat) u l-awtoritajiet nazzjonali xierqa.

B.   Trażmissjoni tal-karatteristiċi

Il-Kummissjoni (Eurostat), bl-approvazzjoni espliċita tal-awtorità nazzjonali xierqa u għal finijiet tal-istatistika biss, tista' tittrażmetti lill-banek ċentrali nazzjonali u lill-Bank Ċentrali Ewropew il-karatteristiċi li ġejjin, inklużi l-indikazzjonijiet ta' kunfidenzjalità, dwar il-gruppi ta' impriżi multinazzjonali u l-unitajiet kostitwenti tagħhom kemm-il darba, fil-każ tad-dejta trażmessa lil bank ċentrali nazzjonali, tal-inqas unità waħda mill-grupp tkun tinsab fit-territorju ta' dak l-Istat Membru.

1.   UNITÀ LEGALI

Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

1.1

 

Numru tal-identità

1.2a

 

Isem

1.2b

 

Indirizz (inkluż l-kodiċi postali) fl-iżjed livell dettaljat

1.2c

Mhux obbligatorju

Numri tat-telefon u l-fax, indirizz elettroniku, u informazzjoni li tippermetti l-ġbir elettroniku ta' dejta

1.3

 

Numru tar-reġistrazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) jew, fin-nuqqas ta' dan, numru ieħor ta' identità amministrattiva

Karatteristiċi demografiċi

1.4

 

Id-data ta' inkorporazzjoni għal persuni ġuridiċi jew id-data tar-rikonoxximent uffiċjali bħala operatur ekonomiku għal persuni fiżiċi

1.5

 

Id-data li fiha l-unità legali ma baqgħetx tagħmel parti minn intrapriża (kif identifikat fi 3.3)

Karatteristiċi ekonomiċi ta' stratifikazzjoni

1.6

 

Forma legali

Rabtiet ma' reġistri oħrajn

1.7a

 

Referenza għar-reġistru tal-operaturi intra-Unjoni stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 638/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta' Marzu 2004 dwar l-istatistika tal-Komunità marbuta mal-kummerċ tal-prodotti bejn l-Istati Membri (1), u referenza għar-reġistri tad-dwana jew għar-reġistru tal-operaturi extra-Unjoni.

Rabta mal-grupp ta' intrapriżi

1.8

 

Numru ta' identità tal-grupp ta' intrapriżi maqtugħin (4.1), li lilu tappartjeni l-unità

1.9

 

Data tal-assoċjazzjoni mal-grupp maqtugħ

1.10

 

Data tas-separazzjoni minn mal-grupp maqtugħ

Il-kontroll tal-unitajiet

1.11a

 

Numru/i tal-identità tal-unità(jiet) legali residenti, kkontrollat/i mill-unità legali

1.11b

 

Numru tal-identità tal-unità legali residenti li tikkontrolla l-unità legali

1.12a

 

Pajjiż(i) tar-reġistrazzjoni u numru/i tal-identità jew isem(ismijiet) u indirizz(i) tal-unità(jiet) legali mhux residenti kkontrollat/i mill-unità legali

1.12b

Kundizzjonali

Numru/i tal-VAT tal-unità(jiet) legali mhux residenti kkontrollat/i mill-unità legali

1.13a

 

Pajjiż tar-reġistrazzjoni, u numru tal-identità jew isem u indirizz tal-unità legali mhux residenti li tikkontrolla l-unità legali

1.13b

Kundizzjonali

Numru tal-VAT tal-unità legali mhux residenti li tikkontrolla l-unità legali

Siedja tal-unitajiet

1.14a

Kundizzjonali

(a)

Numru/i tal-identità u

(b)

ishma (%) tal-unita(jiet)

legali residenti li huma propjetà tal-unità legali

1.14b

Kundizzjonali

(a)

Numru/i tal-identità u

(b)

ishma (%) tal-unita(jiet)

legali residenti li tippossiedi/jippossjedu l-unità legali

1.15

Kundizzjonali

(a)

Pajjiż(i) tar-reġistrazzjoni u

(b)

numru/i tal-identità jew isem(ismijiet), indirizz(i) u numru/i tal-VAT u

(c)

ishma (%)

tal-unita(jiet) legali mhux residenti li huma propjetà tal-unità legali

1.16

Kundizzjonali

(a)

Pajjiż(i) tar-reġistrazzjoni u

(b)

numru/i tal-identità jew isem(ismijiet), indirizz(i), u numru/i tal-VAT u

(c)

ishma (%)

tal-unita(jiet) legali mhux residenti li tippossjedi/jippossjedu l-unità legali


3.   INTRAPRIŻA

Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

3.1

 

Numru tal-identità

3.2a

 

Isem

3.2b

Mhux obbligatorju

Indirizzi postali, elettroniċi u tas-sit elettroniku

3.3

 

Numru(i) tal-identità tal-unita(jiet) legali li minnha/hom hija magħmula l-intrapriża

Karatteristiċi demografiċi

3.4

 

Id-data tal-bidu tal-attivitajiet

3.5

 

Id-data tat-terminazzjoni finali tal-attivitajiet

Karatteristiċi ekonomiċi/Ta' stratifikazzjoni

3.6

 

Kodiċi tal-attività ewlenija fil-livell tan-NACE b' 4 numri

3.8

 

In-numru ta' persuni impjegati

3.11

 

Settur u subsettur istituzzjonali skont is-Sistema Ewropea tal-Kontabilità

Rabta mal-grupp ta' intrapriżi

3.12

 

Numru tal-identità tal-grupp ta' intrapriżi maqtugħin (4.1), li lilu tappartjeni l-unità


4.   GRUPP TA' INTRAPRIŻI

Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

4.1

 

Numru tal-identità tal-grupp maqtugħ

4.2a

 

Isem il-grupp maqtugħ

4.2b

Mhux obbligatorju

Indirizzi postali, elettroniċi u tas-sit elettroniku tal-uffiċċju ewlieni maqtugħ

4.3

Parzjalment kundizzjonali

Numru tal-identità tal-grupp ewlieni maqtugħ (ugwali għan-numru tal-identità tal-unità legali, li hija l-kap tal-grupp residenti).

Kundizzjonali jekk l-unità li tikkontrolla hija persuna naturali li mhiex operatur ekonomiku; ir-reġistrazzjoni hija suġġetta għad-disponibilità ta' din l-informazzjoni fis-sorsi amministrattivi

4.4

 

Tip ta' grupp ta' intrapriżi: 2. grupp maqtugħ ikkontrollat domestikament; 3. grupp maqtugħ ikkontrollat minn barra

Karatteristiċi demografiċi

4.5

 

Data tal-bidu tal-grupp ta’ intrapriżi maqtugħin

4.6

 

Data tat-tmiem tal-grupp ta’ intrapriżi maqtugħin

Karatteristiċi ekonomiċi/Ta' stratifikazzjoni

4.7

 

Kodiċi tal-attività ewlenija tal-grupp maqtugħ f’livell tal-NACE b’2 numri

4.9

 

Numru ta' persuni impjegati fil-grupp maqtugħ

Karatteristiċi ta' identifikazzjoni

4.11

 

Numru tal-identità tal-grupp globali

4.12a

 

Isem il-grupp globali

4.12b

Mhux obbligatorju

Pajjiż tar-reġistrazzjoni, indirizzi postali, elettroniċi u tas-sit elettroniku tal-uffiċċju ewlieni globali

4.13a

 

Numru tal-identità tal-grupp ewlieni globali, jekk il-grupp ewlieni huwa residenti (ugwali għan-numru tal-identità tal-unità legali li hija l-grupp ewlieni).

Jekk il-grupp ewlieni globali mhuwiex residenti, il-pajjiż tiegħu tar-reġistrazzjoni

4.13b

Mhux obbligatorju

In-numru tal-identità tal-mexxej tal-grupp globali, jew l-isem u l-indirizz jekk mhux residenti

Karatteristiċi ekonomiċi/ Ta' stratifikazzjoni

4.14

Mhux obbligatorju

In-numru ta' persuni impjegati globalment

4.16

Mhux obbligatorju

Pajjiż taċ-ċentru għad-deċiżjonjiet globali

4.17

Mhux obbligatorju

Pajjiżi fejn huma lokalizzati l-intrapriżi jew l-unitajiet lokali


(1)  ĠU L 102, 7.4.2004, p. 1.